Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32520 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Tarznar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-uffiċjal mediku li qed jaħdem fit-Tarzna ta' Bormla se jingħata somma flus bħala parti mill-istrutturar, biex imbagħad 'il quddiem ikollu wkoll il-possibilta' li jerġa' japplika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sal-21 ta' Marzu li għadda l-uffiċjal mediku li jaħdem fit-Tarzna ma applika għall-ebda skema ta' irtirar kmieni mix-xogħol. Tajjeb jingħad li kull min japplika taħt kwalunkwe skema u jingħata somma ta' flus bħala parti mir-ristrutturar ma jkollu l-ebda dritt jew possibilta' li jerġa' japplika biex jidħol lura fit-Tarzna.
Leg 9 PQ #32525 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Care Workers

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' għadd ta' care workers li ntagħżlu biex ikunu ttrenjati u mbagħad ingaġġati mal-qasam ta' l-anzjani pero li s'issa, wara ħafna xhur għadhom ma ddahħlux, u dan minkejja il-bżonn li hemm kif mitlub mid-dipartiment għall-kura ta' l-anzjani?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-postijiet battala ta’ “Care Worker” li għalihom kienet saret is-sejħa minn barra, imtlew.
Leg 9 PQ #32528 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-linji gwida għal dawk l-għalliema fl-iskejjel primarji li jkunu jridu jorganizzaw attivitajiet flimkien mal-ġenituri tat-tfal barra mill-ħin ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm xejn xi jżomm 'l għalliema fl-iskejjel primarji milli jorganizzaw attivitajiet flimkien mal-ġenituri tat-tfal barra mill-ħin ta' l-iskola. Informat li l-gwida li tingħata hija li jekk din l-attivita` ser tiġi organizzata f'isem l-iskola din tiġi diskussa ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola u preferibbilment fil-kunsill skolastiku.
Leg 9 PQ #32529 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Drenaġġ — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-ħsara fil-pompi tal-ilma tad-drenaġġ biex ħalla ħafna raba fl-inħawi taż-Żejtun, Wied il-Għajn u Ħaż-Żabbar mingħajr ilma għat-tisqija?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32531 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Daħla ta' San Tumas — Żejtun - Ilma għat-tisqija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-ilma għat-tisqija lill-bdiewa fil-Lamborali l/o Daħla ta' San Tumas fiż-Żejtun?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 32506. Peress li l-ilma qiegħed ibati biex jasal fil-ġibjun tal-Ħabel l-Abjad fil-limiti taż-Żejtun, inħawi bħal m' huma l-Lombardi fil-limiti tad-Daħla ta' San Tumas fiż-Żejtun, qed ibatu minn nuqqas ta' provvista ta' ilma tat-tisqija.

ETC — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrevedi s-sitwazzjoni ta' dawk li jixtiequ jsegwu l-kors għal security officer organizzat mill-ETC, fejn dawn jistgħu jispiċċaw il-kors pero imbagħad ma jingħatawx il-warrant minħabba l-eta' jew għax biex telqu mill-iskola ftit xhur qabel it-tmiem tal-ħames sena ta' l-iskola sekondarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li dawk il-persuni taħt l-eta' ta' 40 sena li japplikaw biex isegwu l-kors ta' Security Guard organiżżat mill-Korporazzjoni għat-Taħriġ u x-Xogħol qed jintalbu jippreżentaw school leaving certificate filwaqt li jiġu avżati li jekk jonqsu li jagħmlu dan ma tingħatalhomx il-liċenza ta' Security Guard. Din il-proċedura ma tapplikax għal persuni fuq l-40 sena.
Leg 9 PQ #32389 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni il-għala PA 06651/2001 minkejja li kien mgħoddi baqa' ma ħariġx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 6651/01 ġiet approvata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp fil-25 ta` Frar 2002. Il-permess intbagħat lill-applikant fit-13 ta` Marzu 2002 wara li saru l-verifiki neċessarji u ġew iffirmati l-pjanti.
Leg 9 PQ #32397 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ilma għat-Tisqija

