Legislature:
Category:
Reset
Active:

Regolamenti tas-sewqan — Tibdil

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra tibdil fir-regolamenti tas-sewqan sabiex ċerti kategoriji ta’ sewwieqa, partikolarment dawk ta’ public service garages /garage hire, jiġu eżentati milli jilbsu ċ-ċinturin tas-sigurta’ billi kien hemm każijiet li fihom sewwieqa ġew aggrediti u dawn ma setgħux jipproteġu ruħhom minħabba ċ-ċinturin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija Numru 27490.

Tfittxija għaż-żejt fl-ibħra Maltin

Question

B’riferenza għall-kuntratti għat-tfittxija għaż-żejt fl-ibħra Maltin, jista’ l-Ministru jgħid liema strutturi u riżorsi jeżistu sabiex il-produzzjoni taż-żejt tiġi monitored ħalli nkunu ċerti li l-gvern u l-poplu Malti jieħdu dak li ħaqqhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Universita' ta' Malta — Studenti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin jistudjaw fl-Universita’ ta’ Malta u f’xi istituzzjonijiet oħra bħall-ITS jew l-MCAST? Jista’ jagħti breakdown ta’ kull nazzjonalita’ u kors? Jista’ jgħid kemm huwa l-ħlas normali li student barrani hu mistenni jagħmel għal kors universitarju f’Malta? Hemm studenti barranin li għandhom permess jaħdmu waqt l-istudji tagħhom f’Malta? Kemm hemm studenti barranin akkommodati fir-residenzi uffiċjali bħall-university residence u taħt liema kundizzjonijiet student barrani jista’ jakkomoda ruħu hemmhekk? X’miżuri jittieħdu sabiex jigi żgurat li studenti barranin li jistudjaw Malta jkollhom, attwalment, il-mezzi finanzjarji sabiex iżommu lilhom infushom hawn Malta? Huwa kkontemplat li jiddaħħlu miżuri bħalma hemm, per eżempju, l-Canada fejn studenti għandu jkollhom kont imħaddem mill-istituzzjoni li minnha jitħallsu pocket money regolari u spejjeż bħal kera, trasport, kotba, ecc.?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Barranin li jżuru Malta — Tourist visa

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex jiġi ċċertifikat li barranin li jżuru Malta taħt tourist visa attwalment jitilqu minn Malta fit-terminu tal-mawra tagħhom? Iħoss il-Ministru li wasal iż-żmien li jsir enforcement aktar bir-reqqa billi sid il-post fejn jiġu akkommodati dawn it-turisti tul il-mawra tagħhom ikun mgħobbi b’ċerta responsabbilta’ li jara li dawn jitilqu minn Malta fi tmiem il-mawra tagħhom? Iħoss li hemm bżonn ta’ kontrolli aktar iebsa għall-influss ta’ persuni mingħajr permess biex jgħixu jew jaħdmu f’Malta, liema kontrolli għandhom isiru billi jerġgħu jiddaħħlu embarcation and disembarcation cards flimkien ma’ scanning elettroniku tal-passaporti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kontinwament tagħmel spezzjonijiet għal-persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li jistgħu jkunu Malta wara li tkun skadietilhom il-visa. Fil-fatt matul is-sena 2007, kien hemm 331 persuna li nstabu li kienu Malta irregolarment.

St Andrews/Swieqi — Ex Forum Hotel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għoli tal-bini permess fiż -żona ta’ l-ex Forum Hotel f’St. Andrews / Swieqi? Jista’ jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet jew pjanijiet oħra għas-sit ta’ l-ex Forum Hotel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li Policy NHSW09 tindika li l-maximum building height limitation fuq is-sit hi 3 floors plus semi-basement. Rigward applikazzjonijiet fuq is-sit ta’ l-ex Forum Hotel, bħalissa hemm tliet applikazzjonijiet pendenti, jiġifieri: PA3907/04 - Outline development application: ‘Demolition of Forum Hotel and villa and substitution with multi purpose complex’ PA3043/05 - Full development application: ‘Proposed demolition of Forum Hotel and adjacent villa’ PA7245/05 - Full development application: ‘Proposed demolition of Forum Hotel and adjacent villa and construction of apartments, showrooms, basement garages + class 4 shop and semi-detached villas’. Diskussjonijiet dwar dawn l-applikazzjonijiet għadhom għaddejin mal-perit u l-applikant.

