Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' imwiet minħabba inċidenti tat-traffiku matul iż-żmien li ilha li ddaħlet il-liġi tas-seat belt (1996) u fil-ħames snin ta' qabel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata fiha l-parti ta' Triq Lia f'Ħaż-Żabbar li qed tkun ta' inkonvenjent kbir speċjalment meta tagħmel ix-xita?
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm saru ċitazzjonijiet bħala kontravenzjoni ta' l-ilbies taċ-ċinturini tas-sigurezza minn mindu bdiet fis-seħħ il-liġi? Kemm tressqu l-Qorti? Kemm minnhom instabu ħatja u x'multi ngħataw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-Pulizija għal-kontravenzjonijet dwar is-seat belts, minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi, kien ta' 17,186.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-Pulizija ma żżommx statistika dwar it-tagħrif mitlub.
03.12.98
Peress li t-triq li mill-Mina ta' Hompesch (Żabbar) tagħti għaż-Żejtun (magħrufa bħala Triq taċ-Ċawsli) hi arterja prinċipali u traffikuża ħafna, u peress li f'xita qawwija din il-parti tat-triq issir baħar wieħed li jitla' 'l fuq mill-bankina u qed jagħmel ħsara lil ħitan tad-djar, jista' l-Ministeru tiegħu jieħu passi biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata fl-iqsar żmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jinvestiga din il-problema u jirrikmanda x`jista jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-onorarja li tħallset lil kull direttur tal-Korporazzjoni Telemalta fl-1997 u kemm hi l-onorarja li qed jitħallsu l-istess diretturi bħala direttivi tal-Maltacom din is-sena? Jekk kien hemm żieda, jista' jgħid meta saret u min awtorizzaha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Barra l-kuntratt li għandu s-Sur Tony Meilaq bħala Chairman u Chief Executive Officer tal-Maltacom, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-Sur Meilaq jirrappreżentax lill-kumpannija bħala direttur fuq kumpanniji li l-Maltacom għandha investiment fihom? Jekk fl-affermattiv, kemm hija l-onorarja jew director's fee li jirċievi minn kull kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' nies jirreġistraw (Part I) li huma taħt il-25 sena u minn liema lokalitajiet jiġu f'Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1998 taħt il-25 sena, f'Malta u Għawdex kien ta' 2,094. Dawn kienu ġejjin minn dawn il-Kunsilli Lokali.
Malta Għawdex
Attard 22 Msida 32 Fontana 11
Balzan 8 Naxxar 23 Għajnsielem 12
B'Kara 101 Paola 45 Għarb 6
B'Buġia 42 Pembroke 8 Għasri 1
Cospicua 70 Pieta' 12 Kerċem 12
Dingli 13 Qormi 120 Munxar 7
Fgura 46 Qrendi 15 Nadur 18
Floriana 22 Rabat Malta 49 Qala 7
Għargħur 19 San Gwann 42 San Lawrenz 3
Għaxaq 37 Santa Luċia 26 Sannat 13
Gudja 29 Santa Venera 29 Victoria 46
Gzira 26 Senglea 25 Xagħra 19
Ħal Safi 10 Siġġiewi 41 Xewkija 15
Ħamrun 84 Sliema 19 Żebbuġ 19
Kalkara 20 St. Julian's 17
Kirkop 15 St. Paul's Bay 29 TOTAL 189
Lija 6 Swieqi 4
Luqa 37 Tarxien 42
L-Iklin 4 Ta' Xbiex 11
Marsa 66 Valletta 76
Marsascala 38 Vittoriosa 27
Marsaxlokk 24 Xgħajra 4
Mdina 0 Żabbar 121
Mellieħa 7 Żebbuġ Malta 86
Mġarr Malta 5 Żejtun 112
Mosta 42 Żurrieq 74
Mqabba 23
TOTAL 1,905
L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Settembru 1998.
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawk l-istudenti u apprendisti fis-sengħa tar-restawr tal-ġebla Maltija li wara li ġew ttrenjati issa baqgħu barra għal iktar minn sentjen? Jidhirlu l-Ministru li ġaladarba Gvern Nazzjonalista kien għoddu tahom l-impjieg fix-xogħol tagħhom qabel l-1996 u mbagħad tħallew sentejn sħaħ taħt Gvern Laburista jistennew, jararx li wasal iż-żmien li dawn issir ġustizzja magħhom ukoll?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jidhirlu l-Ministru li numru ta' apprendisti f'oqsma differenti bħalma huma mastrudaxxi, electricians, restawr fil-ġebla Maltija - li ma ġewx ingaġġati - jikkostitwixxi ħela ta' riżorsi umani meta wieħed iqis il-bżonn ta' nies ta' sengħa f'diversi sptarijiet u proġetti tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ovvjament l-Onor. Membru qed jirreferi għall-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku ta' dawk l-apprentisti li jkunu temmew b'suċċess il-kors tagħhom taħt it-Technician Apprenticeship Scheme (TAS) u l-Extended Skills Training Scheme (ESTS). Jidhirli li għal numru ta' snin il-policy f'dan ir-rigward kienet u għadha li dan it-tip ta' ngaġġ m'għandux ikun wieħed awtomatiku iżda skond il-bżonn.
