Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet — Speċjalisti

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma kemm jitħallsu fis-siegħa l-ispeċjalisti ta' l-isptar meta jkunu qegħdin fuq stand by?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond l-Artiklu 4 Subartiklu 1 tal-Ftehim Kollettiv dwar Klassifikazzjoni, Ristrutturar u Assimilazzjoni tal-Klassi Medika bejn l-M.A.M. u l-Gvern f'Awissu 1993. Il-Konsulenti huma mħallsa bir-rati li jihdru hawn taħt meta jkunu on-call: Frekwenza Rata fis-sena Darba kull jumejn jew iżjed Lm600 Darba kull erbat ijiem Lm400 Inqas minn darba kull erbat ijiem Lm200
Leg 10 PQ #9035 Sitting 190 2004-11-18 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorġ — Culvert

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx ħsieb li jitwaħħlu xi gradilji fil-culvert li jinsab fil-bajja ta' San Ġorġ u jekk fil-pożittiv, meta se jsiru peress li jekk jinżel l-ilma bis-saħħa jista' ikaxkar lil xi ħadd li jnqabad fih u jegħreq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-gradilji għal-water culvert ġew ordnati iżda kien hemm dewmien minn naħa tal-kuntrattur. Ser ninsistu mal-kuntrattur biex dawn jitqiegħdu mill-aktar fis.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Proġetti Filantropiċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1987 sal-ġurnata tal-lum kemm ingħataw siti (mibnija u artijiet) biex jiġu żviluppati għal proġetti filantropiċi bħal sport centre, scouts, clubs, etc u kemm minnhom ġew effettivament imwettqin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjeta' tal-Gvern li tingħata lill-għaqdiet sportivi, scouts u clubs huma amministrati mill-Kunsill Malti Sports. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi t-talba tiegħu lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.

Prim'awla tal-Qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-prim'awla tal-qorti ċivili kemm normalment iddum biex issir notifika ta' ittra uffiċjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ittri uffiċjali, meta joħorġu bil-purtier, jiġu notifikati l-għada li jiġu ppreżentati fir-Reġistru. Meta n-notifika ssir bil-posta, din ukoll tintbgħat bil-kartuna r-roża (l-A.R. Card) li għandha tintbgħat lura l-għada. Ovvjament f'dawn il-każijiet in-notifika tiddependi dejjem minn kemm iddum ma tiġi ritornata din l-AR Card mill-Maltapost.
Leg 10 PQ #7543 Sitting 169 2004-10-06 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

St. James Cavalier

Question

B'riferenza għar-rapport ta' St. James Cavalier, sezzjoni "Income & Expenditure Statement for the year ended 31st December, 2003", jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-expenditure section, (page 18) fejn tgħid: Direct expenditure of activities (52.204) Staff costs (99.441) Depreciation (7.705) Audit fee (350)

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Leg 10 PQ #7491 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

San Ġiljan — Proġett tal-bajja ta' San Ġorġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ? Jista' jagħti breakdown ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett tal Bajja ta' San Ġorġ s'issa sewa Lm 375,000. L-ispejjeż kienu maqsumin kif ġej: Rapport bix tħejja l-E.I.A. Lm 20,000 Produzzjoni ta' ramel, trasport mill-Ġordan għal Malta, trapsort mil-port għal-bajja, tifrix ta' ramel, sevizzi ta' wardens u security waqt it-tqegħid tar-ramel.Lm 239,500 Xogħolijiet ta' kostruzzjoni tal-water culvert, servizzi ta' inġinir għad-disinn tas-sistema ta' l-istorm water, sevizzi ta' periti għad-disinn ta' strutturi u għal project management, land surveysLm 95,000 Testijiet fuq samples tar-ramel, quality assurance fil-Ġordan waqt il-produzzjoni tar-ramel, environmental monitoring (meħtieġ skond il-permess għall-iżvillup), servizzi ta' konsulenza fuq aspetti ambjentali u ta' beach dynamics.Lm 17,000 Servizzi oħra, public relations, servizzi legali Lm3,500 Tajjeb li wieħed isemmi illi: Din kienet l-ewwel darba li sar proġett ta' beach replenishment ġewwa Malta fejn bajja li ftit li xejn kienet tintuża ġiet trasformata f'bajja mfittxija mill-Maltin u t-turisti; Aparti il-proġett innifsu, il-Ministeru u l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ħadu ħsieb il-beach management tul is-sajf kollu. Din kienet l-ewwel darba illi ngħata dan il-livell ta' servizz ta' management ġewwa bajja; Xogħolijiet fuq it-tieni fażi tal-proġett jinbdew fil-ġimgħat li ġejjien; Entitajiet kummerċjali, inkluż dawk turistiċi, gawdew mhux ftit mill-attivita` li tiġġenera u li ser tkompli tiġġenera il-bajja tar-ramel il-ġdida. Nittama li dawn l-entitajiet jgħarfu japprezzaw il-ġid illi ġie iġġenerat permezz ta' investiment tal-Gvern.

