Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti quddiem qrati fuq krimini relatati ma' abbużi sesswali? Kemm minnhom huma fuq minorenni u kemm ilhom miftuħin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-ġudikatura? Jista' jgħid kemm hi l-medja ta' sigħat ta' smigħ ta' seduti li kull wieħed għandu kuljum?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies liċenzjati bħala private investigators f'Malta? Jista' jgħid kif ir-rwol ta' investigatur privat ġie quddiem il-liġi bħala riżultat tad-Data Protection Act? Kif qiegħed jiġi regolat bil-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 13 l-aġenzija ta' gwardjani privati li huma liċenzjati sabiex jipprovdu servizzi ta' investigazzjoni privata skond l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali (Cap 389). Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-programmi ta' l-Unjoni Ewropea li jistgħu jibbenefikaw minnhom enti pubbliċi jew privati jew individwi Maltin? Kemm hemm fondi disponibbli għal Malta f'dawn il-programmi? Kemm attwalment kienet ir-rata ta' ibbenefikar minn enti jew individwi Maltin tul l-aħħar sentejn? X'miżuri jew programmi hemm sabiex il-pubbliku jiġi informat b'dawn l-opportunitajiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu nies bi pledge, sena sena tul l-aħħar tliet snin, u kemm għadhom attwalment bi pledge? Jista' jgħid kemm hu l-limitu li persuna ddum barra bi pledge?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm personnel li jista' isuq ambulanza? X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom? Hemm xi ambulance drivers li huma mislufa minn jew lil dipartimenti jew enti oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Saħħa għandha 29 persuna li jistgħu jsuqu ambulanza. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma li jaħdmu 46⅔ siegħat fil-ġimgħa b'shift u jirċievu numru ta' allowances bħal shift, Sunday, nightshift u on call. M'hemm l-ebda ambulance driver misluf.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li ġew boarded out, sena sena, matul l-aħħar ħames snin? X'kienu r-raġunijiet mediċi jew psikoloġiċi li għalihom ġew boarded out?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14182, f'Seduta Numru 348.
Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-monument ġdid li jinsab f'Ħal-Luqa (quddiem ix-showroom tal-Mambra) u li dwaru dehru diversi ittri fil-gazzetti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16692, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi l-imsemmija NGOs? Xi proġetti kellhom jitwettqu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi ġew imqassma sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet huma indikati hawn taħt. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi marbuta ma' kull proġett jitqassmu lill-NGOs fi "tranches" separati. Wara li tirċievi l-ewwel "tranche" l-NGO ma tirċeviex ammont ieħor qabel ma tkun għamlet rapport ddettaljat ta' kif intefqu l-flus ta' l-ewwel "tranche" u dan ir-rapport ikun kkunsidrat favorevolment mill-Kumitat Konservttiv Ministerjali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin inkarigat mit-tqassim tal-Fond tat-Tsunami.
SOS Malta
SOS Malta qed jaħdmu fuq żewġ proġetti li jinvolvu l-għotja ta’ dgħajjes tas-sajd, u r- rikostruzzjoni u rinovazzjoni ta’ kunvent u ta’ skola. S’issa ġew ordnati mitt (100) dgħajsa u sittin (60) ġew mogħtijia lis-sajjieda. Il-proġett ta’ rikostruzzjoni u rinovazzjoni tal- kunvent u skola ta’ Santa Marija f’Matara tlesta. L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett kien li jiġi assigurat li t-tfal ta’ Matara (2500), fosthom orfni, jmorru lura l-iskola ġo klassijiet adegwati u b’hekk joffri inċentivi ġodda lil 80 għalliema ta’ l-istess skola. It-Total ta’ dawn iż-żewġ proġetti jammonta għall- LM160,320. Minnhom LM125,580 diġa’ ġew mogħtija lil SOS Malta.
Is-Soċjeta’ Maltija tas-Salib l-Ahmar
Is-soċjeta’ bniet raħal li ġie msemmi ‘Little Malta’. Il-proġett ikkonsista f’klinka u f’62 djar bl-għamara u kull wahda tikkonsisti f’żewġt ikmamar tas-sodda, salott, tojlit u kċina.
