Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tobba

Question

Dan l-aħħar kien rappurtat li numru konsiderevoli ta' tobba li se jilħqu houseman se jmorru barra minn Malta. Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-Gvern biex jagħti lill-poplu s-servizz u t-training meħtieġ kif ukoll jipprovdi career structures għat-tobba tagħna biex titnaqqas il-brain drain?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li kien hemm 46 applikazzjoni għall-post ta' houseman minn fost it-52 student li ser joqgħodu għall-eżami sabiex jiggradwaw bħala tobba ix-xahar id-dieħel. Kien hemm ukoll 8 tobba barranin li applikaw għall-post ta' houseman, għal total ta' 54 applikazzjoni. Informat ukoll li fil-ġranet li ġejjin jitħabbru u jinħatru il-konsulenti li ser ikunu training co-ordinators tal-programmi lokali ta' taħriġ post-graduate skond il-kriterji stabbiliti mill-iSpecialist Accreditation Committee. Bħala parti mill-job plans tal-konsulenti kollha ġew identifikati ħinijiet speċifiċi li kull konsulent ser jiddedika għal taħriġ post-graduate. Qed jiġu proċessati l-applikazzjonijiet għal Basic Specialist Trainee f'iktar minn 12-il speċjalita'. Mistenni wkoll li nkomplu bil-proċess tal-ħatra tal-Higher Specialist Trainees. Konvint li dan kollu joffri possibilitajiet konkreti ta' programmi ta' taħriġ post-graduate ta' l-ogħla livell għat-tobba Maltin li jixtiequ jispeċjalizzaw f'Malta.

Prezz taż-żejt

Question

Peress li jidher li l-prezz taż-żejt se jibqa' tiela' u jaqbeż l-130 dollaru l-barmil, x'inhi s-sitwazzjoni rigward it-tiftix għaż-żejt speċjalment fid-dawl ta' dak li kien miftiehem mal-Gvern Tuneżin u dan l-aħħar mal-Gvern Libjan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif qal il-Viċi Prim Ministru fis Seduta ta’ Nhar it-Tlieta 20 ta’ Mejju 2008, il-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja se tiltaqa’ iktar tard din is-sena bi ftehim bejn iż-żewġ naħat u fuq l-aġenda hemm it-tiftix konġunt għaż-żejt. Mat-Tuneżija hemm diskussjonijiet fuq l-istess linji.

Riforma fil-qbiela tar-raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri amministrattivi se jittieħdu biex tkun tista' tinħadem r-riforma fil-qbiela tar-raba' kif spjegat fl-indirizz tal-President li ma jkunx hemm dewmien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wind Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward wind farms fil-baħar (offshore)? Il-Gvern għandu f'idejh xi rapporti dwar dan is-suġġett u x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Gvern qiegħed f’kuntatt ma’ organizzazzjonijiet governattivi barranin biex imexxi ’l quddiem proġetti ta’ mtieħen tar-riħ fil-fond ta’ aktar minn 50 metru. Sadanittant qed jirrevedi l-iStrateġija għal Enerġija Nadifa (Renewable Energy Policy) għal pajjiżna, ġaladarba nbidlu t-targets indikati lilna.
Leg 11 PQ #198 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żona turistika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx l-ħsieb li Wied il-Għajn terġa' tiġi kklassifikata bħala żona turistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tiġdid tal-kartuna r-roża

Question

Jista' l-Ministru jelenka x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward il-ħruġ u/jew t-tiġdid tal-kartuna r-roża? Kemm hawn persuni f'Malta u Għawdex li huma preżentement intitolati għal din il-kartuna r-roża?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ familji li lilhom inħarġet u/jew ġiet imġedda l-Karta Roża fl-2007 kien ta’ 8030. Fl-iskeda mehmuża jidhru n-numru ta’ Karti Roża li ġew maħruġa jew imġedda fid-diversi lokalitajiet. Il-Karta r-Roża ma’ toħroġx lil persuna izda lill-familja, id-dipartiment ma’ jzommx statistika tal-persuni izda tal-familji li huma intitolati għall-Karta r-Roża. Informat ukoll li informazzjoni dwar l-ewwel Mistoqsija għada qed tinġabar.

Zabbar — Triq San Guzepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal Triq San Guzepp, Zabbar (minn kantuniera ma' Triq Villabate saż-Żejtun) li tinsab fi stat tant disażtruż li ħafna karozzi ma jistgħux jużawiex? Jista' jgħid x'inhi l-opinjoni ta' l-ADT jekk din il-parti tat-triq tistax tintuża bħala bypass għat-traffiku li jkun ġej jew sejjer lejn Wied il-Għajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Zabbar — Triq Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir wiċċ ġdid ta' Triq Wied il-Għajn, f'Haz-Zabbar (kantuniera ma' Triq is-Santwarju)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ħarġet sejħa għall-offerti għal major patching ta' din it-triq. Dan it-tender ġie aġġudikat u x-xogħol mistenni jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.

