Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il immigrant kellu bżonn is-servizzi ta' psychologist?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-servizzi ta' kura medika lill-immigranti irregolari jingħataw mis-servizzi tas-saħħa kif ukoll, fuq livell volontarju, minn xi NGO's. Isir dak kollu possibli biex l-immigranti jingħataw kull għajnuna medika li jkollhom bżonn.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx translators biex jassistu lill-immigranti fil-bżonnijiet tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati juża regolarment, skond il-bżonn, is-servizzi ta' tradutturi għall-mili ta' applikazzjonijiet u intervisti ma' applikanti għal rikonoxximent ta' status ta' refuġjat.
Minn naħa tal-Pulizija ninsab infurmat illi meta jkun meħtieġ jinġieb interpretu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux jingħataw xi telephone cards l-immigranti klandestini miżmuma fil-kustodja tal-qawwiet tas-sigurta' Maltin, biex jagħmlu kuntatt mal-familjari tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-immigranti klandestini miżmuma taħt il-kustodja tal-Pulizija għandhom servizz tat-telephone li minn fuqu jistgħu jagħmlu u jirċievu telefonati. Huma wkoll jingħataw telephone cards perjodikament.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' testijiet mediċi qed isiru lill-immigranti klandestini meta jaslu Malta? Lill-qawwiet tas-sigurta' Maltin qed isirulhom testijiet mediċi fejn jitteħdu blood samples?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mal-wasla tagħhom f'Malta, l-immigranti klandestini jiġu eżaminati minn team mediku. Għal aktar dettalji dwar dawn it-testijiet mediċi, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jitlob dan it-tagħrif lill-Ministru kkonċernat. Infurmat ukoll illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tabib tal-Korp li jistgħu jirrikorru għandu għal kull għajnuna medika li jista' jkollhom bżonn. Barra minn hekk, il-Korp tal-Pulizija ukoll joffri tilqim kontra l-hepititis.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu barranin jaħdmu illegalment mill-1991 'il hawn? X'kienet in-nazzjonalita' tagħhom u f'liema setturi nstabu jaħdmu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li dan it-tagħrif mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar xi progress qed isir fil-bini ta' l-iskola ġdida f'Pembroke? Hemm xi data dwar meta se jibda u f'kemm żmien se jitlesta x-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 10452.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm showerx u WCs fiċ-ċentri ta' detenzjoni u kemm hi r-ratio ta' klandestini għal kull faċilita', bħal shower u WC?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hekk hemmx biżżejjed ħwejjeġ għall-immigranti klandestini, speċjalment kalzetti u żraben?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-immigranti klandestini miżmuma taħt il-kustodja tal-Pulizija jingħataw ħwejjeġ x'jilbsu. Dawn il-ħwejjeġ primarjament ikunu ġew provduti mill-NGO's u persuni oħra u jitqassmu lill-immigranti skond il-ħtieġa tagħhom. Dwar iż-żraben, infurmat li dan ukoll ikun provdut meta jiġi mitlub.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi prodotti qed jingħataw biex jinħaslu u għall-iġjene personali l-immigranti klandestini fil-kustodja tal-qawwiet tas-sigurta' Maltin? Kemm hija stmata li tlaħħaq l-ispiża?
Jista' il-Ministru jagħti xi tagħrif dwar xi progress qed isir fil-bini ta' l-iskola ġdida f'Pembroke? Hemm xi data dwar meta se jibda u f'kemm żmien se jitlesta x-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa qed isir xogħol biex isiru ir-rapporti dwar l-istima ta' l-impatt tal-proġett fuq l-ambjent kif ukoll rapporti oħrra ta' natura teknika li huma meħtieġa għall-ħruġ ta' tenders. Qiegħed ukoll niddiskuti is-sistema ta' finanzjament ta' din l-iskola mal-Ministeru tal-Finanzi.
Huwa maħsub li tul din is-sena navvanzaw kemm nistgħu x-xogħol preparatorju, biex il-kostruzzjoni tibda s-sena d-dieħla u titlesta sa sentejn wara.
Tista' il-Ministru tgħid liema studji saru u x'miżuri għandhom jittieħdu f'Malta sabiex jiġu ntegrati fi ħdana persuni ta' pajjiżi oħra li jiġu milqugħa hawn bħala refuġjati?
