Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm ġew allokati postijiet tal-Gvern (Social Housing) xahar b'xahar matul din is-sena (sa Ottubru) u f'liema lokalitajiet kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda l-informazzjoni mitluba.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-ħlasijiet tal-patata tas-safar (ta' l-Olanda) lill-bdiewa Maltin matul l-1997 u matul din is-sena? Kemm kien miftiehem li jingħata kumpens? Kemm fil-fatt ġie mogħti? X'inhi l-policy tal-Gvern il-ġdid f'dan il-qasam?
Response (ZAMMIT, NINU)
Matul l-1997 il-bdiewa tħallsu hekk għall-patata esportata:
Varjeta` Alpha :
Lm11 il-qantar għall-patata aċċettata għas-safar sat-2 ta` Mejju.
Lm10 il-qantar għall-patata aċċettata għas-safar bejn it-3 u it-8 ta` Mejju.
Lm8 il-qantar għall-patata aċċettata għas-safar mid-9 ta` Mejju il-quddiem
Varjeta` Sante` :
Lm10 il-qantar sat-2 ta` Mejju.
Lm9 il-qantar bejn it-3 u t-8 ta` Mejju.
Lm8 il-qantar mid-9 ta` Mejju l-qudiem.
Varjeta` oħra :
Lm8 il-qantar.
Matul l-1998 il-bdiewa tħallsu hekk għall-patata esportata:
Varjeta` Alpha :
Lm11 il-qantar għall-patata aċċettata għas-safar sal-4 ta` Mejju.
Lm10 il-qantar għall-patata aċċettata għas-safar bejn il-5u 6 ta` Mejju.
Lm8 il-qantar għall-patata aċċettata għas-safar mis-7 ta` Mejju l-quddiem.
Ma` ġews esportati varjetajiet oħra.
Il- bdiewa jitħallsu skond kif jirrikmanda l-Agricultural Export Marketing Board wara li jitnaqqsu l-ispejjeż kollha mid-dħul globali.
Fl-1998, barra l-ispejjeż tnaqqsu wkoll Lm13,530 sabiex jagħamlu tajjeb għall-esportazzjoni fjask tal-ħaxix frisk lejn l-Ingilterra. Dan il-fjask kompla ġie mgħotti bis-somma tat- Lm8000 mil-fond li suppost kellu jintuża għal tiswija ta` ħsara ikkaġunata mil-maltempata tal-25 ta` Jannar, 1998.
Fl-1997, minkejja li l-patata tal-varjeta` ante tal-patata tal-varjeta` Alpha, il-bdiewa tħallsu prezz anqas.
Kif diġa ħabbart, ntlaħaq ftehim sabiex tiġi esportata mill-ġdid patata tal-varjeta` Sante` bi prezz medju li hu aktar mill-għola prezz garantit għall-Alpha.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq il-programm ta' refurbishment ta' l-Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' Gvern Laburista kif ukoll x'se jsir issa mill-Gvern preżenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tigi migbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk hemmx vakanzi għal mastrudaxxi u welders fl-Isptar San Vincenz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fir-Residenza San Vinċenz teżisti vakanza waħda ta' 'welder' u li jista' jkun hemm bżonn ta' aktar mastrudaxxi fil-futur qarib.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru bozoz ġodda f'dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar: i) Triq Ġanni Bonavia (bozza waħda); ii) Triq il-Kapuċċini (bozza waħda); iii) Triq il-Karmnu (tarf ma' Triq iz-Zingla) u fix-Xgħajra, f'Dawret ix-Xatt (fejn il-Ġorf tat-Tafal)?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba għad-dawl fit-toroq indikati mill-Onor. Membru qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' Tmexxija fl-Isptar Zammit Clapp? Hemm il-ħsieb li jiżdied in-numru ta' konsulenti fil-Ġerjatrija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dwar il-membri tal-Bord tat-tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Numru 139.
Il-Manpower Plan dwar il-Gerjatrija ser jigi rivedut fid-dawl ta' deciżjonijiet li qed jieħu l-Gvern fuq l-iżvilupp ta' l-Isptar il-Ġdid u servizzi oħra rijabilitattivi. Ċertament li ser ikun hemm bzonn ta' iktar minn konsultent wieħed fil-Ġerjatrija kif hemm bħalissa u kif kien hemm ippjanat fil-Human Resource Plan li Ħejjiet l-Amministrazzjoni precedenti.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-proċess ta' awtonomija ta' l-isptarijiet u t-time frames, jekk dawn jeżistu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Membru għal dawn l-aħħar tlett snin qiegħed ssir riforma fl-Isptarijiet tal-Gvern sabiex intejbu s-servizzi u nżidu l-effiċjenza.
S'issa daħħalna sistemi finanzjarji u operattivi f'żewġ sptarijiet - jiġifieri f'Boffa u f'Monte Carmeli. F'dawn l-isptarijiet sar ukoll business re-engineering process sabiex jiddaħlu sistemi operattivi aktar effiċjenti u effettivi. Hu ippjanat ukoll li f'Jannar 1999 ser nibdew naħdmu fuq l-Isptar San Luqa.
Minn Jannar li ġej ukoll kull sptar ser ikun cost centre għaliħ bħala l-ewwel fażi sabiex ma ngħamlux l-iżbalji li saru f'pajjizi oħra.