Zabbar — Triq il-Labour

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u fil-każ meta ser issir mill-ġdid Triq il-Labour f'Haz-Zabbar li tinsab fi stat ħażin ħafna speċjalment dik il-parti ta' Triq tal-Labour, minn Triq Bormla sa Triq il-Madonna Medjatrici?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Permessi — Karozzi/Ħġieġ skur

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jinħarġux xi permessi fuq karozzi li jkollhom ħġieġ skur biex ikunu permessi li jinsaqu fit-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet joħroġ permessi għall-ħġieġ light tint biss. Dawn jinħarġu bil-kundizzjoni li bl-ebda' mod dan it-tip ta' ħġieġ ma jkun qed irendi l-karozza inqas safe u li s-sewwieq ikun jista' jara dak kollu li hemm madwaru mingħajr xkiel.
Leg 9 PQ #38538 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħġieġ skur tal-karozzi — Permessi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni rigward il-ħġieġ skur tal-karozzi i)jekk hux permess u taħt liema kundizzjonijiet, ii)min jawtorizza tali sitwazzjoni, iii)jirriżultax li jista' jkun hemm konflitt bejn permessi li jinħarġu mill-Awtorita' tat-Trasport u r-regolamenti tal-pulizija rigward it-traffiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-responsabbilita` għall-ittestjar, reġistrazzjoni u liċenzjar ta` vetturi bil-mutur u s-sewwieqa tagħhom illum hija vestita fid-Direttorat għal Liċenzji u Testijiet fi ħdan l-Awtorita` dwar it-Trasport ta` Malta. Għaldaqstant, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #38539 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Budget 2003 — Seduta fuq is-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-mistoqsija parlamentari numru 37851 u cioe' peress li saret allegazzjoni waqt id-dibattitu tas-Saħħa (waqt il-Budget) mill-kelliem ewlieni fuq is-saħħa ta' l-Oppożizzjoni li ddaħħlu f'Malta mediċini li kienu ġejjin minn attivita' ta' kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'rapporti sarulu, x'investigazzjonijiet saru, x'riżultati instabu u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment ghadu qed jistieden lil min ghamel l-allegazzjoni biex jaghti izjed informazzjoni dwar din il-medicina. Billi intuzat il-kelma 'kuntrabandu' dan jista' ifisser li ma saritx dikjarazzjoni tad-Dwana. Nerga' nsemmi li m'hemmx dazju fuq il-medicina.
Leg 9 PQ #37892 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Ħin tal-viżitaturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-ħin (fil-preżent) tal-viżitaturi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Issir distinzjoni bejn priġunieri taħt arrest u dawk diġa' sentenzjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħinijiet għall-viżitaturi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma kif ġej:- Nhar ta` Tnejn u nhar ta` Ġimgħa:- 9.00am – 11.45am (l-aħħar viżta tibda fil-11.30am) 2.00pm – 3.45pm (l-aħħar viżta tibda fit-3.30pm) Il-ġranet l-oħra tal-Ġimgħa:- 9.00am – 11.45am (l-aħħar viżta tibda fil-11.00am) 2.00pm – 4.45pm (l-aħħar viżta tibda fl-4.00pm) Il-priġunieri li jkunu taħt arrest preventiv jista` jkollhom viżta Non-Contact kuljum bejn nhar ta` Tnejn u nhar ta` Ġimgħa. Ikollhom ukoll viżta Contact darba fil-ġimgħa. Dawk sentenzjati huma intitolati għal viżta Contact waħda fil-ġimgħa. Priġunieri li jagħmlu xi tip ta` xogħol produttiv fil-Faċilita` jgawdu minn privileġġ ta` viżta Contact żejda fil-ġimgħa. Contact visit idum 45 minuta u l-priġunier jitkellem mal-viżitatur bil-qegħda ħdejh filwaqt li Non-Contact idum 15-il minuta u l-viżitatur jitkellem mal-priġunier permezz ta` telephone minn wara diviżorju tal-perspex.
Leg 9 PQ #37893 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-forma ta' rijabilitazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Fuq liema każi l-priġunieri jitħallew imorru d-dar? X'inċentivi għandhom il-priġunieri sabiex iġibu ruħhom aħjar? X'sanzjonijiet jeżistu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin biex irażżnu priġunieri li jġibu ruħhom ħażin ripetutament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawk il-priġunieri li verament ikunu jridu jagħmlu xi forma ta` rijabilitazzjoni, ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, dawn jingħataw l-attenzjoni u l-mezzi meħtieġa. Ġewwa l-Faċilita` wieħed isib tagħlim edukattiv f`diversi suġġetti. Isir tagħlim ta` arti, lingwi (Ingliż, Malti, Taljan, Franċiż u Spanjol) matematika, kompjuter u chess. Minbarra t-tagħlim akkademiku isir xogħol ta` tagħlim/prattika fix-xogħol tal-elettriku, aluminium, mastrudaxxa u ħadid. Għal-finijiet purament ta` rijabilitazzjoni isiru lezzjonijiet ta` Lifeskills, spirituality u social studies/work. Fil-Faċilita` issib ukoll servizzi minn psikjatra, psikoloġista kif ukoll social workers u probation officers. Dawn kollha qegħdin għas-servizz tal-priġunieri. Wieħed ukoll isib attivitajiet ta` sports matul is-sena kollha. Diġa` kellna diversi suċċessi minn priġunieri li minbarra dawk li irnexxilhom jgħaddu minn diversi suġġetti tal-MATSEC kien hemm anke oħrajn li irnexxilhom imorru l-Universita` u ggradwaw fil-korsijiet li għażlu. Il-priġunieri jitħallew imorru d-dar fuq Compassionate Leave jew Family Occasion Leave u dejjem skond il-Ministerial General Directions 1995. Il-priġunieri li jġibu ruħhom skond ir-regolamenti tal-Ħabs igawdu minn dawk il-privileġġi li japplikaw għalihom. Igawdu ukoll minn nuqqas sħiħ ta` Remission fuq is-sentenza tagħhom. Dawk il-priġunieri li repetutament jiksru r-regolamenti tal-Ħabs, minbarra li jitilfu l-privileġġi jistgħu ukoll jitilfu ġranet ta` remission fuq is-sentenza. Dan ifisser li jkunu jridu joqogħdu l-ħabs għal aktar ġranet milli kieku ġabu ruħhom sewwa.
Leg 9 PQ #37894 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Servizz lill-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizz/għajnuna qed jagħti d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni lill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid:- 1) Kemm hu n-numru ta' għalliema (irġiel/nisa) u kemm jagħtu servizz; u 2) x'materjal ieħor jingħata, per eżempju, ta' library facility/other?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-servizz edukattiv ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin hi responsabilita` tal-Ministeru ta' l-Intern u Ambjent u għaldaqstant il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37850 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Budget 2003 — Seduta fuq is-saħħa

