Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi wżati — Importazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi wżati sena b’sena matul l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew mogħtija permess mid-dwana sabiex ma jħallsux dazju almenu għal xi żmien wara l-importazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-karozzi li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea biss huma suġġetti għad-dikjarazzjoni tad-dwana u għal ħlas ta’ dazju kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Gwann — Pelican Lights

Question

B’riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 1525, 1683, 7497, 11344, 12540 u 26889 rigward it-twaħħil ta’ pelican lights u zebra crossing fi Vjal ir-Rihan, San Gwann, jista’ l-Ministru f’liema stadju waslu x-xogħlijiet u x’inhi d-data ta’ meta dawn ser ikunu tlestew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Karozzi wżati — Importazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi wżati sena b’sena matul l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew mogħtija permess mid-dwana sabiex ma jħallsux dazju almenu għal xi żmien wara l-importazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pjanċi ta' reġistrazzjoni barranin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ – sena b’sena tul l-aħħar ħames snin - ġew maqbuda jew inħarġitilhom kontravvenzjoni billi kienu fit-triq b'vettura bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin mhux legali jew mhux permessi f’Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Transfer ta' reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq kemm-il vettura sar transfer tar-reġistrazzjoni minn ġurisdizzjoni barranija għal dik Maltija sena b’sena tul l-aħħar ħames snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-vetturi li sar transfer tar-reġistrażżjoni minn ġurisdiżżjoni barranija għal dik Maltija.

Għargħur — Kamra tan-nar ta' San Bert

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27272, jista’ l-Ministru jgħid meta’ din it-triq ser titlesta għax kull dewmien qed iżid in-numru ta’ inċidenti u riskji? Jista’ jgħid x’qed iżomm milli ssir it-triq ġaladarba issa l-espropjazzjoni tat-triq saret?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ dwar it-Trasport qed tagħmel mill-aħjar biex din it-triq titwessa’ mill-aktar fis possibli. Fil-ġranet li ġejjien ser issir is-setting out fuq il-post ta’ kif għandha titwessa’ it-triq.

Abbuż fuq it-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-105 rapport abbuż fuq tfal permezz ta' l-internet li - skond kif irrappurtat fil-media - ġew rrappurtati lill-Aġenzija Appoġġ tul l-ewwel sitt xhur tas-sena tressqu lill-Pulizija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-105 ka] rappurtat lill-A;enzija Appo;; ta' abbu] fuq tfal permezz ta' l-internet,;ew referuti 27 lill-Pulizija. Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament tar-rapporti rri]ultaw lill-A;enzija li ma kienux ta' natura llegali.

Ta' Xbiex — Triq tax-Xatt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26870 jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija tat-Triq ix-Xatt ta' Ta' Xbiex jiġifieri jekk hux il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq jew il-kunsill lokali ta' Ta' Xbiex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li r-responsabilta' għat-tiswija ta' Triq ix-Xatt, Ta' Xbiex ma taqax taħt l-ADT imma taħt il-Kunsill Lokali rispettiv.

Tas-Sliema — Bini skedat

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' bini li huwa skedat ġo tas-Sliema u jista' jagħti wkoll il-grad ta' skedat li għandhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) iżżomm din it-tip ta’ informazzjoni kif rikjesta mill-Onorevoli Interpellant fuq is-sistema ta’ l-informatika tagħha u din hija aċċessibbli mill-pubbliku minn fuq il-website ta’ l-istess Awtorità.

Importazzjoni ta' rettili

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħataw permessi biex jiġu mportati rettili? Jekk jingħataw il-permessi, jista' jagħti lista tar-rettili li f'dawn l-aħħar ħames snin ġew importati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-preżent, min-naħa ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), m’hemm l-ebda restrizzjoni għall-importazzjoni ta’ rettili, dejjem jekk il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni, bħal ma huma il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati/permessi neċessarji, jiġu osservati. Madanakollu, l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin hija regolata wkoll minn dipartimenti governattivi oħrajn bħalma huma d-Diviżjoni ta' l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd, il- Port Health u d-Dwana. Is-sezzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) responsabbli mill-importazzjoni ta’ annimali u pjanti mħarsa ma żżommx id-dettalji ta' l-eżemplari kollha imma biss ta' dawk li huma mħarsa mill-Konvenzjoni dwar Kummerċ Internazzjonali ta' Speċi ta' Fawna u Flora Slavaġġ li Jinsabu fil-Periklu ta' Estinzjoni (CITES). Barra minn hekk, l-importazzjoni minn pajjiżi membri tal-Komunità Ewropea ma tirrikjedi l-ebda permess min-naħa ta’ ħarsien ta' l-ispeċi taħt l-imsemmija konvenzjoni u għaldaqstant ma jeżisti l-ebda tagħrif dwar din l-importazzjoni.