Tista' tgħid leima huma dawk il-persuni tekniko-legali u soċjo-antropoloġiku li taw kontribut f'dawn l-istudji u jekk sarux xi programmi ta' taħriġ kemm għall-Maltin u kemm lill-barranin sabiex din l-integrazzjoni tista' isseħħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma ġie kkommissjonat ebda studju dwar is-suġġett li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li f'Awwissu 2004, l-Aġenzija Appoġġ organizzat seminar, mifrux fuq erbat ijiem, għal dawk li b'xi mod huma nvoluti fix-xogħol ma' l-immigranti rregolari biex jiġi kkordinat ix-xogħol bejn id-diversi setturi. Dan is-seminar kien jinkludi taħdidiet minn kelliema kwalifikati fuq suġġetti relatati mar-refuġjati.
Tista' il-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu fl-ambitu ta' l-integrazzjoni ta' prattiċi komuni f'reliġjonijiet diversi fil-kuntrast tal-fatt li Malta pajjiż f'wirt nisrani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għall-liema miżuri qed jirreferi.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati tal-forzi armati ta' Malta stazzjonati fil-barracks ta' Ħal Safi? Kemm minn dawn jagħmlu xogħol ta' għassa ma' l-immigranti klandestini? Kemm kien ikun hemm suldati ta' l-AFM għassa diretta ma' l-immigranti klandestini fil-barracks ta' Ħal Safi at any one time qabel seħħew l-inċidenti tat-13 ta' Jannar 2005? Kemm hemm għassa wara li seħħew dawn l-inċidenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx cctv stallati fiċ-ċentri ta' detenzjoni? Jekk fin-negattiv, hemm xi ħsieb li jsiru biex jekk jinqalgħu xi inċidenti kif ġara f'Ħal Safi l-id tal-ġustizzja Maltija tkun tista' tieħu passi kontra dawk li kisru l-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ċ-Ċentri ta' Detenzjoni għall-immigranti m'humiex mgħammra bis-sistema ta' CCTV, pero' dan is-suġġeriment ser jiġi ikkunsidrat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura ta' kif l-immigranti klandestini jiġu assessed biex jieħdu r-refugee status jew humanitarian protection? Jekk xi klandestin ma tinstabx informazzjoni fuqu u ma jikkwalifikax, kif jiġi deċiż f'liema pajjiż se jintbagħat?
Response (BORG, TONIO)
Skond il-liġi, applikant jingħata status ta' refuġjat jekk ikun hemm evidenza li huwa jkollu biża' reali ta' persekuzzjoni minħabba razza, reliġjon, nazzjonalita', sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew fehma politika.
Il-liġi tipprovdi wkoll biex f'ċerti każi fejn jinstab li persuna ma tkunx tissodisfa l-kriterji biex tiġi rikonoxxuta bħala refuġjat, dik il-persuna tingħata protezzjoni umanitarja. Skond il-liġi, "protezzjoni umanitarja" tfisser permess speċjali biex persuna tibqa' Malta sakemm hija tkun tista' terġa' lura b'sigurezza fil-pajjiż ta' oriġini tagħha jew inkella tibda tabita mill-ġdid f'pajjiż ieħor.
Fil-prattika, il-protezzjoni umanitarja qed tingħata (a) f'każi fejn il-kundizzjonijiet f'pajjiż partikolari tant ikunu diffiċli li ma jkunx xieraq li għal mument jintbagħtu nies hemmhekk, per eżempju minħabba gwerer; (b) ma jkunx possibli li l-persuni konċernati jiġu ritornati minħabba raġunijiet ta' loġistika; (c) persuni li ma jkunux jikkwalifikaw għal status ta' refuġjat, iżda jkunu għadhom taħt it-18-il sena u ma jkunux akkompanjati.
Ninsab infurmat ukoll illi wara li jkun eżawrit il-proċess kollu u ma jingħatax la l-istatus ta' refuġjat u lanqas dak umanitarju, isiru arranġamenti sabiex jinħareġ id-dokument meħtieġ sabiex dik il-persuna tkun tista' tirritorna lura lejn il-pajjiż minn fejn ikun stabbilit li tkun ġiet.