Question

Jista' l-Ministru jara il-għala hemm dewmien ta' ġimgħat biex bdiewa jingħataw l-ilma għat-tisqija 1) ġewwa Ħaż-Żabbar 2) viċi tas-Silġ, Marsaxlokk peress li l-prodott tar-raba bħalissa ikun jeħtieġ dan l-ilma ieħor min kull żmien ieħor?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif diġa ngħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32151, l-ilma għat-tisqija mill-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, kien wieqaf minħabba ħsara estensiva fir-rising main tad-drenaġġ li jissupplixxi lil dan l-impjant biex jiġi msaffi. Din il-ħsara fil-main ġiet irranġata fid-9 ta' Marzu, 2002. L-impjant irid madwar ħmistax-il ġurnata biex jerġa' jrabbi l-bacteria li jippurifikaw l-ilma u b'hekk jilħaq il-volum normali ta' ilma li soltu jissupplixxi lill-bdiewa.
Leg 9 PQ #31864 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-liema sena twaqqaf l-IHC? Jista' jagħti kemm kien (1) l-intake sena b'sena (2) kemm a) weħlu b) telqu studenti wara sena tal-kors, sena b'sena mindu twaqqaf? (3) kemm a) weħlu b) telqu studenti matul l-aħħar sena tal-kors, mindu twaqqaf l-IHC, kors b'kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Mir-rekords li hemm disponibbli, informat li in-numru ta' studenti li daħlu għall-korsijiet offruti mill-I.H.C., u n-numru ta' studenti li gradwaw huwa kif se nsemmi: Numru li daħlu Numru li ggradwaw 1991 - 56 1991 - -- 1992 - 289 1992 - 24 1993 - 215 1993 - -- 1994 - 232 1994 - 65 1995 - 166 1995 - 60 1996 - 249 1996 - 116 1997 - 247 1997 - 183 1998 - 240 1998 - 143 1999 - 298 1999 - 129 2000 - 266 2000 - 122 2001 - 276 2001 - 114
Leg 9 PQ #31864 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-liema sena twaqqaf l-IHC? Jista' jagħti kemm kien (1) l-intake sena b'sena (2) kemm a) weħlu b) telqu studenti wara sena tal-kors, sena b'sena mindu twaqqaf? (3) kemm a) weħlu b) telqu studenti matul l-aħħar sena tal-kors, mindu twaqqaf l-IHC, kors b'kors?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #31912 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li nżammu eżamijiet tal-Form 5 tal-Junior Lyceum fi tlett suġġetti f'ġurnata waħda f'żewġ okkazzjonijiet (darba kienu Maths, History u Biology u darb'oħra kienu Physics, Religion u Business Studies) Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jara li jsir skedar aħjar biex jitnaqqas l-istress fost l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalma jsir kull sena, l-eżamijiet ta' Frar 2002 tal-Form 5 tal-Junior Lyceum riedu jinħadmu fuq sebat ijiem b'riżultat li numru żgħir ta' studenti kellhom tliet eżamijiet f'ġurnata jew tnejn minħabba l-għażla tas-suġġetti partikolari li għandhom dawn l-istudenti. Il-ġranet ta' l-eżamijiet ma jitwalux aktar min-neċessarju biex ma jiqsarx il-ħin għal-lezzjonijiet li fil-Form 5 huwa diġa` limitat ħafna. L-istress fuq l-istudenti ikun evitat jekk l-istudju jitqassam matul is-sena kollha. Din is-sena, minbarra l-weekend qabel l-eżamijet, l-istudenti kellhom jumejn vaganzi tal-Karnival.

Żabbar — Triq Bieb is-Sultan

Question

Jista' l-Ministru jassigura lir-residenti kollha fi Triq Bieb is-Sultan, Żabbar li ix-xogħol li qed isir f'din it-triq mhux se joħloq jew iżid inkonvenjenti bħall-għargħar, u x'inhu jżomm l-espropjazzjoni ta' l-art in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f'negozjati mas-sidien ta' l-art li tinsab in-naħa l-oħra tad-djar sabiex din tkun tista' tinxtara u t-triq tinfetaħ l-wisa' kollha. Meta dan ix-xogħol isir m'għandux ikun hemm xi problema kif qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #31405 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li teżisti ċerta ansjeta fost il-ħaddiema tal-MIA, jista' jgħid x'garanzijji se jingħataw il-ħaddiema li ħadd minnhom mhu se jitkeċċa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultax li b'riżultat tal-privatizzazzjoni parzjali tal-Malta International Airport xi ħaddiema ser jintemmilhom l-impjieg.
Leg 9 PQ #31406 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pensions Ordinance Act

