Nixtieq nerġa npoġġi mistoqsija nru. 18919 u 28418 sabiex il-Ministru jelabora aktar u jagħti iktar tweġiba sħiħa peress li t-tweġiba kif inhi ma hijiex ċara biżżejjed?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-policy li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija 18919 ma nafx biha. Naturalment, jekk dak li qed jingħad fil-mistoqsija qed iseħħ tassew, żgur li ma naqbilx miegħu.
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li jekk għandu xi nformazzjoni dwar din il-materja jgħaddiha lill-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-ewwel surfacing ta' Bieb is-Sultan ġewwa Ħaż-Żabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ilu żmien jipprova jasal fi ftehim ma` propjetarji ta` l-art ma ġenb ta` din it-triq sabiex l-art tgħaddi għand il-Gvern u t-triq tinfetaħ.
Peress li dan il-ftehim ma ntlaħaqx, id-Dipartiment m`għandux alternattiva u ser ikollu jirrikorri biex issir esproprijazzjoni. Għalhekk sakemm dan isir, it-triq se tkun asfaltata il-wiesgħa li hi biex ir-residenti fit-triq ikunu moqdija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-ewwel surfacing ta' Misraħ Alofju Wignacourt ġewwa Ħaż-Żabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa għamel surveys tal-lokalita` biex fejn hemm bżonn tittieħed l-art biex it-toroq ikunu jistgħu jinfetħu u jsiru kollha, u għalhekk l-asfalt ikun jista` jsir meta dan il-proċess jitlesta`.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-ewwel surfacing ta' Triq il-Għasel ġewwa Ħaż-Żabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din it-triq qiegħda fl-istess żona bħal Misraħ Alojfu Wignacourt, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28960.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Ġużeppi Micallef ġewwa Ħaż-Żabbar li għalkemm tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti biex issir, hi ta' inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq Ġużeppi Micallef qiegħda fl-istess żona ta` Misraħ Alojfu Wignacourt, allura l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28960.
Jista' l-Ministru jiċċara fl-interess pubbliku x'inhi s-sitwazzjoni rigward l-eta' tal-pensjoni u xi ħsieb hemm għall-ġejjieni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Welfare għad ma ppreżentatx lill-Gvern ir-rapport finali tagħha li jkopri s-suġġett indikat mill-Onor. Interpellant. Għalhekk mhux il-waqt li nikkummenta dwar is-suġġett f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk l-iskejjel li ġew targeted biex isir titjib infrastrutturali sostanzjali matul dan is-sajf qabel jerġgħu jidħlu t-tfal lura fl-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-preparamenti sabiex jitwassal id-dawl lejn it-tempju tal-Imnajdra u Ħaġar Qim, speċjalment fid-dawl ta' dak li ġara fil-Ġimgħa l-Kbira 2001 u l-bżonn li l-post ikun imdawwal u indukrat kif jixraq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-16 ta' April ta' din is-sena, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili installa generator u sistema ta' floodlighting temporanju madwar it-tempju ta' l-Imnajdra. Inxtraw ukoll żewġ generators ġodda mid-Dipartiment tal-Mużewijiet sabiex ikomplu jagħtu din il-provvista temporanja fl-Imnajdra u f'Ħaġar Qim. Dawn jaħdmu fuq id-diesel sabiex jiġi evitat il-periklu ta' splużjoni li jippreżenta l-użu tal-petrol.
Rigward il-provvista permanenti ta' l-elettriku, jiena nformat li sabiex jitwassal l-elettriku f'Ħaġar Qim u l-Imnajdra, jinħtieġ li tinbena sub-station ġdida u titwassal il-provvista mill-inħawi tal-Maqluba fil-Qrendi. Għal dan il-għan, diġa' tfasslu d-disinni u ġew sottomessi għall-approvazzjoni ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Dawn ix-xogħlijiet qed jiġu mwettqa bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Korporazzjoni Enemalta.
Informat ukoll li Ħaġar Qim u l-Imnajdra issa ġew kollegati b'sistema ta' telekomunikazzjoni li ma tiddependix fuq l-elettriku.
