Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Rapporti fuq ċekkijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi jittieħdu mill-pulizija wara li jsir rapport fuq ċekkijiet ta' bank lokali, meta jsir pagament u ċ-ċekk jiġi dikjarat refer/forward drawer? Dan għandu jiġi ikkunsidrat bħala frodi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tinvestiga r-rapporti li jsirulha. Ikun wara li tkun tlestiet l-investigazzjoni u tkun evalwata l-evidenza miġbura, li jiġi deċiż jekk l-evidenza hekk miġbura tkunx twassal sabiex jinbdew proċeduri kriminali jew le.
Leg 10 PQ #9607 Sitting 209 2004-12-14 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Economic Survey

Question

B'riferenza għall-Economic Survey January-September 2004 Paġna 131, Chart 5.2 u Table 5.4, jista' il-Ministru jagħtina breakdown tal-kolonna "Others"?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn meta l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika bidel is-sistema għal waħda ta' sample surveys, li permezz tagħhom tinħareġ statistika fuq tourism departures, ma tistax tingħata breakdown ulterjuri għal fejn hemm indikat Others.

Skejjel — Sistema Schoolnet

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' dawk il-websites Maltin li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni ddeċieda li jimblokka l-aċċess għalihom fis-sistema Schoolnet fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat? Fuq liema kriterji dawn il-websites Maltin qed jiġu mblukatti? Se tingħata l-possibbilta' lill-għalliema li jkollhom aċċess għall-internet li ma jkunx ristrett daqs dak mogħti lill-istudenti f'dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #9439 Sitting 198 2004-12-03 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta kif l-MTA se tinvesti t-Lm8 miljun li ġew allokati fil-budget għas-sena 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-estimi finanzjarji ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għad iridu jkunu diskussi u approvati mill-Bord ta' l-Awtorita'. Dettalji jingħataw iktar il-quddiem u ssir diskussjoni fil-Parlament qabel ma jkunu approvati.

Twelid Artificially Assisted

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena, twieldu twins, triplets, u quadruplets u iżjed? Jista' jgħid jekk it-tqala ta' dawn kenitx artificially assisted?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma tinżammx statistika dwar it-tieni parti tal-mistoqsija.

Art għal skopijiet rikreattivi

Question

Fid-dawl tal-konċessjonijiet li ngħataw min-naħa tal-gvern għal skopijiet rikreattivi bħal sports u scouts, peress li min talab l-art spjega għalxiex iridha, jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jagħmel impact assessment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull għaqda li titlob li tingħata t-titolu legali t'art biex tiġi żviluppata minnha tiġi mitluba mill-Kunsill Malti għall-Isport biex :- -Tibgħat dettalji tal-proġett propost inkluż l-istam tal-periti u pjanti, -Feasibility study fuq kif ser jiġi l-finanzi tal-proġett, -Approvazzoni tal-MEPA fuq il-proġett.

Proġetti filantropiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-1987 sal-ġurnata tal-lum kemm ingħataw siti (mibnija u artijiet) biex jiġu żviluppati għal proġetti filantropiċi, bħal sport centres, scouts, boat and sailing clubs, u clubs oħra u kemm minnhom ġew effettivament imwettqin? Qabel ma jingħataw, il-gvern ra li l-partijiet kellhom finanzi biex il-proġetti jseħħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġerixxi li l-Onor. Kollega jirreferi din il-Mistoqsija lil sieħbi l-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja u Intern li taħtu jaqgħu s-siti msemmija fil-Mistoqsija.

Pembroke — Triq San Patrizju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-triq li tinsab fid-daħla ta' San Patrizju f'Pembroke hijiex issir mill-gvern ċentrali? Jekk le, ġiet approvata mill-ADT?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Qrati — Membri tal-ġudikatura

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'każijiet hemm ta' membri tal-ġudikatura li huma investigati dwar xi nuqqas amministrattiv jew ta' imġieba?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat peress li l-informazzjoni jekk tista' tingħata trid tinkiseb mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Dizzjunarju għal-lingwa Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi inizjattivi sabiex isir dizzjunarju teżawru għal-lingwa Maltija li jaħdem fis-sistema tal-"Windows (Microsoft)" fid-dawl tal-problemi li hemm fuq it-traduzzjoni tal-lingwa Maltija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Universita' — Staff akkademiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kondizzjonijiet ta' l-impjiegi ta' l-istaff akkademiku ta' l-Universita' jinkludux, u jekk fl-affermattiv jindika, x'inhuma n-numru ta' sigħat tax-xogħol u jekk hemmx xi benchmarks dwar kemm minn dawn is-sigħat għandhom jiġu wżati għal-lectures, tutorials, xogħol ra' riċerka, eċċ.? Jista' ukoll jgħid x'arranġamenti jeżistu għal dawk il-membri ta' l-istaff akkademiku li jokkupaw karigi pubbliċi jew privati u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-pożizzjoni/grad ta' dawk il-membri ta' l-istaff akkademiku li huma awtorizzati li jokkupaw karigi pubbliċi u privati u x'inhuma dawn il-karigi?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Art għal skopijiet rikreattivi

Question

Fid-dawl tal-konċessjonijiet li jingħataw minn naħa tal-gvern għal skopijiet rikreattivi bħal sports u scouts, peress li min talab l-art spjega għal xiex iridha, jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jagħmel hu impact assessment biex jasal jagħti l-proprjeta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-konċessjonijiet li jingħataw minn naħa tal-gvern għal skopijiet rikreattivi bħal sports u scouts huma amministrati mill-Kunsill Malti Sports. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi t-talba tiegħu lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.