Sptar San Luqa — Xufiera ta' l-ambulanzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sewwieqa ta' l-ambulanzi fl-isptar San Luqa? Kemm-il ambulanza hemm? Kemm jammontaw il-pagi tagħhom? Jista' jagħti breakdown ta' l-overtime li jagħmlu s-sewwieqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-Ambulance Garage ta' l-Isptar San Luqa hemm 35 xufier (31 ambulance drivers u 4 MTD's li jsuqu l-ambulanzi). Ambulanzi hemm 20. Il-pagi ta' dawn il-35 xufier jammontaw għal Lm148,382 fis-sena (basic). L-overtime li tħallsu dawn ix-xufiera minn Jannar sa Settembru 2004 kien hekk: Jannar Lm4,203 Frar Lm1,276 Marzu Lm1,458 April Lm1,335 Mejju Nil Ġunju Lm1,431 Lulju Lm2,721 Awissu Lm1,326 Settembru Lm3,349

Paceville — Ġbir ta' skart separat

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabar skart separat mis-separation skips ta' taħt l-art li hemm fi Triq Elia Zammit f'Paceville?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jsaqsi il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

SVPR — Tqassim ta' ikel lill-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ikel li qed jiġi mogħti lill-anzjani ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule huwiex wieħed standard għal kulħadd jew huwiex ibbażat fuq il-kondizzjoni medika tal-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ikel li jiġi mogħti lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz De Paule huwa bbażat fuq il-kundizzjoni medika tal-pazjent.

San Ġwann — Vjal Rihan - pelican lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex hemm dak id-dewmien kollu biex l-ADT jipproċessa t-talba tal-kunsill lokali ta' San Ġwann biex isiru l-pelican lights maġenb l-iskola (Vjal Rihan, Naxxar Road) minħabba l-periklu li hemm għat-tfal u l-ġenituri li jkunu jridu jaqsmu għall-iskola?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport tirċievi madwar 60 u 70 talba mill-Kunsilli Lokali kollha ta' Malta għall-pelican crossings u zebra crossings fis-sena. Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta' dawn it-talbiet tikkonsisti f'diversi stadji. L-ewwel trid issir spezzjoni fil-post biex tiġi eżaminata n-natura tal-konflitt bejn il-vetturi u l-pedestrians kif ukoll tas-sewwieqa, skond ir-regolamenti ta' l-Awtorita. Darba ir-rikjesta tkun aċċettata jsiru preparamenti u d-diżinji neċessarji għall-implimentazzjoni. Fir-rigward tat-talba mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, din waslet l-Awtorita fis-17 ta' Ġunju, 2004. Din it-talba għadha qed tiġi ipproċessata skond din il-proċedura, fejn wara li saret l-ispezjoni fuq il-post, fil-preżent qed isiru d-diżinji neessarji.

Importazzjoni ta' Annimali Velenużi

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk ġewx importati annimali li huma velenużi bħal sriep, brimb jew speċi simili? X'rettili oħra qegħdin jiġu importati barra dawn l-ispeċi? Qegħdin jiġu reġistrati b'xi mod peress li dawn l-annimali jinvolvu riskji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fir-rigward ta’ l-ewwel żewġ mistoqsijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jindika d-data, jew snin, jew perjodu li fih ġew impurtati l-ispeċi li qed isemmi. Fir-rigward tar-reġistrrazzjoni ta’ l-annimali li jinvolvu riskji, id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Attivita’ Vetewrinarja ma tirrakkomandax l-importazzjoni qabel ma jkun hemm rakkomandazzjoni mill-Environment Protection Directorate (EPD) fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Fil-preżent, sistema ta’ reġistrazzjoni qed tkun kkunsidrata.