Jista' l-Ministru jagħti t-termini ġodda ta' l-isptar il-ġdid f'dak li huwa: 1) struttura; 2) funzjoni? Jista' l-Ministru jgħid kif dawn ivarjaw minn dawk ta' Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-futur immedjat huwa maħsub li l-Gvern iħabbar t-termini ġodda ta' l-Isptar il-Gdid.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex ikun jista' jħaddem l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema ttrenjati u kwalifikati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Pjan tal-Gvern biex iħaddem l-Isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq huwa li trid tinħoloq struttura ta' organiżżażjoni ibbażata fuq prinċipji ta' `management' modern u effiċjenti. Il-Gvern huwa dderminat li l-ineffiċjenzi eżistenti fir-riżorsi umani fl-Isptar San Luqa ma jiġux trasportati għall-Isptar l-Ġdid. Għal dan il-għan il-Ġvern qed jibda proċess ta' evalwazzjoni tar-rizorsi umani bl-iskop li meta tiġi stabilita s-sitwazzjoni reali, jinbdew proċeduri ta' taħriġ biex jiżdied il-livell ta' effiċjenza fost il-Ħaddiema.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi rranġata biċċa minn Triq Dawret ix-Xatt fix-Xgħajra ('il ġewwa mill-Milord) li qiegħda tkun ta' nkonvenjent kbir lir-residenti? Jista' l-Ministru jikkonsidra li almenu titwitta t-triq anke jekk ma tiġix asfaltata għalissa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-art indikata mill-Onor. Interpellant hija barra mill-iskema ta' żvilupp u għalhekk ma' jistax isir żvilupp ta' toroq fiha.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huwa d-direttur preżenti ta' l-Istitut Internazzjonali ta' l-Anzjani? X'inhu s-salarju tiegħu? Meta beda fl-inkarigu tiegħu? X'inhuma l-kwalifiki li għandu d-direttur u kif dawn jirrelataw mal-qasam ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar.
9.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati part-time ġewwa l-INIA? Kemm sigħat huma obbligati li jaħdmu fil-ġimgħa?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar.
9.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fiċ-ċentru ta' l-INIA qabel ma d-direttur preżenti ħa l-ħatra tiegħu? Kemm hemm impjegati llum u x'inhu l-grad, l-eta' u s-salarju tagħhom? Xi kwalifiki għandu kull wieħed mill-impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar.
9.11.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-ġranet li d-direttur ta' l-INIA kien nieqes minn Malta mill-ħatra tiegħu 'l hawn?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti fuq iż-żjarat uffiċjali u jistax ipoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm swew lill-INIA dawn iż-żjarat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar.
9.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara għamel id-direttur ta' l-INIA barra minn Malta? Kemm minn dawn kienu żjarat uffiċjali, fejn saru u meta kienu? X'kienu l-għanijiet ta' kull żjara barra minn Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'ħareġ konkretament minn kull żjara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar.
9.11.98
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'sab fuq l-isptar il-ġdid matul is-sentejn ta' Gvern Laburista? Kif dawn biddlu l-pjan ta' Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Gvern il-ġdid sab xogħol kif ġej:
A
Struttura mibnija fuq id-disinji ta' l-Ortesa għal sptar ta' 480 sodda, mizjuda b'sular u wing.
Sospensjoni fuq is-servizzi tal-Mechanical and Electrical mis-7/2/97 sal-31/12/98.
Kunċetti ta' disinji li ma humiex approvati mill-gvern.
Xogħol ta' bini fuq il-wing il-ġdida u car park li għandu jispiċċa fl-aħħar ta'Frar 1998.
Medical Brief għal sptar ta' 980 sodda.
B
L-isptar inbidel minn wieħed ta' riċerka u speċjaliżżażjoni għal wieħed ġenerali u akut.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kif il-Gvern il-ġdid sab is-sitwazzjoni tal-facilitators fl-iskejjel ta' l-Istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Fil-bidu tas-sena skolastika kien hemm numru ta' riżenji ta' Kindergarten Assistants li jieħdu ħsieb tfal bi bżonnijiet speċjali u li għad ma kienx possibbli jiġu sostitwiti.
Kontinwament jidħlu talbiet biex tfal jiġu ċertifikati li huma tfal bi bżonnijiet speċjali u biex jingħataw għajnuna. Is-sitwazzjoni qed tiġi konsidrata fi sforz komuni bejn dawk kollha involuti, inkluża l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita'.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex titaffa l-problema tal-vultaġġ baxx fl-inħawi tal-Bidni fil-limiti ta' Wied il-Għajn u Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Diġa sar xogħol biex tittaffa l-problema ta` vultaġġ baxx fl-inħawi tal-Bidni, bejn Wied il-Għajn u Ħaż-Żabbar billi żewg 'Feeders' fil-lokalita msemmija. Barra minn hekk, il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda fil-proċess biex tingħata art mingħand l-Uffiċċju Konġunt biex fuqha tkun tista tibni 'substation' ġodda.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex titneħħa l-problema tal-millenium bug fuq is-sistema tal-computers fid-dipartimenti tal-gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sa mill-1996 il-Gvern immexxi minni, permezz ta'
Ċirkulari Nru 24/96 kien ġibed l-attenzjoni tad-
Dipartimenti tal-Gvern dwar il-problema tal-Millenium
Bug. Fil-fatt l-ewwel l-MSU u wara l-MITTS kienu
responsabbli biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex
jiġi solvut dan il-problema fid-Dipartimenti tal-Gvern.
Ninsab infurmat li s-sistemi importanti ser ikunu Year
2000 Compliant sa l-aħħar ta' din is-sena. Hu ppjanat
li l-kumplament tas-sistemi u l-apparat ikunu Year 2000
Compliant sa nofs is-sena d-dieħla.