Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — petrol u diesel - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — petrol u diesel - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (VELLA, GEORGE)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21646 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — petrol u diesel - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Persuni ta’ età avvanzata – live in carers

Question

Wara li deher l-artiklu ‘The Maternity Leave Trust’ f’‘The Times’ fejn dan il-fond kien deskritt bħala miżura soċjali, u wara li l-Interpellant huwa informat li kien deċiż li l-employers kollha għandhom jikkontribwixxu għal dan il-Fond, tikkonsidrax il-Ministru li għandhom almenu jkunu eżentati minn dan l-obbligu persuni ta’ età avvanzata li jimpjegaw magħhom live in carer u dan wara li tqis li dawn il-persuni żgur ma jikkwalifikawx bħala negozji, wara li tqis li dawn il-persuni diġà huma eżenti milli jħallsu l-bolla tas-sigurtà soċjali u wara li tqis li fl-aħħar baġit il-Gvern ħabbar li jrid jibda jgħin aktar lil dawn il-persuni billi għal numru limitat minnhom jibda jħallsilhom nofs is-salarju li jitħallas lil live in carers ġodda? Tikkonsidrax għalhekk il-Ministru li ħlas minn persuni bħal dawn, ħafna minnhom ta’ età verament avvanzata, hija anomalija u li għandha titwaqqaf minnufih? Hijiex informata li diġà saret rappreżentazzjoni f’dan is-sens lill-Bord tal-Fond in kwistjoni u t-tweġiba li ngħatat kienet li eventwalment dan il-Bord se jiddiskuti aktar din il-materja? Għalhekk meta jerġa’ jiltaqa’ l-Bord biex jiddiskuti din il-materja,x’direzzjoni beħsiebha tagħti l-istess Ministru fuq dan is-suġġett?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li kienet saret rapprezentanza dwar carers Filippini fejn id-direzzjoni li ingħatat dwar dan il-każ kienet li titħallas il-kontribuzzjoni għal fond tal-maternita’ mill-employers. Hawnhekk qed nitkellmu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema u f’dan il-każ id-drittijiet tal- live-in carers . Bl-iskema tal-Fond għal Maternita’ il-piż finanzjarju biex jingħata l-leave tal-Maternita’ mill-employer qed jinqasam b’mod ugwali bejn l-Employers kollha. Barra minn hekk, b’dan il-proċess qed titnaqqas il-possibilita’ ta’ diskriminazzjoni fil-proċess ta’ għazla għal impieg fuq bazi ta’ sess. Kull eċċezzjoni li tingħata tkun qed iddgħajjef dan il-mekkaniżmu u għalhekk it-tali eċċezzjonijiet għandhom jiġu evitati.

Overseas Development Aid — immigranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jintefaq il-baġit fir-rigward tal-Overseas Development Aid fejn jidħlu l-immigranti u jagħti rendikont fir-rigward tan-nefqa totali li saret għas-sentejn li għaddew kif ukoll jipprovdi breakdown tal-istess nefqa u jgħid kemm minn din in-nefqa intużat għal skopijiet edukattivi jew ta’ taħriġ, fuq provvediment ta’ ikel, fuq salarji u fuq kull materjal oħra li l-Ministru jqis li għandu jagħti bħala parti mill-istess breakdown?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Overseas Development Aid — benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-benefiċjarji taħt l-iskema Overseas Development Aid matul l-aħħar sentejn u kemm kienu l-ammonti? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li qed jintużaw biex issir l-għażla sabiex għaqdiet mhux governattivi jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-aħħar sentejn, il-benefiċjarji taħt l-iskema tal-Politika ta' Malta tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp, u l-ammonti li bbenefikaw minnhom skond din l-iskema, jinsabu elenkati f'ANNESS Nru. 1 u Nru. 2 ma' din ir-risposta li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Il-Kriterji li qed jintużaw biex issir l-għażla sabiex għaqdiet mhux governattivi jibbenefikaw minn din l-iskema huma: Kunsiderazzjoni xierqa tingħata lil proġetti maħsuba biex jitwettqu f'reġjun ta' prijorita' skond il-politika tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp ta' Malta (2014-2020). L-Organizzazzjoni tkun irreġistrata mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. Sħubija ma' organizzazzjoni/iet oħra. Il-Konformita' mal-Politika tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp ta' Malta u/jew ir-reżiljenza tal-proġett. Il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-organizzazzjonijiet. Is-sostenibbilta' tal-proġett.

