Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Rapporti dwar l-użu telefon fuq linja fissa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi rappurtati lill-pulizija ta' użu ħażin tat-telefon fuq linja fissa bejn l-1990 u l-2005 sena b'sena? Kemm minn dawn spiċċaw il-qorti? F'kemm minnhom diġa' ingħatat sentenza mill-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika. Infurmat ukoll illi sabiex jinġabar it-tagħrif ta' daqs tant snin jenħtieġ ammont kbir ta' ħin u riżorsi u nħoss li l-ħin u riżorsi tal-Korp għandhom jintużaw fuq xogħol aktar importanti u utili.

Pulizija — Rapporti dwar użu ħażin tal-computer

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi rappurtati lill-pulizija ta' użu ħażin tal-computer bejn l-1990 u l-2005 sena b'sena? Kemm minn dawn spiċċaw il-qorti? F'kemm minnhom diġa' ingħatat sentenza mill-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika. Infurmat ukoll illi sabiex jinġabar it-tagħrif ta' daqs tant snin jenħtieġ ammont kbir ta' ħin u riżorsi u nħoss li l-ħin u riżorsi tal-Korp għandhom jintużaw fuq xogħol aktar importanti u utili.

Pulizija — Rapporti dwar użu ħażin ta' l-internet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi rappurtati lill-pulizija ta' użu ħażin ta' l-internet b'suspett ta' abbuż fuq minorenni bejn l-1995 u l-2005 sena b'sena? Kemm minn dawn spiċċaw il-qorti? F'kemm minnhom diġa' ingħatat sentenza mill-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika. Infurmat ukoll illi sabiex jinġabar it-tagħrif ta' daqs tant snin jenħtieġ ammont kbir ta' ħin u riżorsi u nħoss li l-ħin u riżorsi tal-Korp għandhom jintużaw fuq xogħol aktar importanti u utili.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'faċilitajiet għandha l-Forzi Armati ta' Malta fil-lokal ta' Pembroke?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-lokal ta’ Pembroke il-Forzi Armati ta’ Malta għandha żewġ faċilitajiet importanti u essenzjali għall-operat tagħha. Waħda minn dawn hija r-Range ta’ l-isparar fejn is-suldati jitħarrgu fl-użu ta’ armi ‘żgħar’ kif ukoll kanuni u mortars. Din l-art hija addattata għal taħriġ ieħor li jingħata lis-suldati f’dik li hija infanterija (kumbattiment u taħriġ relatat) kif ukoll għas-sezzjoni ta’ l-Explosive Ordinance Disposal. Barra minn hekk ir-Range jintuża għall-ezerċizzji ta’ l-Armata fuq skala akbar bħal l-ezerċiżżju Italo-Malti Terraferma. F’Pembroke ukoll, il-Forzi Armati għandha biċċa art li tintuża bħala bażi tal-Plant Troop tat-tielet Reġiment, li l-funzjoni tagħha hi li tipprovdi sapport loġistiku lill-Armata kwazi fuq bażi ta’ kuljum f’dak li huwa xogħol b’makkinarju ‘tqil’ jew heavy plant. Din is-sezzjoni tgħin lid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’każijiet ta’ emerġenza bħal ma m’huma għarar u inċidenti oħra fejn jisplodu kmamar tan-nar jew jaqaħ xi bini. Il-faċilitajiet f’Pembroke jinkludu bini għall-amministrazzjoni, sheds għall-kanuni, trakkijiet u heavy plant, warehouse u graxxijiet għal-xogħol ta’ welding, injam u elettriku, kif ukoll workshops tal-Missjoni Militari Taljana fejn isir il-manteniment ta’ l-apparat Taljan li jintuża fil-Plant Troop.