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija qabditx xi kwalita' ta' droga "ġdida" magħrufa bħala flatliners matul din is-sena?
Jikkonsidra il-Gvern Nazzjonalista li jħarrax il-pieni għal dawk li jittraffikaw fid-droga?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul din is-sena, il-Pulizija ma għamlet l-ebda qbid ta' droga 'ġdida' magħrufa bħala flatliner.
Dwar it-tħarrix tal-pieni, infakkar l-Onorevoli Interpellant li fl-1996 il-Parlament kien żied il-piena minn 20 sena għal għomor il-ħabs għal traffikar gravi tad-droga. Qed jiġu diskussi miżuri oħra għal sospensjoni ta' liċenzji tal-Pulizija għal 'licence holders' li jkunu akkużati bi traffikar ta' droga.
30.11.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 227, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk maqbuda fuq każijiet konnessi ma' droga kienu barranin?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-tipi ta' droga maqbuda din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' barranin li nqabdu mill-Pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u s-27 ta' Ottubru 1998, fuq każijiet konnessi ma' droga, kien ta' 4.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 236 f'Seduta Numru 7.
30.11.98
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq il-programm ta' refurbishment ta' l-Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' Gvern Laburista kif ukoll x'se jsir issa mill-Gvern preżenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul l-1998 sar dan ix-xogħol ta' refurbishment fl-Isptar San Luqa:
1 VIP Suite (2 Bed Unit)
2 Main Operating Theatre Corridor Soffit
3 Lithotripter Room in Endoscopy
4 2No New Day Theatre (Gynae)
5 Upgrading Ward M7
6 Airconditioners - Doctors Quarters Phase II
7 Upgrading Ward M7
8 Setting up of a Cytotoxic Reconstitution Room
9 Commissioning of New Oxygen Plant
10 Ward Bathrooms /Kitchens Programme Phase I
11 Renal Unit Extension
12 Improvements National Blood Transfusion Centre - Phase I
13 Upgrading works Computer Communications Room
14 External repair/repainting of all windows - Phase I
15 Completion of Health Information Department
Matul l-1999 hu mistenni li jsir dan li ġej:
1 Catheter Laboratory/C.I.C.U.
2 Infectious Disease Unit
3 New Drainage system
4 Rewiring - Emergency Lab
5 Bleeding Room
6 M6 Side Ward
7 Chaplains Accomodation
8 Main electrical Intake improvements
9 Gynae Ward - 4 Additional Beds
10 Road Repairs
11 Continuation of:
(a) Airconditioning - Doctors Quarters
(b) Ward bathroom/Kitchen Programme
(c) NBTC Improvements
(d) External repair/repainting of all windows
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna rċieva d-Dipartiment tas-Saħħa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u f'liema areas, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Għajnuna li rċieva d-Dipartiment tas-Saħħa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa matul dawn l-aħħar ħames snin kienet tikkonsisti fi `sponsorship' għal attendenza f'Konferenzi u laqgħat kif jidher hawn taħt, fejn tħallsu parti mill-ispejjeż jew kollox skond dan li ġej:
1994 Standing Committee of the Regional Committee of WHO
1994 WHO/CINDI Quit and Win Campaign Co-ordinators Meeting
1994 Fourth WHO Seminar for Tobacco-Free Europe
1994 CINDI Programme Director's Meeting - Lubiljana
1994 Information for Health for Europe - Copenhagen
1995 12th Advanced Course in Food Technology at the University
of Surrey
1995 Medium Term Collaboration Programme between Malta and WHO
1995 First Meeting of the European Committee for Health Promotion
Development
1995 Third European Meeting for the Implementation of the St. Vincent
Decleration
1995 Conference on CINDI Working Group on Healthy Children in
Healthy Families
1995 Meeting of National Counterparts on WHO Fellowship Policies
1995 2nd International Heart Health Conference
1995 Advanced Course in Food Microbiology
1995 Health Promotion - Dublin WHO
1995 CINDI Programme Director's Meeting
1995 Annecy France - EPI Programme Managers
1995 Training courses in
(i) Special Baby Care Unit
(ii) Renal Transplants
(iii) ITU (General plus Cardiac)
(iv) Neurosurgery
(v) Cardiothoracic Surgery