San Ġwann — Triq taż-Żwejt - titjieb fl-infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx pjani eminenti biex Triq taż-Żwejt, San Ġwann tiġi fi stat tajjeb kif wieħed jistenna minn infrastruttura tajba għat-toroq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Taż-Zwejt ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transpsort Malta.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – impjegati fid-Dipartiment ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15718, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-grad, l-paga u allowance marbut mar-role ta' kull impjegat fid-Dipartiment ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Din it-tabella tinkludi Uffiċċjal Edukattiv li qiegħed misluf lill-Caritas u persuna oħra fil-grad ġenerali ta’ Assistent Prinċipal li ngħaqdet mad-Dipartiment f’April 2015. Dawn iż-żewġ persuni ma kinux inklużi fit-total mogħti f’mistoqsija parlamentari 15718.

Applikazzjonijiet għal sistemi tad-drain tal-ilma tax-xita

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 14874, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sitwazzjonijiet simili fil-passat illi kienu ġew issanzjonati bla ebda oġġezzjoni, u jekk iva kemm minn dawn ġew approvati u kemm minnhom kienu rrifjutati? Jista’ jikkonferma li fl-ebda ħin, formalment jew informalment, ma kien hemm bżonn ta’ konsulent legali fuq parir tekniku? Jekk iva, min kien il-konsulent u kemm tħallas tal-parir mogħti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-passat tali informazzjoni ma kenitx tinżamm.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – impjegati fid-Dipartiment ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm impjegati fid-Dipartiment ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Kemm minn dawn l-impjegati kienu ingaġġati f’dawn l-aħħar sentejn, fuq liema bażi u kemm minnhom kienu jaħdmu ma’ skejjel privati? Kemm minn dawn l-impjegati għandhom bonus jew perkaċċi speċjali biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jista’ jinforma lill-Kamra bil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn l-impjegati, ċjoè l-ħinijiet tax-xogħol, jekk għandhomx vaganzi tas-sajf jew jekk jaqgħux strettament taħt ħinijiet tal-uffiċċju? Hemm xi kundizzjonijiet oħra dwar leave speċjali? Kemm minn dawn l-impjegati għandhom fuel allowance u kemm minnhom jagħmlu xogħol ta’ assigurazzjoni tal-kwalità f’Għawdex? U jekk dan iseħħ, fuq liema bażi l-persuna jew persuni jintgħażlu biex imorru fuq xogħol Għawdex? Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm-il rapport sar f’dawn l-aħħar sentejn u minn min, jiġifieri jagħti l-isem tal-impjegati illi ħadmu fuq dawn ir-rapporti? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn ir-rapporti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fi ħdan id-Dipartiment għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità hemm 21 impjegat. F’dawn l-aħħar sentejn ġew ingaġġati Direttur, sitt Uffiċjali Edukattivi u Assistant Principal mill-gradi ġenerali. Ħadd minn dawn ma’ kien jaħdem ma’ Skejjel Indipendenti filwaqt li uffiċjal wieħed ġie ngaġġat mill-Iskejjel tal-Knisja. L-ebda minn dawn l-impjegati m’għandhom bonus jew perkaċċi speċjali biex jagħmlu dan ix-xogħol ħlief l-allowance marbuta mal-irwoli tagħhom bħala Uffiċjal Edukattiv fis-Servizz Pubbliku. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn l-impjegati huma hekk kif hemm stipulat fis-Servizz Pubbliku, jiġifieri li m’għandomx vaganzi tas-sajf u li jridu josservaw il-ħinijiet tal-uffiċċju kif stipulat fil-PSMC. M’hemm l-ebda leave speċjali apparti dak stipulat mis-Servizz Pubbliku. L-Uffiċjali Edukattivi u l-Assistenti Diretturi kollha għandhom fuel allowance skont ma hemm stipulat mal-istess rwoli fi ħdan is-Servizz Pubbliku. L-Uffiċjali Edukattivi u l-Assistenti Diretturi kollha jagħmlu xogħol f’Għawdex u jintgħażlu abbażi ta’ roster ħlief Uffiċjal Edukattiv wieħed li huwa assenjat biex iservi ta’ sapport lill-, u jkun punt ta’ riferiment għall-kulleġġ t’Għawdex, u li allura jiġi eżentat milli jaħdem fuq rapport dwar skejjel f’Għawdex. F’dawn l-aħħar sentejn saru 40 rapport. Id-dettalji ta’ min ħadem fuq dawn ir-rapporti qed jingħataw lill-Onor. Interpellant separatament. L-iskop primarju ta’ dawn ir-rapporti huwa li jagħti stampa lill-komunità tal-istess skola dwar it-tmexxija edukattiva, it-tagħlim, u l-ethos tal-iskola, bil-għan li dawn kontinwament ikomplu jitjiebu. Għaldaqstant dawn ir-rapporti jinżammu kunfidenzjali u d-Dipartiment ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità hu marbut b’din il-kunfidenzjalità.