Pembroke — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hi ppjanata li tiftaħ l-iskola primarja l-ġdida ta' Pembroke u kemm hi ppjanata li takkomoda studenti? Dan l-għadd ta' studenti ġie rivedut u kemm kienet l-istima oriġinali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa ppjanat li l-iskola l-ġdida ġewwa Pembroke tkun lesta biex tirċievi l-ewwel studenti tagħha fiż-żmien sentejn minn meta jingħataw l-permessi kollha mingħand il-MEPA. Huwa maħsub illi din l-iskola tibda takkomoda 250 student u tikber skond il-bżonn u skond l-iżvilupp ta' housing li ġej f'din il-lokalita'.

Lands — Art okkupata minn santwarju tal-klieb f'Pembroke

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemm - u x'inhu - xi arranġament dwar art okkupata minn xi santwarju jew kennel għal klieb li jinsab ħdejn ir-ranges f'Pembroke? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra korrispondenza jew kuntratti relattivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda arranġament mat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern sabiex l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tintuża bħala santwarju tal-klieb. L-okkupant għamel talba f'dan is-sens iżda din ġiet irrifjutata. It-Taqsima qed tieħu l-passi neċessarji dwar il-każ. Ninsab infurmat ukoll li fuq l-istess każ inħarġet enforcement notice mill-MEPA.

MEPA — Permess għal santwarju tal-klieb f'Pembroke

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA qattx irċeviet xi talbiet jew ħarġet xi permess għal xi forma ta' animal jew dog sanctuary jew kennel fl-inħawi ta' Pembroke? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji relattivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Minn l-informazzjoni li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma jidhirx li hemm permess jew applikazzjoni għall- użu msemmi. Fil-fatt, wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, inħareġ avviż ta' Twettiq (Enforcement Notice) bin-numru ECF115/06 kontra l-okkupant.

Għalliema ta' l-Istudju Soċjali

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li għalliema ta' l-Istudju Soċjali li isimha qed jintbagħat separatament, ilha ma tirrapporta għax-xogħol l-iskola fejn tgħallem minħabba raġunijiet ta' saħħa għal diversi ġimgħat b'detriment għall-istudenti li fi Frar se jagħmlu l-eżamijiet ta' nofs is-sena u li wħud minnhom se joqogħdu għall-eżami tal-MATSEC ftit xhur oħra? Jista' jgħid x'inhu l-istatus ta' din l-għalliema partikolari dwar ir-ritorn tagħha għat-tagħlim l-iskola? Jista' jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hux se tibgħat għalliem/a temporanjament biex jittieħed post l-għalliema assenti ħalli l-istudenti jkomplu bil-lezzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa għalliema ta' l-Istudju Soċjali Santa Teresa Mrieħel, Birkirkara, qegħda b'Open Certifcate' u m'hemmx ħjiel li se tidħol għalissa. Informat ukoll li qed isiru internal arrangements dwar il-lezzjonijiet. Ser isiru l-interviews ta' għalliema ta' l-Istudji Soċjali. Wara li jispiċċa l-istudent/a tat-Teaching Practice inkunu f'pożizzjoni li nibgħatu supply teacher biex jieħu l-lezzjonijiet ta' l-għalliema jekk sa dan it-tant hi ma tkunx daħlet għax-xogħol.

Tfal orfni

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm tfal taħt is-16-il sena li huma orfni u li huma taħt il-ħarsien ta' xi istitut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika dwar l-informazzjoni mitluba.

Nies imħarrka minħabba indecent exposure

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imħarrka nies għal indecent exposure minn fuq ix-xtajtiet tagħna matul l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2001 u s-sena 2005 il-Pulizija ressqet għaxar persuni quddiem il-Qorti fuq indiċenza fuq xtajtiet.

Pembroke — Trasferiment ta' Art

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il biċċa art pubblika ġiet trasferita f'Pembroke lill-privat jew għaqda milll-1991? Għal liema skop ġew trasferiti? B'liema prezz, kera jew bejgħ? Taħt liema skema jew regolament sar dan it-trasferiment?