Question

Peress li waqt id-dibattitu tal-Budget (Seduta fuq is-Saħħa), il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni semma każ serju fejn allega li f'Malta ddaħħlu mediċini b'mod li setgħu ġew b'kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u x'kienu r-riżultati?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #37851 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Budget 2003 — Seduta fuq is-Saħħa

Question

Peress li saret allegazzjoni waqt id-dibattitu tas-Saħħa (waqt il-Budget) mill-kelliem ewlieni fuq is-saħħa ta' l-Oppożizzjoni li ddaħħlu f'Malta mediċini li kienu ġejjin minn attivita' ta' kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'rapporti sarulu, x'investigazzjonijiet saru, x'riżultati instabu u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dwana m'għandhiex ħjiel ta' dak li ġie allegat u għalhekk se jittieħdu passi biex jinkiseb aktar tagħrif speċifiku.
Leg 9 PQ #37888 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħabsin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li huma ta' nazzjonalita' barranija, ta' liema nazzjonalitajiet huma? Kemm minnhom huma miżżewġin lil ċittadini Maltin? X'inhu t-total ta' tfal, jekk hemm, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri barrranin fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, fit-18 ta` Diċembru 2002 kien ta` mija u tnejn (102). Dawn ġejjin minn diversi pajjiżi kif jidher hawn taħt:- Alġerini 2 Lebanon 1 Bangladesh 3 Libja 56 Renju Unit 11 Niġerja 4 Bulgarija 1 Palestina 1 Olanda 5 Portugal 1 Eġittu 3 Sudan 2 Italja 4 Tuneż 5 Turkija 1 Jugoslavja 2 Minn dawn, skond id-dikjarazzjonijiet magħmula meta ġew ammessi fil-Faċilita`, hemm seba` li iddikjaraw li huma miżżewġa nisa Maltin. Hemm ukoll żewġ priġunieri nisa Maltin li huma miżżewġa irġiel barranin. Preżentament ma hemmx tfal (dawk taħt is-sittax-il sena) fil-Faċilita`.
Leg 9 PQ #37889 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin irġiel u nisa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma Maltin? Kemm minn dawn jiġu minn xulxin (mara/raġel, minn bint/iben, aħwa, eċċ)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-18 ta` Diċembru 2002 fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm mitejn u erba` u tmenin (284) priġunier. Dawn huma maqsuma kif ġej: - Irġiel 270 u nisa 14 Maltin: - 4 Nisa u 178 irġiel Fil-preżent il-priġunieri relatati minn xulxin hemm:- Missier u iben, tlett pari aħwa.