Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #27263 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

San Ġiljan — Sound fin-nightclubs

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bars u nightclubs li jistgħu jdoqqu mużika wara l-ħdax ta' filgħaxija ġewwa San Ġiljan u s-sound jinstema' minn barra? Jista' jagħti dettalji jekk dan hux legali jew le? Kif jiġi mkejjel is-sound minn barra u kemm enforcements saru fuq dawn il-bars minħabba s-sound?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi skond l-Avviż Legali 1 ta’ 2006 (Regolamenti ta’ l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ) l-istabilimenti li qegħdin fit-toroq skedati fi skeda ħamsa ta’ l-istess avviż legali u li għandhom liċenzja biex idoqqu mużika amplifikata u li tista tinstema minn barra sas-siegħa ta’ filgħodu, f’San Ġiljan huma: · Plush Wine Bar, Triq Dragunara, Paceville · Seven Room Bar, Triq Dragunara, Paceville Il-Liċenzja toħrog mill-Awtorita' tat-Turiżmu b’referenza għall-Avviż Legali 1 ta’ 2006. Skond l-istess Avviż Legali ma jistax jinstema il-ħoss minn barra wara il-ħin stipulat mill-istess regolamenti, jiġifieri il-livell ta’ ħoss għalkemm ma jigix imkejjel b’xi apparat tekniku, li l-ħoss ma għandux jinstema' minn barra l-istabiliment. Hu stipulat fl-istess Avviż Legali li l- Enforcement jsir mill-Pulizija u għalhekk nissuġerixxi li din il-parti tal-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #27264 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bunkbeds

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bunkbeds humiex permessi fil-lukandi? Jista' jgħid jekk jingħatawx permessi għalihom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi fil-lukandi mhux permess li jkun hemm tip ta' sodod magħrufin bħala bunkbeds, jiġifieri sodod fuq xulxin u għaldaqstant ma jiġux ikkunsidrati permessi għalihom.
Leg 10 PQ #27265 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proprjeta' għall-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja hemm ta' proprjeta' għall-kiri f'Pembroke u jista' jgħid liema huma dawn l-imsemmija proprjetajiet li huma għall-kiri?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. interpellant ikun iktar speċifiku u jgħid għal liema tip ta' proprjetajiet qiegħed jirreferi.
Leg 10 PQ #27266 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajjiet mgħassa bil-Lifeguards

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bajjiet li qegħdin jiġu mgħassa bil-lifeguards?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta tipprovdi servizz ta’ life guards fi tliet bajjiet: l-Għadira, il-Buġibba Perched Beach u l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Slipway

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi waslet l-applikazzjoni numru 00754/06 għall-bini ta' slipway f'Pembroke?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed tistenna appropriate assessment mingħand l-applikant.

San Gwann — Pelican Crossing

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12540, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi data meta l-pelican crossing ħdejn l-iskola tal-Gvern ta' San Gwann ser jiġu nstallati speċjalment minħabba li f'dak il-post saru inċidenti koroh u fi ftit xhur oħra ser ikollna sena skolastika ġdida oħra? Jista' jgħid jekk sarux xi talbiet oħra minn dakinhar biex isir dan id-dawl?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l'Awtorita' lestiet il-pjanti meħtieġa u qegħdin isiru l-istimi biex din il-pelican lights titwaħħal.

Ta' Xbiex — Triq ix-Xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija ta' Triq ix-Xatt, Ta' Xbiex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Transport m'għandux pjanijiet sabiex isiru x-xogholijiet indikati fil-ġejjieni mmedjat.
Leg 10 PQ #26871 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Pembroke — Belvedere

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-proġett tal-Belvedere li ser isir ġewwa Pembroke? Jista' jgħid ukoll jekk hux ser ikun hemm slipway inkluża f'dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onor. interpellant qed jirreferi għall-wieħed minn dawk il-proġetti li l-Awtorita' tat-Turiżmu qiegħda taħdem biex jiġu iffinanzjati mill-fondi struttutali ta' l-Unjoni Europeja. Il-proġett jikkonsisti fi ġnien Belvedere f'Pembroke viċin tliet lukandi ewlenin. Ma hemmx slipway inkluża f'dan il-proġett minħabba l-fatt li dan il-proġett mhux se jmiss mal-baħar.