Malta Freeport Corporation — impjegati

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15111, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn huma l-impjegati ġodda li kienu ingaġġati mal-Malta Freeport Corporation mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Tempji tall-Ġgantija – produzzjoni b’format 5D

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa ħsieb il-produzzjoni ġdida b’format 5D li qed tintuża fis-sit tal-Ġgantija, Għawdex? Kemm swiet l-istess produzzjoni? Saret sejħa biex saret din l-istess produzzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li ma hemm l-ebda produzzjoni b’format 5D fil-Ġgantija, Għawdex.

Malta Freeport Corporation – remunerazzjoni tas-CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandu s-CEO tal-Malta Freeport Corporation? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess CEO? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-post ta’ CEO?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-CEO tal-Malta Freeport Corporation għandu paga ta’ €50,723 fis-sena, użu ta’ mobile phone u karozza u performance bonus sa massimu ta 15% fuq is-salarju. Il-kuntratt ma jistax jiġi pprovdut għax huwa ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali.

Malta Freeport Corporation — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati mal-Malta Freeport Corporation mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Minn fejn huma u x’kariga ngħataw? Dawn l-impjegati kienu ingaġġati fuq kuntratt definit jew le? Jista’ jinforma l-Kamra jekk saritx sejħa għal dawn l-impjegati u kemm applikaw?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #15112 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għall-Finanzi

BOV Multi Manager Property Fund

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li sentejn ilu l-investituri fil-BOV Multi Manager Property Fund ġew imwiegħda, kemm fil-programm elettorali tal-Partit Laburista, kif ukoll permezz ta’ ittra personal li rċevew mill-Onor. Bartolo, li l-Gvern kellu jsibilhom soluzzjoni ġusta għall-każ tagħhom? Jista’ jindika meta din is-soluzzjoni se sseħħ? Jista’ jgħid hux minnu li ċ-Chairman tal-BOV l-ewwel qabel li l-kwistjoni tiġi riżolta permezz ta’ arbitraġġ u mbagħad biddel il-fehma?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu qiegħed jevalwa s-sitwazzjoni u se jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fil-ħin adattat.