Response (BORG, TONIO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjeta' f'Pembroke li ġiet trasferita b'kiri/ċens/bejgħ mis-sena 1991 sa llum. Din il-lista ma tinkludix kirjiet/ċnus li saru mill-Awtorita' tad-Djar.

Pembroke — Skola primarja Biċe Vassallo

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar parti mill-art li kienet parti mill-iskola primarja Biċe Vassallo ta' Pembroke li nbena ħajt ġo fiha sabiex allegatament din l-art tintuża minn club sportiv privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-art inkwestjoni għadha parti mill-iskola msemmija u terzi persuni interessati fiha ġew informati li f'dan l-istadju m'għandhomx jużawha. Il-materja kollha hija taħt konsiderazzjoni tal-Ministeru.

Skejjel primarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tifel u tifla daħlu fl-iskejjel primarji tal-gvern u tal-privat fis-sena skolastika 2005/2006?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Skejjel Primarji tal-Gvern Skejjel Primarji Indipendenti Subien 1454 Subien 326 Bniet 2269 Bniet 268 TOTAL 3723 TOTAL 594
Leg 10 PQ #16692 Sitting 346 2006-01-30 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Tsunami

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi NGO li rċieva għajnuna mill-gvern jew minn xi ente governattiva fid-diżgrazzja tat-Tsunami? Jekk kien hemm, liema kienu ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sa Diċembru 2005, kien hemm 6 NGOs li irċevew għajnuna mill-fondi li nġabru waqt il-programm l-Istrina, amministrati mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, fuq parir tal-Kumitat Ministerjali li nħatar biex jagħti pariri lill-Ministeru fuq it-tqassim tal-fondi bl-akbar mezz effettiv. Dawn kienu: - Malta Red Cross - SOS Malta - Commonwealth Telecommunictions Organisation - Kooperattiva kummerc Ġust - Water Treatment Study - YMCA

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk inħarġux xi tenders jew talbiet għal xogħlijiet in relazzjoni ma' Dar Malta fi Brussels? Jekk inħarġu, x'kienu d-dettalji ta' dawn it-tenders jew talbiet u jekk dawn kenux miftuħa għal ditti jew individwi Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ma nħarġux tenders jew talbiet għal xogħlijiet in relazzjoni ma’ Dar Malta fi Brussel.
Leg 10 PQ #16694 Sitting 346 2006-01-30 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Reklami fuq gazzetti Ingliżi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13518 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13347, x'reklamar sar fuq gazzetti Ingliżi għall-perijodu Jannar/Lulju 2005 mill-awtorita' Maltija għat-turiżmu? Kemm ġew iqumu f'kull każ, meta saru, fuq liema gazzetti saru u jista' ipoġġi kopja ta' dawn ir-reklami fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

Imsida — Triq Mikiel Anton Vassallo

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isir, jew hux ippjanat, xi xogħol fil-bidu ta' Triq Mikiel Anton Vassallo, l-Imsida billi qed jinġabar ħafna ilma u qed ikun hemm ilmenti dwar ħsarat fil-karozzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi studji dwar kif tista’ tiġi kkontrollata il-problema tal-għargħar f'Birkirkara u l-Imsida. Dan ix-xogħol ta’ titjieb isir skond il-prijoritajiet u l-finanzi tad-Direttorat. Sa dan it-tant bħalissa qed isir xogħol fuq l-access road għall-bini li sar mill-Awtorita’ tad-Djar. Dan ix-xogħol qed isir b’mod li jiġi nkorporat fil-proġett ippjanat għall-storm water relief fl-inħawi

Mini ta' Triq Reġjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma qed issir billi fil-mini ta' Triq Reġjonali qed ikun hemm rapporti li hemm ilma nieżel mis-saqaf?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dan l-ilment qed jiġi nvestigat min-naħa ta' l-Awtorita dwar it-Trasport sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.