Pembroke — Skola ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun jisimha l-iskola l-ġdida ta’ Pembroke? Jista’ jgħid x’qed isir fil-preparazzjoni tas-sit minħabba li dik iż-żona hija suġġetta għall-għargħar, tant hu hekk li bosta mir-residenti jsofru minħabba din is-sitwazzjoni? Jista’ jgħid jekk fil-pjanijiet għall-iskola humiex maħsuba xi water culverts biex tkun tista’ ssir xi forma ta’ diversion għall-ilma tax-xita – possibilment biex dan jiġi devjat u mwassal sal-water dens fuq ix-Xagħri ta’ Pembroke li jinsab parallel ma’ l-Impjant tar-Reverse Osmosis tal-Water Service Corporation?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li fl-iskola l-ġdida hemm maħsub li jinbena ġibjun li jilqa’ l-ilma kollu ta’ l-iskola. Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada hija nfurmata li kien hemm diskussjonijiet mad-Dipartiment ta’ l-Infrastruttura rigward culverts biex jilqa’ l-ilma ta’madwar. L-isem huwa Kulleġġ Santa Klara, skola primarja Pembroke/Swieqi.

Pembroke — Skola ġdida

Question

B'riferenza għall-iskola l-ġdida ta’ Pembroke, jista’ jgħid x’qed isir fil-preparazzjoni tas-sit minħabba li dik iż-żona hija suġġetta għall-għargħar, tant hu hekk li bosta mir-residenti jsofru minħabba din is-sitwazzjoni? Jista’ jgħid jekk fil-pjanijiet għall-iskola humiex maħsuba xi water culverts biex tkun tista’ ssir xi forma ta’ diversion għall-ilma tax-xita – possibilment biex dan jiġi devjat u mwassal sal-water dens fuq ix-Xagħri ta’ Pembroke li jinsab parallel ma’ l-Impjant tar-Reverse Osmosis tal-Water Service Corporation?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex din il-mistoqsija tiġi ndirizzata lill-Ministru kkonċernat.

Restawr ta' water dens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Water Services Corporation jirrestawra l-water dens li hemm fuq ix-Xagħri ta’ Pembroke, li jinsabu parallel ma’ l-Impjant tar-Reverse Osmosis tal-Water Services, sabiex l-ilma tax-xita taż-żona jkun jista’ jiġi milqugħ u wżat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pembroke — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru f’Pembroke mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2000 'l hawn? Jista' jagħti lista oħra ta’ dawk it-toroq li għadhom pendenti u jgħid meta huwa maħsub li jsiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informażżjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Pembroke — Triq Pietru Darmenia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir u titlesta’ Triq Pietru Darmenia f’Pembroke billi din hi ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Car seats għat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex jinċentiva li aktar nies juzaw il-car seats għat-tfal? X’kampanji qed isiru sabiex tigi kreata awareness akbar u infurzar tal-liġi aktar iebes?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Każ ta' tifla ta' 13-il sena

Question

B’riferenza għall-każ tat-tifla ta’13-il sena li ntbaghtet mill-Qorti sabiex isservi sentenza ta’ ħabs fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kordin u sussegwentement fl-iSptar Monte Karmeli, jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemm xi pjan sabiex isiru xi arranġamenti differenti sabiex xi problemi li setgħu inqalgħu, fil-fatt ma jseħħux?

Response (BORG, TONIO)

Il-liġi ma teskludix inkarċerazzjoni u deprivazzjoni tal-ħelsien lill-minorenni u dan minħabba li f'ċerti ċirkostanzi, is-serjeta' tar-reati kommessi jiġġustifikaw tali miżura. Tibqa' fid-diskrezzjoni tal-Qorti li tqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ. Fil-fatt jeżistu diversi pieni li ma jiċħdux lill-minorenni l-liberta' personali tiegħu jew tagħha, eż: ordni ta' probation, sentenza sospiża, servizz fil-komunita' u liberazzjoni bil-kundizzjoni li ma jsirx reat ieħor fi żmien speċifikat.

Bini ta' l-Ambaxxata Ċiniża

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu – jew dipartimenti li jaqgħu taħtu – kienux involuti f’xi art li qed jingħad li fuqha se tinbena l-Ambaxxata Ċiniża fl-akkwati ta’ Pembroke? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti aktar dettalji dwar din l-art bħal per eżempu, fejn tinsab, id-daqs tagħha, it-titlu, kundizzjonijiet ta’ trasferiment, eċċ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Ambaxxatur tar-Repubblika Popolari tal-Poplu taċ-Ċina għamel talba verbali lit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għal art biex fuqha tinbena l-ambaxxata ta' dak il-pajjiż. Il-Gvern qiegħed preżentement jevalwa din it-talba. Għaldaqstant, għadu mhux il-mument li jingħataw id-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #29649 Sitting 612 2008-01-28 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Pembroke — Ambaxxata Ċiniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’diskussjonijiet saru dwar l-Ambaxxata Ċiniza l-ġdida li hi maħsuba li tinbena f'Pembroke?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti irċieva talba formali mingħand l-Ambaxxata tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina sabiex jibdew negozjati sabiex tkun akkwistata biċċa art mingħand il-Gvern Malti biex issir Ambaxxati ġdida fuqha.. Din il-materja għaddiet għand il-Ministeru kkonċernat mill-Artijiet.