Pembroke — Bini ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol tal-bini ta' l-iskola l-ġdida f'Pembroke?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol se jibda meta l-permessi neċessarji jinħarġu mill-MEPA u meta jkun hemm il-Letter of Acceptance mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Xogħol ta' lifeguard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' lifeguardhuwiex rikonoxxut ma' l-ETC u jekk hux qiegħed jikkonsidra li jdaħħal dan il-coursel-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-KXT taċċetta li tirreġistra persuna għax-xogħol ta' Lifeguard. Informat ukoll li l-MCAST qatt ma ġie mitlub biex jorganizza dan il-kors.

Pembroke — Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq toroq madwar il-blokok il-ġodda f'Pembroke?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħlijiet fuq it-toroq tal-madwar Triq Salvatore Castaldi Housing Estate ingħataw fit-13 ta’ April li għadda u x-xogħol ser jibda fil-ġimgħat li ġejjien. Ix-xogħlijiet ta’ toroq madwar il-Housing Estate fi Triq d’Armenio qegħdin fil-programm ta’ toroq tal-ADT u għaldaqstant għandhom ikunu lesti sa l-aħħar tas-sena 2008.
Leg 10 PQ #25624 Sitting 520 2007-05-02 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorġ — Slipway

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-slipwayli nbniet flimkien mal-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ ġietx mgħoddija jew hi għall-użu speċifiku ta' persuna jew kumpannija waħda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi lis-slipway saret bħala parti mill-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ sabiex tinbidel slipway oħra qadima li kien hemm. L-użu ta' l-islipway, għalkemm pubbliku, qiegħed l-aktar biex jintuża mid-dgħajjes li jagħtu servizz għal fini tat-turisti jew xi dgħajjes zgħar tas-sajd. Huwa skoraġġut (għalkemm mhux projbit) li jinżlu dgħajjes oħra sabiex ma jingumbrawx l-użu tal-promenade.

Vapur Olandiż — Women on waves

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l-istat Malti sabiex ma jitħalliex jidħol fl-ibħra territorjali Maltin u wisq inqas jitrakka fil-portijiet tagħna, vapur Olandiż ta' l-organizzazzjoni women on waves li hu intiż li għandu jiġi Malta u li mhux biss jippromwovi iżda li jwettaq l-abort? Jista' jikkunsidra li ma jħalliex dan il-bastiment jidħol anke jekk jiġu mogħtija assigurazzjonijiet mill-promoturi li ma jsirux aborti jew jitqassmu pilloli għall-abort? Jista' jgħid jekk l-awtoritajiet humiex se jieħdu passi kontra l-promoturi ta' din l-attivita' li fiha nnifisha qed tippromwovi l-qtil ta' trabi innoċenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-liġi Maltija hi applikabbli għal kulħadd. Għalhekk hu dmir tal-Gvern li jiżgura li jittieħdu l-passi li tikkontempla l-liġi sabiex reati kriminali ma jitwettqux.

Pembroke — Proġett tal-Belvedere

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett tal-Belvedere li għandu jiġi ppjanat ġewwa Pembroke?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infurmat li ma hemmx pjanijiet lil fil-futur immedjat isir xi belvedere f'Pembroke.

Pembroke — Slipway

Question

Jista' l-Ministru jagħti xi tagħrif dwar meta se ssir is-slipway ġewwa Pembroke u x'qiegħed iżommha milli ssir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi kien hemm żewġ siti proposti mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke għal din is-slipway. L-ewwel sit ħareġ permess fuqu, PA 4274/04 tad-29 ta’ Marzu 2004 iżda, il-Malta Resources Authority oġġezzjonat għalih peress li hu viċin wisq ta’ l-impjant tar-Reverse Osmosis ta’ Pembroke. Fuq it-tieni sit, saret applikazzjoni lill-MEPA PA 0754/06 fit-3 ta’ Frar 2006. Sussegwentement, tħejja rapport minn ġeoloġista. Dan ir-rapport ġie sottomess lill-MEPA. Sal-lum, il-MEPA għadha ma ħarġitx il-permessi sabiex isir dan ix-xogħol.

Alcohol — Persuni taħt l-eta'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna taħt is-16-il sena inqabdu jikkonsmaw alkoħol mill-bidu ta' Jannar ta' din is-sena s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija m'għandhiex din l-informazzjoni peress li l-Att III ta' l-2007, li jipprojbixxi l-konsum ta' alkoħol minn persuni ta' taħt is-sittax-il sena, għadu ma daħalx fis-seħħ.

Pembroke — Bini ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tinbena l-iskola l-ġdida ġewwa Pembroke?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li t-‘tender’ ġiet ippublikata u tagħlaq fl-10 ta’ Mejju 2007. Ix-xogħol jinbeda meta jkollna ‘Letter of Acceptance’ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Marbut magħha hemm ukoll il-permess tal-MEPA.