Jista' l-Ministru jgħid peress li din is-sena hu l-50 sena (1951 - 2001) mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja f'Ħaż-Żabbar u peress li saret talba speċifika lill-Awtorita' tal-Posta, jista' l-Ministru jgħid hemm il-ħsieb li jinħareġ sett ta' bolli biex ifakkar bżdan l-avveniment?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord li jagħti pariri dwar id-disinn tal-bolli għamel rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward, fis-sens li x-xbiha tal-Madonna tal-Grazzja għandha tkun inkorporata fis-sett tal-Milied ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tal-ENT hemmx il-ħsieb li jinħolqu postijiet għall-speċjalisti (audiology service) li ma jkoprux general ENT duties.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM ma jipprovdix għal struttura ta` promozzjonijiet għal tobba speċjalisti fil-qasam kliniku li għandhom speċjalizzazzjoni bil-gradi ta` Masters, PhD jew MPhil. Kull ma jmur dawn it-tip ta` kwalifiċi qed isiru aktar komuni. Dan il-prinċipju d-Diviżjoni diġa` tħaddmu fil-gradi mediċi fl-amministrazzjoni. Fil-qafas ta` ftehim ġdid mal-MAM dwar kundizzjonijiet ta` mpjieg għal tobba u speċjalisti mal-Gvern, tkun tista` tapplikah ukoll fil-qasam kliniku.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward xi nuqqasijiet fl-appointment section tal-x-ray deptment fl-isptar San Luqa, jiġifieri kellux talba għal aktar staff u wkoll kellux rapporti ta' dewmien żejjed biex tisewwa s-sistema tal-air conditioning?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li kien hemm żewġ ħaddiema li bdew bil-'maternity leave'. Bħalissa qed isir taħriġ ta' 'casual substitute executive officer' biex timtela waħda mill-vakanzi. Bl-għajnuna ta' staff ieħor fid-Dipartiment tar-Radjoloġija ġie assigurat li x-xogħol fis-sezzjoni ta' l-appuntamenti baqa' sejjer bla xkiel.
Dwar l-'air conditioner' fis-sezzjoni ta' l-appuntamenti, nikkonferma li saru t-tiswijiet wara li nxtraw 'spare parts' meħtieġa, u issa dan qed jiffunzjona b'mod normali.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla s-servizz tad-drenaġġ fi Triq is-Saqwi ġewwa Ħaż-Żabbar minħabba l-inkonvenjent, t-tbatija u periklu ta' nuqqas ta' iġjene?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-estensjoni msemmija qiegħda nkluża f'tender li ġie ppubblikat dan l-aħħar, jiġifieri WD 268/2000/1. Din għandha ssir fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jagħti l-waiting list għall-investigazzjoni tal-MRI fil-preżent? Jista' jagħti nformazzjoni rigward accelerated investigations f'każijiet urgenti ta' bzonn għall-MRI?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li hemm 348 pazjent li jinsabu fil-waiting list għal MRI Ta` min jirrimarka illi filwaqt li meta konna nixtru s-servizz mill-privat sa April 2000 kienu jsiru 30 MRI fix-xahar. Illum qegħdin isiru 240 MRI fix-xahar u minkejja dan m’aħniex nlaħħqu mat-talbiet li hemm. Sabiex jiġi assigurat illi s-servizzi ta` l-MRI ma jiġux abbużati, it-talbiet għal MRI huma kollha “vetted” u jiġu maqsuma fi tliet kategoriji (immedjati, urġenti, elettivi) skond l-informazzjoni klinika li jgħaddi il-konsulent li jitlob MRI. L-aktar appuntament fil-bogħod għal MRI elettiv huwa għall-ewwel ġimgħa ta` Settembru 2001. Għal każijiet urġenti d-data li jmiss hi 14 ta` Lulju 2001. Għal każijiet immedjati ma hemmx waiting list u dawn isiru jew fil-għodu kmieni qabel tibda s-sessjoni normali (fis-7.15am) jew inkella fit-tarf tas-sessjoni li normalment ikun kmieni wara nofsinhar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm perċentwali tal-kontravenzjonijiet mogħtija mit-Traffic Wardens qed ikunu kkontestati quddiem it-Tribunal u allura wkoll kemm qed jitħallsu mingħajr dan il-bżonn?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.