Tifla ta' 13-il sena — Sentenza ta' detenzjoni

Question

B’riferenza għall-każ tat-tifla ta’ 13-il sena li ġiet mibgħuta sservi sentenza ta’ detenzjoni fil-ħabs ta’ Kordin, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-ministeru tiegħu f’dan il-każ u x’ħidma ssir normalment f’każijiet simili?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li ser u qed isir dak kollu possibli biex f'dan il-kaz kompless u diffiċli l-persuna konċernata tingħata l-appoġġ kollu possibbli. Naturalment, bħal f'kazi oħra, ħafna jiddependi mill-koperazzjoni tal-persuna konċernata.

Tifla ta' 13-il sena — Sentenza ta' detenzjoni

Question

B’riferenza għall-każ tat-tifla ta’ 13-il sena li ġiet mibgħuta sservi sentenza ta’ detenzjoni fil-ħabs ta’ Kordin, tista’ l-Ministru tgħid x’ħidma saret mill-ministeru tagħha f’dan il-każ u x’ħidma ssir normalment f’każijiet simili? Mill-esperjenza ta’ dan il-każ, tista' tgħid jekk il-ministeru tagħha – possibilment flimkien mal-Kummissarju għat-Tfal, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u xi entitajiet oħra – hux qiegħed jagħmel xi ħidma għat-twaqqif ta’ xi ċentru apposta għal dan it-tip ta’ każijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-każ li rrefera ghalih l-Onor. Interpellant, fil-fatt kien ilu jiġi segwit mis-social workers ta' l-Aġenzija Appoġġ minn Gunju 2004. Ninsab infurmata wkoll li minn żmien għal żmien diversi entitajiet u aġenziji oħra intervenew fil-każ. Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita' ma nistax nidħol f'aktar dettal dwar dawn l-interventi u minn min saru. Il-ħolqien ta' ċentru apposta mhux bilfors li jsolvi l-problemi ta' zgħazagħ b'imġieba diffiċli. Fil-fatt diġa' jeżisti programm residenzjali għal tfajliet li għandhom din l-imġieba. Iżda, biex programm bħal dan jirnexxi, mhux biżżejjed li jkun hemm l-istruttura fil-post, daqstant importanti hu li jrid ikun hemm ir-rieda u l-kooperazzjoni sħieħa kemm taż-żgħażagħ konċernati kif ukoll tal-ġenituri tagħhom li jsegwu l-pariri u t-terapija offruti mill-professjonisti.

Private Public Partnerships

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx jew humiex maħsuba xi inċentivi lejn inizjattivi ta’ ‘private public partnerships’ kif saru fil-każ ta’ l-art li ġiet mgħoddija lill-Luxol, f’Pembroke? Jekk l-iskola Bice Vassallo tingħalaq, jista' jgħid xi jsir mill-ftehim li sar bejn il-Luxol u l-istat? Jista' jgħid ukoll jekk l-istess kundizzjonijiet hux se japplikaw għall-iskola l-ġdida?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ftehim mal-Luxol Sports Association mhux dipendenti fuq l-iskola Bice Vassallo. Kif jaf l-Onor. Membru l-Gvern qed jibni skola primarja ġdida għal Swieqi/Pembroke.

Pembroke — Triq Burma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29482 u jinvestiga l-periklu li jinsab ġewwa Triq Burma, f'Pembroke peress li taħt l-imsemmija triq jinsab parkeġġ u bandli u kien hemm każi fejn karozzi li jkunu ġejjin minn Triq Burma spiċċaw li saħansitra waqgħu fuq din iż-żona, u għalhekk jidher li jeħtieġ li ssir crash barrier ġewwa Triq Burma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Imminiġjar tat-Traffiku irriżulta li fit-2 ta’ Marzu 2004 il-kunsill lokali ta’ Pembroke kien talab għal crash barrier fi Triq Burma. Fit-29 ta’ Marzu 2004, wara li saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tat-taqsima, t-taqsima kienet ipproponiet lill- kunsill lokali Pembroke sabiex jimplimenta mizuri ta’ traffic calming u railings fi Triq Bruma sabiex tigi ndirizzata l-problema ta’ sigurta’ f’din it-triq. Il-kunsill kien intalab ukoll li jibgħat aktar dettalji dwar dawn il-proposti, iżda sal-lum it-taqsima ma rċeviet xejn mill-kunsill.

Pelican Lights

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1525, 1683, 7497 u 11344 dwar każ ta' pelican lights f'San Gwann filwaqt li ġie nnotat b'sodisfazzjon li dan ix-xogħol ġie approvat, jista' l-Ministru jagħti ħjiel meta sa fl-aħħar dan ix-xogħol ser isir u b'hekk iserraħ moħħ ir-residenti ta' l-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.