Importazzjoni ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati annimali u x'kienu, tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm importazzjoni ta' annimali minn pajjiżi terzi fl-aħħar tliet snin. Qabel ma kenitx tinżamm data.

Fabbriki li jagħmlu separazzjoni ta' l-iskart

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx xi fabbriki jew importaturi f'pajjiżna li jagħmlu separazzjonijiet ta' l-iskart? Jekk le, xi pjanijiet qegħdin isiru biex dan iseħħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f’Malta hawn diversi fabbriki u importaturi li jisseparaw għal skopijiet ta' riċiklaġġ l-iskart li jiġġeneraw huma fil-ħidma u l-proċessi tagħhom. Saret kampanja edukattiva permezz ta’ proġett, li sar b’fondi mill-Unjoni Ewropea, fejn intrapriżi żgħar kellhom l-opportunità li jilqgħu nies biex jinfurmawhom dwar kif huma jistgħu jisseparaw l-iskart tagħhom. Saru wkoll seminars informattivi fuq l-istess suġġett li fihom kienu mistiedna jipparteċipaw nies mill-industrija. Ma teżistix informazzjoni dettaljata ta' dawn. Informazzjoni bħal din tinġabar b'riżultat ta' Avviż Legali 106/07. Dan l-Avviż Legali, fost affarijiet oħra, jitlob lil dawk li jirriċiklaw l-iskart biex jibagħtu ċerta informazzjoni bażika lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq din l-attività. Dan l-Avviż Legali ħareġ f'April 2007 u jidħol fis-seħħ f'qasir żmien.
Leg 10 PQ #27267 Sitting 555 2007-09-25 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Permessi għal sunbeds u deck chairs

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-operaturi li jinsabu fil-bajjiet ta' l-Għadira li għandhom il-permessi biex jikru sunbeds, umbrellel u deck chairs? Jista' jgħid jekk dawn jikrux għal bażi ta' spazju jiġifieri li jarmaw f'tant square metres jew bl-ammont ta' umbrellel, sunbeds u deck chairs? Jista' jgħid jekk dawn hux qegħdin jiġu ċċekjati min-naħa ta' l-awtorita'? Jista' jgħid jekk hemmx regolamenti ta' kemm iridu jżommu lura bl-armar mix-shore line u jistax jgħid x'konsiderazzjonijiet qed jittieħdu għal dawk in-nies li jixtiequ jieħdu l-umbrellel magħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninasb infurmat illi fil-bajja ta’ l-Għadira hemm ħames operaturi li ngħatalhom permess ta’ konċessjoni ta’ art mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dawn il-konċessjonijiet qiegħdin f’isem: 1. Sur A. Curmi (Costa del Sol) 2. Easysell Properties Ltd (Adira Kiosk) 3. Sur Paul Caruana (Maxima Kiosk) 4. Il-Mellieha Holiday Centre (preżentement mhux operattiv) 5. San Remo Restaurants Ltd (San Remo Restaurant) Tlieta oħra għandhom permess li kien ħareġ mill-pulizija sabiex jikru l-umbrellel, sunbeds u deck chairs . Dawn il-permessi huma f’isem: 1. Antonia Abela (Framon Mobile Kiosk). Dan il-permess jinkludi klawsola ta’ kemm għandu jikri. 2. Rayone Caruana (Marea Kiosk) 3. Steven Muscat u Albino Said (La Sosta Kiosk) Parti mill-proċess ta’ beach management li ġie introdott dan is-sajf f’din il-bajja jinkludi sorveljanza ta’ kuljum min uffiċjal ta’ l-Awtorita sabiex l-operaturi jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġew imposti mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet kif ukoll jassiguraw li min għandu permess li jikri l-umbrellel ma jikkapparax firxa ta’ ramel qabel ma dawn jinkrew. Fl-allokazzjoni tal-konċessjonijiet mid-Dipartiment tal-Artijiet hemm stipulat il-qisien u l-pożizzjoni tal-konċessjoni u għalhekk id-distanza mix- shoreline. Madankollu ma jeżistux regolamenti li jimpedixxu persuni li jpoġġu umbrellel jew sunbeds li jkunu krew jew li huma tagħhom b'mod personali li jżommu distanza speċifika mix- shore line.