It- Total ta’ dan il-proġett jammonta għall- LM131,820. Minnhom LM46,200 diġa’ ġew mogħtija lis-soċjeta.
CTO
Il-Commonwealth Telecommunications Organisation (CTO) ħa jibnu ‘network tal- mini telephone’ magħqud ma dik nazzjonali biex iservi komunitajiet rurali magħżulin billi jintużaw teknoloġiji differenti skond kemm hu addattat għat-topografija u bżonnijiet oħrajn. Il-proġett huwa stmat li jqum Lm64,000 u l-Ministeru diġa ta LM22,440 lis-CTO.
Eng. Marco Cremona
Flimkien ma’ Dr.Mangion u s-Sur Grech qed jaħdem biex inaqqsu ftit il-problema ta’ l-ilma li qed tiffaċċja il-popolazzjoni tas-Sri Lanka. Il-proġett sar f’post jismu Madiha u hu relatat ma’ rikostruzzjoni ta’ skola għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Dan il-proġett se jiswa Lm1,200. Il-Ministeru diġa ta LM1,200 għal dan il-proġett.
YMCA
Il-YMCA nieda programm biex iqajjem iż-żagħżagħ permezz ta’ l-isport u r-rikreazzjoni. Dan ħa jsir billi jitwaqqfu tlett ċentri ta’sport u rikreazzjoni-wieħed fin-naħa ta’ fuq (Point Pedro), naħa tal-lvant (Kaluwanchikudy), u naħa t’isfel/punent tal-pajjiż (Negombo). Dawn il-postijiet ġew magħżulin bl-iskop li jibnu spirtu ta’ paċi bejn it-tlett komunitajiet etnikament maqsumin. Dan il-proġett se jqum Lm35,000. Il-Ministeru diga ta is-somma ta’ LM12,200 għal dan il-proġett.
Koperattiva Kummerc Ġust
KKĠ għandu l-għan li jwaqqaf proġetti li jiġġeneraw d-dħul li se jagħti xogħol lil 85 nisa fil-qasam tal-kummerċ ġust. Ġew allokati Lm31,952 għall-proġett tal-KKĠ. Minn din is-somma LM11,200 diġa’ ngħattaw lil KKĠ.
Tajjeb li jingħad ukoll li fis-17 ta' Mejju 2005 kienet ħarġet Stqarrija għall-Istampa li tat l-informazzjoni indikata hawn fuq skond il-pożizzjoni dakinhar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flejjes matul l-2005 f'kits u materjal ieħor assoċjati ma' testijiet tad-demm fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa? Kemm-il test sar - skond it-tip ta' test?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri biex tingħata t-tielet liċenzja tat-telefonija ċellulari 3G wara li t-tnejn l-oħra ġew assenjati lill-Vodafone u l-Go Mobile?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-tielet applikazzjoni għall-assenjazzjoni ta' frekwenzi tar-radju fil-IMT-2000 band kienet ġiet miċħuda mill-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni. Il-ġimgħa l-24 ta' Frar 2006, il-Bord ta' l-Appelli dwar il-Komunikazzjonijiet iddeċieda li l-Awtorita' għandha tkompli tipproċessa l-applikazzjonijiet tat-tielet applikant 3G Telecommunications Ltd u dan billi tkompli bil-proċess ta' due diligence.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi rappurtati lill-pulizija ta' użu ħażin tal-mobile phones bejn l-1999 u l-2005 sena b'sena? Kemm minn dawn spiċċaw il-qorti? F'kemm minnhom diġa' ngħatat sentenza mill-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
Infurmat ukoll illi sabiex jinġabar it-tagħrif ta' daqs tant snin jenħtieġ ammont kbir ta' ħin u riżorsi u nħoss li l-ħin u riżorsi tal-Korp għandhom jintużaw fuq xogħol aktar importanti u utili.