Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – għoti ta’ kuntratt lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Segretarjat Parlamentari bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22011.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – għoti ta’ kuntratt lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew l-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma tax kuntratti jew xogħolijiet oħra lill-Individwu li qed jirreferi għalih jew lill-uffiċċju legali tiegħu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – għoti ta’ kuntratt lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma tax kuntratti jew xogħolijiet oħra lill-Kumpanija li qed jirreferi għaliha fil-Mistoqsija.
Ministeru għall-Finanzi – għoti ta’ kuntratt lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew l-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma taw ebda xogħol lill-persuna msemmija fil-mistoqsija
Ministeru għall-Finanzi – għoti ta’ kuntratt lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża:
DIPARTIMENT/ENTITAXOGĦOL MOGĦTI BEJN MARZU 2013 U NOVEMBRU 2015VALUR TAL-KUNTRATTDIRECT ORDER IVA/LE
MFINInformation - Public Relations (October 2013)€389.40Iva
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – għoti ta’ kuntratt lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew l-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm żewġ okkażjonijiet fejn l-individwu/kumpanija li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat, ingħata 2 kuntratti. L-ispiża totali tammonta għal € 3,274. Il-kuntratti ngħataw skont ir-regoli tal-“procurement” tal-Gvern.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – għoti ta’ kuntratt lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha tal-Ministeru ma taw l-ebda kuntratt ta’ servizzi jew xogħol bejn Marzu 2013 u Novembru 2015 lill-Kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – għoti ta’ kuntratt lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew l-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, bejn Marzu 2013 u Novembru 2015, mill-Ministeru tiegħi nkluż id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħi, l-individwu inkwistjoni ngħata tlett kuntratti li n-nefqa tagħhom tammonta għal €30,793.33, u li d-dettalji tal-pagamenti ngħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 17743. L-istess individwu ġie kuntrattat ukoll fuq biċċa xogħol ta’ darba tal-Wasteserv li fuqha saret nefqa ta’ €3,020.80
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – għoti ta’ kuntratt lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14426, skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, matul il-perjodu msemmi, il-kumpanija inkwistjoni ngħatat xogħol li jammonta għal €2,745 VAT inkluż, għal diversi servizzi għal xi ġranet f’Marzu 2015 għall-okkażjoni tal-iffirmar tal-MOUs għat-tħaddir tal-komunitajiet. Dan ix-xogħol ingħata b’direct order.
Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva – għoti ta’ kuntratt lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew l-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Segretarjat Parlamentari bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda max-xogħlijiet imsemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22008, ma ngħataw ebda xogħlijiet oħra skont kif mitlub minnu.
Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva – għoti ta’ kuntratt lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Segretarjat Parlamentari bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva, qatt ma għamel użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21641 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intu¿a petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi :
L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali użata fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ € 46 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 35 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.
Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Di¿abilità u Anzjanità Attiva — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21642 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi :
L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali użata fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ € 50 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħata medja ta’ 38 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-istess Ministru ma tagħmilx użu mit-tieni karozza.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 21643 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tiegħi fil-perjodu msemmi kienet medja ta’ €50 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 36 litru fil-ġimgħa.
F’din il-leġislatura la użajt jew awtorizzajt l-użu tat-tieni karozza jew ta’ xi karozza oħra.
Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21644 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari fil-perjodu msemmi kienet medja ta’ €80 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 59 litru fil-ġimgħa.
F’din il-leġislatura la użajt jew awtorizzajt l-użu tat-tieni karozza jew ta’ xi karozza oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21645 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (VELLA, GEORGE)
L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant kienet ta’ medja ta’ €36.20 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 26 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-ahhar leġizlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal-Ministru kienet ta’ €74.64 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 64 litru fil-ġimgħa.
Għaldaqstant ta’ min jinnota li kemm l-ammont minfuq kif ukoll il-konsum huwa inqas min-nofs meta mqabbel mal-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti.
Ta’ min jinnota wkoll li fil-perjodu li fih kien Ministru l-Onor. Interpellant, l-ispiża medja kient ta’ €104.90 fil-ġimgħa u l-karrozza uffiċċjali tiegħu ingħatat medja ta’ 76 litru fil-ġimgħa. Dan ifisser li meta kien Ministru l-Onor. Interpellant nefaq mat-tliet darbiet iktar minn dak li qed jintefaq illum.
Il-Ministru ma jużax karozzi oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21646 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ € 50.77 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 37.41 litru fil-ġimgħa.
Il-Ministru Scicluna ma jagħmilx użu mit-tieni karozza iżda juża l-karozza privata tiegħu li fuqa ma jagħmel l-ebda claim.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-aħħar leġiżlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal- Ministru Fenech kienet ta’ € 46.21 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 39.01 fil-ġimgħa.
Fuq it-tieni karozza, li kienet tintuża mill-Ministru Fenech, l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ € 26.24 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 20.84 litru fil-ġimgħa.
B’hekk, l-ispiża totali tal-fuel tal-Ministru Fenech kien medja ta’ € 72.45 fil-ġimgħa. Bħala fuel din il-karozza ngħatat totali ta’ 59.85 litru fil-ġimgħa.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?