Pembroke

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi ftehim mal-kunsill lokali ta' Pembroke rigward tisqija ta' siġar li ġew miżrugħin riċentement u jekk dan il-ftehim skadiex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ftehim jew kuntratt mal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke. Għal 'l fuq minn sena dan il-Kunsill qabbad kuntrattur privat.

San Ġiljan — Lamp post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-lamp postsħomor li kienu ġew imwaħħla fi Triq Santu Wistin ġo San Ġiljan inqalgħu? Jista' wkoll jgħid kemm kienu ġew jiswew u jekk hux se jerġgħu jiġu mwaħħlin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet relatati mal-lamp posts ta' din it-triq saru mit-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-manutenżjoni ta' din it-triq ma taqax taħt l-ADT minħabba li mhiex triq arterja jew distributorja.

Sliema — Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara l-fatt li saru żewġ zebra crossing ġo Tower Road, Sliema jiġifieri mill-Magic Kiosk 'l fuq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li z-zebra crossing li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġew implimentati għal raġunijiet ta’ sigurta’ għal zmien temporanju sakemm jitlestew ix-xogħolijiet ta’ kostruzzjoni li għadejjin bħalissa fuq extension ta’ bini ezistenti kopert mill-permessi neċessarji ta’ l-Awtrorita’ Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Dawn iz- zebra crossing kienu ġew rakkomandati skond ir- Risk Assessment Report li ġie ppreparat u diskuss ma’ l- Occupational Health and Safety Authority. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopji tar-Risk Assessment Report..

Pembroke — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-toroq il-ġodda madwar il-housing estates il-ġodda ġewwa Pembroke u jista' jgħid ukoll meta se jitwaħħal il-crash barrier ġo Triq Burma peress li taħtu hemm ġnien fejn suppost jilgħabu t-tfal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi bħalissa nbdew ix-xogħlijiet fuq it-toroq tal-Housing Estate fl-inħawi tat-Triq Kurunell Cocks, fejn qed jiġi nkluż anke parking area. It-toroq tal-Housing Estate fl-inħawi ta' Triq Pietru Darmenia ġew inklużi fil-programm ta' toroq li jridu jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008. Fil-kaz ta' Triq Burma, ser issir spezzjoni fuq il-post ħalli jiġi determinat dak li hemm.

Għargħur — Kamra tan-nar ta' San Bert

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta ser titwessa t-trejqa li twassal għall-kamra tan-nar ta' San Bert, Għargħur, u jista' jagħti d-dettalji x'sar fuq l-akkwist ta' l-art biex dan iseħħ peress li kienet ukoll ħarġet dikjarazzjoni tal-President ta' Malta dwar l-akkwist ta' artijiet li jwasslu għal din il-kamra u għal bnadi oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-art meħtieġa biex it-triq titwessa diga’ ġiet espropjata’ u bħalissa qed isiru l-istimi mill-istess Awtorita’ ħalli jkunu jistgħu jinħarġu t-tenders.

Kmamar tan-nar — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi spezzjonijiet qed isiru fil-kmamar tan-nar? Jista' jgħid jekk u kif ħarġu l-permessi għal dawn il-kmamar tan-nar meta għad hemm diffikultajiet għall-aċċess għal ċerti kmamar tan-nar u xi pjanijiet hemm biex dan l-aċċess ikun faċilitat?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27068.

Bandli f'ġonna pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istandards authority hijiex qed timmoniterja u tiċċertifika l-bandli li jinsabu f'ġonna pubbliċi f'pajjiżna? Jekk fin-negattiv, jista' jikkonsidra li dan iseħħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards m'hiex fil-preżent timmoniterja u tiċċertifika l-ebda bandli f'pajjiżna. Madankollu ser nikkunsidra s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.