Pembroke — Triq fid-daħla ta' San Patrizju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq li tinsab fid-daħla ta' San Patrizju f'Pembroke hijiex issir mill-gvern ċentrali? Jekk le, ġiet approvata mill-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi t-Triq imsemmija hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali, għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Proġetti Filantropiċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1987 sal-ġurnata tal-lum kemm ingħataw siti (mibnija u artijiet) biex jiġu żviluppati għal proġetti filantropiċi, bħal sport centres, scouts, boat and sailing clubs, u clubs oħra u kemm minnhom ġew effettivament imwettqin? Qabel ma jingħataw, il-gvern ra li l-partijiet kellhom finanzi biex il-proġetti jseħħu?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' għedt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9165 f'din l-istess Seduta, il-konċessjonijiet li jingħataw minn naħa tal-gvern għal skopijiet rikreattivi għal sport centres, scouts u clubs oħra huma amministrati mill-Kunsill Malti Sports. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi t-talba tiegħu lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.

Saħħa — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jaħdmu mal-gvern: Radiographers, Medical Laboratory Scientists, Speech Therapists u Physiotherapists? Kemm jitħallsu overtime għal kull settur u kemm hi l-paga net fis-sena għal kull livell f'kull qasam?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pembroke — Triq il-Mediterran

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa biex it-triq mhux urbana li tagħti minn tarf Triq il-Mediterran għall-grounds tal-Melita FC f'Pembroke, tinkesa bit-tarmac?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi t-Triq hawn fuq imsemmija skond LA 1/04 ġiet tiswa' Lm6,184.43.

Annimali velenużi

Question

Jista' il-Ministru jindika d-data, jew snin, jew perijodu li fih ġew importati xi speċi ta' annimali velenużi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Membru, li mhux kull ma jmiss mal-biodiversita’, jiġifieri pjanti u annimali, huwa r-responsabbilta esklussiva l-Ministeru tiegħi. Id-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), fejn tidħol il-Biodiveristà’ huwa responsabbli għall-obbligi li l-pajjiż għandu kemm minn-naħa internazzjonali, kif ukoll minn dik nazzjonali, għall-ħarsien [protezzjoni] ta’ l-ispeċi per se. Dan ifisser li l-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent jintervjeni biss fejn l-ispeċi nfushom huma mħarsa, jew jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-ispeċi Maltin, dejjem skond l-obbligi nazzjonali u internazzjonali. Dan ifisser li miżuri dwar il-biodiversita’ huma wkoll responsabbilta · tad-Dipartiment tas-Sahha, jekk il-biodiversita’ tkun ta’ ħsara pubblika, · tad-Dwana, jekk l-importazzjoni ma ssirx skond ir-regolamenti tad-Dwana, · tal-Kummissarju tal-Pulizija jekk il-liġijiet nazzjonali jinkisru u jkun hemm ħtieġa ta’ prosekuzzjoni, · tad-Dipartiment tal-Veterinarju, jekk il-biodiversita’ tkun ta’ ħsara għas-saħħa ta’ l-annimali, u · tad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura jekk il-pjanti jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-pjanti li jinsabu fil-gzejjer Maltin, kemm indiġeni kif ukoll dawk agrikoli. Fil-każ imsemmi mill-Onor. Membru, dan huwa każ li jittratta lid-Dipartiment tas-Saħħa, li wkoll għandu sehem fil-kontroll ta’ l-importazzjoni tal-Biodiversita’ minħabba li l-impatt li dawn jistgħu jkollhom jista’ jkun ta’ ħsara pubblika, u din tkun tirrikjedi miżuri speċjali. Għalhekk ġentilment nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għas-Saħħa.

Diabetiċi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6234 u cioe' jista' jgħid x'inhu n-numru totali ta' diabetiċi f'Malta: 1) maqsuma f'type 1 Diabetics; type 2 Diabetics;2) klassifikati fi gruppi ta' etajiet: 0-10 snin; 11-20 sena; 21-40 sena; 41-50 sena; 51-60 sena u 61-70 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' diabetiċi f'Malta u f'Għawdex hu imqassam hekk skond il-klinika li jattendu: St.Luke's Diabetes Clinic 11382 Pazjenti li ilhom ma jattendu 5 snin (St.Luke's) 2586 Floriana Health Centre 2110 Mosta Health Centre 2186 Paola Health Centre 2476 Rabat Health Centre 921 Qormi Health Centre 2071 Cospicua Health Centre 860 Gzira Health Centre 2053 Gozo General Hospital 1558 Total 28203 Total 0-10 11-20 21-40 41-50 51-60 61-70 Type 1 782 25 122 311 208 73 43 Type 2 13273 0 5 238 1723 4817 6490 Dan in-numru huwa ibbażat fuq in-numru ta' pazjenti li jattendu l-kliniċi tal-gvern.

San Ġwann — Pelican lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għat-talba tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann biex isiru l-pelican lights maġenb l-iskola ta' (Vjal Rihan, f'Naxxar Road) minħabba l-periklu li hemm għat-tfal u l-ġenituri li jkunu jridu jaqsmu għall-iskola? Din hi urġenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li diġa saru xi surveys u disinji neċessarji fir-rigward ta’ l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Dawn ġew finalizzati mid-Direttorat għan-Network u Infrastruttura fi ħdan l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta, u li l-implimentazzjoni qegħdha tiġi prioritizzata flimkien ma’ 26 installazzjoni ta’ Pelican Lights ġodda f’lokalitajiet differenti madwar Malta. Ix-xogħlijiet jitwettqu hekk kif l-imsemmija prioritajiet jiġu stabbiliti skond l-importanza ta’ kull applikazzjoni minħabba raġuni ta’ sigurta’.