Pembroke — Triq bejn Triq San Patrizju u trejqet Don G Miriti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq li tinsab bejn Triq San Patrizju taqsam għal ġo trejqet Don G Miriti f'Pembroke saritx mid-dipartiment tat-toroq u jekk hemmx permess, peress li jista' jagħti l-każ li ħafna ilma tax-xita li jkun ġej mit-toroq ta' fuq se jibqa' sejjer lejn il-housing estate?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet saret mill-Gvern Ċentrali żmien ilu u għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabilita tal-Kunsill Lokali. Madankollu l-Awtorita dwar it-Trasport għaddiet l-ilment tal-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali sabiex jara x' l-aħjar li jsir.

Pembroke — Afforestation project

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex insalvaw ix-xogħol li ġie traskurat ta' "Afforestation Project" fl-entratura ta' Pembroke u li jerġa' jitnaddaf u jergħu jinżergħu is-siġar li mietu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il pjanijiet ta L-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent (MRAE) għal dan is-sit hu li jitkompla ix-xogħol aktar ‘il quddiem. Ix-xogħol li sar s’ issa kien sar fuq il-premissa li il-kunsill ta Pembroke kien ser jidħol fi ftehim u jkollu rwol li jieħu ħsieb dak li ġie żviluppat mill gvern ċentrali. Qabel ma l-Gvern ċentrali jkompli għaddej bil-proġett irridu nkunu ċerti li l-kunsill ser jieħu ħsiebhom. (inkella il-proġett ikun wieħed tal-gvern ċentrali biss u m' hux wieħed bi sħubija ma dan il-kunsill, kif kien intenzjonat oriġinarjament).

Pembroke — Kuntrattur tat-tindif

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kunsill lokali ta' Pembroke ilu xahrejn bla kuntrattur tat-tindif, non urban/urban u qtugħ ta' ħaxix u jgħid x'inhi r-raġuni? Għalfejn it-tender ħarġet din il-ġimgħa (l-aħħar ġimgħa ta' Settembru)?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 10 PQ #7486 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Enforcements

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru enforcements min-naħa ta' l-MTA din is-sena? Fejn, f'liema stabbilimenti u min kienu l-uffiċjali li għamlu dawn l-enforcements?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din is-sena s'issa ħarġu sittax-il enforcement notice u ġew imposti sitta u tmenin multa amministrattiva. Kien hemm każ wieħed li ntbagħat direttament lill-Pulizija. Ma nħossx li jkun xieraq li nagħti tagħrif dwar dak mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija. Ovvjament l-infurzar sar kollu minn uffiċjal fid-Direttorat ta' l-Infurzar.
Leg 10 PQ #7488 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi — Applikazzjoni għall-eco certification

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il lukanda applikat biex tieħu l-eco certification?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 34 lukanda li applikaw biex jieħdu sehem fl-Eco Certification.
Leg 10 PQ #7490 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

San Ġiljan — Proġett tal-bajja ta' San Ġorġ - ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fuq il-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ? Xi grad għandhom? Jista' jagħti breakdown tas-salarji tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li min-naħa tal- Awtorita` Maltija għat-Turiżmu m'hemm l-ebda impjegat illi qed jaħdem full time fuq il-proġett. Il ko-ordinazzjoni tal-proġett hija waħda fost responsabiltajiet oħra li għandu mad-Direttorat tal-Ippjanar u l-Iżvillup tal-Prodott tal-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu.

Pulizija — Sejba tal-moon rock

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kienx hemm żviluppi fuq is-sejba tal-moon rock li nsterqet mill-mużew? Kien hemm surveillance recording equipment u cameras?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, għadha għaddejja. Għal aktar tagħrif dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment ta' l-artijiet — Konċessjonijiet għal skopijiet rikreattivi

Question

Fid-dawl tal-konċessjonijiet li jingħataw minn naħa tal-gvern għal skopijiet rikreattivi bħal sports u scouts, peress li min talab l-art spjega għal xiex iridha, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jagħmel hu impact assessment?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-għotja ta' proprjeta' tal-gvern lill-għaqdiet sportivi ssir fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Malti Sports, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żagħżagħ u Xogħol li huwa responsabbli minn dan il-Kunsill.