Malta Freeport Corporation – spiża fuq safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum, kemm kienet l-ispiża tal-Malta Freeport Corporation għar-rigward ta’ safar? Jista’ jagħti rendikont dettaljat ta’ min siefer u għalfejn, kif ukoll kemm sewa l-biljett tal-ajru għal kull safra, u kemm kienet in-nefqa fuq l-akkomodazzjoni għal kull persuna f’kull safra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Applikazzjonijiet għal sistemi tad-drain tal-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sottomessi quddiem is-Suprintendent tas-Saħħa sabiex ikun issanzjonat sistema tad-drain tal-ilma tax-xita għal ġos-sistema tad-drenaġġ? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet sottomessi ġew aċċettati u kemm minnhom ġew miċħuda, u jekk miċħuda jew aċċettati fuq liema bażi? Jista' jgħid minn dawn il-każijiet, kien hemm minnhom li kellhom bżonn ta` konsulent legali, u jekk iva, min kien il-konsulent u liema kienu l każijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2014 kien hemm applikazzjoni waħda li ġiet sottomessa quddiem il-Bord għas-Servizzi Ġenerali. Din ġiet miċħuda peress illi ma kinitx konformi mal-liġi sanitarja. F’dan il-każ il-kwistjoni kienet ta’ natura teknika u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ konsulenza legali.

PBS – Bord għar-riforma

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3844, peress illi l-Ministru kkonċernat ma ħatarx, kif wiegħed, il-bord għar-riforma fil-Public Broadcasting Services (PBS) la sal-aħħar tas-sena 2013 u lanqas sal-aħħar tas-sena ta’ wara, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta biħsiebu jaħtar dan il-Bord, jekk dejjem hu biħsiebu jagħmel hekk?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-fehma tiegħi l-istruttura li biha l-Gvern se jimplimenta r-riforma de quo m'għandhiex tkun ta' prijorità fuq ir-riforma nnifisha. Biss huwa naturali li l-Gvern ikollu tim ta' esperti li jgħinuh fil-proposti li essenzjalment jitqiegħdu għad-diskussjoni u mbagħad għat-teħid tad-deċiżjoni. Nikkonferma li l-Gvern għandu impenn li jagħmel din ir-riforma u li l-proċess preparatorju se jinbeda din is-sena stess.

Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir — Ftehim mal-EBU

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11843, jista’ l-Ministru, sakemm l-informazzjoni miġbura tkun skrutinizza, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rilevanti miġbura mill-PBS flimkien mal-European Boradcasting Union (EBU) fuq l-istazzjonijiet Ewropej, kif ukoll ir-rapport b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Ministru ppreparat mill-kumpanija tal-awditjar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li kien hemm bidla fil-Ministeri kkonċernati, il-Public Broadcasting Services għaddiet ir-rapport lill- Ministeru għall-Ġustizzja Kultura u Gvern Lokali sabiex dan jiġi evalwat.

Rapport fuq l-EPSO Funds u Kuntratt bejn il-PBSu l-Gvern

Question

Jista’ l-Minisru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12317 kif wiegħed il-Ministru kkonċernat li se jagħmel fis-seduta tal-24 ta’ Novembru 2014 u jinforma lill-Kamra dwar kemm-il rapport fuq l-EPSO funds huwa qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-leġislatura preżenti? Mll-ġdid b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11483, peress li jiena ma kontx qed insaqsi għar-rapport fuq l-EPSO funds, imma għall-kopja tal-kuntratt li kien sar bejn il-Gvern u l-PBS fis-sena 2005 kif ukoll għal kopji tal-kuntratt li saru wara sabiex jestendu dak l-istess kuntratt kull sena, jista’ l-Ministru din id-darba jqiegħed l-informazzjoni mitluba: jiġifieri l-kopja tal-kuntratt imsemmi u ta’ kull estensjoni li saret tal-istess kuntratt, u mhux ir-rapport fuq l-EPSO funds? ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari ser tiġi mwieġba f’xi seduta oħra.