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li se jkollhom dawk il-ħaddiema li se jagħżlu li jibqgħu mal-MIA, u ċioe jibqgħux igawdu l-kundizzjonijiet ta' qabel l-1979 rigward il-Pensions Ordinance Act?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li ġew mid-Dipartiment ta' l-Avvjazzjoni Civili u/jew il-Forzi Armati ta' Malta u li ser jagħżlu li jibqgħu mal-Malta International Airport wara t-18 ta' Frar 2002 huma koperti bl-Att li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kapitlu 93 (Att numru VII ta' l-1992) u bl-Avviż Legali 101 ta' l-1993.
Leg 9 PQ #31117 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

High Voltage

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex il-provvista ta' l-elettriku ġewwa ħaż-Żabbar titjieb peress li għadd ta' areas qed ripetutament ikollhom high voltage partikolarment Triq il-Magħsar u l-Madwar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fl-inħawi ta' Triq il-Magħsar diġa' sar xogħol ta' balancing biex tittaffa l-problema. Hemm ukoll il-ħsieb biex tissaħħaħ is-sistema ta' vultaġġ baxx. Barra minn hekk huwa ppjanat li tinbena substation fl-inħawi ta' Triq is-Saqwi bħala soluzzjoni permanenti.

Toroq Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser issiru għadd ta' toroq ġodda fi stat ħażin ħafna ġewwa San Tumas, Marsaskala - toroq bħal Triq l-Aħdar, Triq ta' Gidwat, Triq il-Maħsel, Triq il-Munxar, Triq il-Vjola u oħrajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa ħarġu sejħiet għall-offerti biex isiru toroq Mintba (up to formation level), Menħir (formation level) u surfacing tagħhom, p/o Triq Sant Antnin, p/o Triq Żinżell, l-Ikħal, p/o Qrenpuċ u N/S in Skal, Gidwet u Għaxqet il-Għajn.
Leg 9 PQ #31119 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati lill-Pulizija mill-1995 'l hawn li jaqgħu taħt abort? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? X'kien, b'mod ġenerali l-eżitu ta' dawn il-każijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1995 sal-lum il-Pulizija irċeviet rapport wieħed biss li jaqa` taħt abort. Il-Pulizija investigat il-każ, iżda ma kienx hemm provi biżżejjed biex jittieħdu passi kriminali.
Leg 9 PQ #31122 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Miżuri — Kontroll

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'tip ta' miżuri qed jittieħdu biex jiġi kkontrollat abbuż fil-prezzijiet tal-ħaxix (vegetables) frisk lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn informazzjoni li għandha d-Diviżjoni għall-Kummerċ jidher li matul dawn l-aħħar xhur ma ġewx irrapurtati abbużi fil-bejgħ ta' dawn il-prodotti.
Leg 9 PQ #31126 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-arranġamenti partikulari - jekk jeżistu - sabiex jagħmluha iktar ħafifa li pazjenti neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jieħdu l-mediċini (ħafna drabi iridu bilfors imorru St. Luke's) u t-taqtir tal-għajnejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti bi bżonnijiet speċjali inkluż dawk neqsin mid-dawl jingħataw preċedenza fil-kju u jinqdew minn garzella iddedikata għalihom fl-ispiżeriji governattivi. Terzi persuni jistgħu jiġbru l-mediċini għall-dawn il-pazjenti u jinqdew mill-istess garzella.

Ħaż-Żabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar jingħataw re-surfacing minħabba l-istat diżastruż li jinsabu fih? 1 Triq il-Marloċċ 2 Triq ir-Redentur 3 Triq it-Tabib G Agius Muscat 4 Triq Spadaro 5 Triq it-Tut 6 Triq iċ-Ċulqana 7 Triq Sant'Antnin 8 Triq Leli Tabone 9 Triq Mikiel Biancardi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma kollha asfaltati, u għalhekk resurfacing fihom isir mill-Kunsill Lokali.