1996 CINDI Programme Director's Meeting - Rome
1997 Workshop on New Trends in Leishmaniasis Epidemiology and Control
in Mediterranean Area
1997 Fourth Workshop on Quality Development in Perinatal Care
1997 7th meeting of EPI Programme Managers
1997 Consensus Conference on Rolionyelites
1997 Inter health Meeting sponsored by WHO - Montreal - CINDI
Programme Director's Meeting - Montreal
1997 EPI Programmer Managers Meeting - Berlin
1997 Polio Eradication - Vienna
1998 7th Seminar for Leading Public Health Administrators
1998 HIV/AIDS Seminar
1998 CINDI Programme Director's Meeting - Lisbon
1998 EPI Programme Managers Meeting - Warsaw
1998 Southnet - Thessaloniki Greece
Jista' l-Ministru jgħid x'sar matul l-aħħar sentejn fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? X'inhu x-xogħol li għad fadal isir f'din id-dar? X'inhuma t-time frames biex dan ix-xogħol ikun lest?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar sentejn tkompla u tlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni, jiġifieri tlesta biss il-qafas. Il-kumplament tax-xogħol l-ieħor biex titlesta minn kollox għaddej b'ritmu mgħaġġel u suppost li jitlesta s-sena d-dieħla.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'regolamentazzjoni teżisti, jekk teżisti, fuq it-trobbija tal-fniek b'mod kummerċjali? X'restrizzjonijiet jeżistu lokalment biex issir din l-attivita' ekonomika?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jeżistu gwidi dipartimentali li jirregolaw dawk li jkunu jridu jibnu razzett għall-fniek. Ir-restrizzjonijiet huma dawn:
1. Il-bini ma għandux isir fuq art agrikola tajba.
2. Il-bini ma għandux isir f'xi żona li hi ambjentalment sensittiva.
3. L-individwu jrid ikunu aġġornat dwar it-trobbija tal-fniek.
4. L-applikant irid ikun il-bidwi tal-art jew għandu l-permess tiegħu.
5. Irid ikun hemm distanza raġjonevoli minn żona urbana.
6. Irid jagħmel pjanti li jkunu teknikament adattati għat-trobbija tal-fniek, kif deskritti mill-guidelines hawn mehmuża.
7. Irid jostor il-bini kemm jista' jkun b'siġar u pjanti u ma jkollux bini aktar għoli milli huwa meħtieġ.
8. Irid jintrabat li juża dan il-bini għal dan l-iskop biss.
9. Jekk issir biċċerija, jeżistu regolamenti oħra.
Barra minn dawn hemm dipartimenti oħra li jistgħu jiesiġu kundizzjonijiet oħra. Dawn jinkludu id-Dipartiment tad-Dranaġġ, u il-Water Services Corporation.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex tittaffa l-problema ta' ħruġ ta' nugrufun miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa? X'qed isir fil-preżent rigward hospital wastes?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Diversi passi qegħdin jittieħdu biex tittaffa l-problema ta' ħruġ ta' nugrufun miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa. Dawn jinkludu:
1. Il-Boilers huma mħaddma b'mod u manjiera biex inaqqsu n-nugrufun
kemm jista' jkun;
2. Materjal bħal plastics u ħwejjeġ oħra flok jiġu maħruqa qegħdin jiġu
autoclaved;
3. Qegħdin isiru taħdidiet bejn id-Dipartimenti tas-Saħħa, ta' l-Ambjent
u ta' l-Agrikoltura flimkien ma' l-MIA biex l-iskard ta' dawn id-dipartimenti jiġu proċessati flimkien.
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat bħala management tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla? Din id-dar se tkun immexxija bħad-dar taż-Żejtun mill-privat jew b'xi forma oħra ta' tmexxija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħsieb huwa li d-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla titmexxa fuq l-istess linja li qed titmexxa d-Dar taż-Żejtun.
24.11.98
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif qed titħaddem is-sistema tar-recombined cycle fil-power station ta' Delimara? Teżisti xi problema fit-tħaddim ta' din is-sistema?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-sistema tal-Combined Cycle Gas Turbine fil-power station ta' Delimara qiegħda fil-fażi ta' commissioning fejn jibdew jitħaddmu l-partijiet differenti tat-trapjant u jsiru aġġustamenti li jkun hemm bżonn qabel is-sistema tkun lesta biex jitħaddem fuq bażi regolari.
Il-problemi eżistenti huma normali u li wieħed jistenna waqt il-commissioning.