Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li numru ta' awżiljarji li jaħdmu f'dan id-dipartiment u għadhom bażerali (mhux tal-post) minkejja li ilhom jaħdmu għal għadd ġmielu ta' snin, isiru tal-post?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-materja ma tiġix deċiża fil-livell tal-Ministeru tiegħi iżda fil-livell tal-Gvern kollu taħt id-direzzjoni ta'l-Uffiċċju tat-Tmexxija tal-Personnel.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-postijiet skedati ġewwa l-lokalita' tal-belt ta' Ħaż-Żabbar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm erba' proprjetajiet skedati f'Ħaż Żabbar li huma kif jidher hawn taħt :
INDIRIZZ GN NO GN DATE GRAD TA' PROTEZZJONI
-------- ----- ------- --------------------
16, Triq iċ-
Ċimiterju 313/98 17-04-98 2
Nos 6-7, Triq
Bajjada 404/98 19-05-98 1
Windmill, Triq
iż-Żejtun 722/95 17-11-95 1
Entrenchments
from Ricasoli to
Ras iż-Żonqor,
l/o Żabbar 729/95 23-11-95 1
15.12.98 (2pm)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-istatus, jiġifieri jekk hijiex protetta eċċ., ta' pill box fi Triq Apap Bologna ġewwa Marsascala?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-post ta' difiża jew aħjar il-'Command Post' tat-Tieni Gwerra Dinija fit-tarf ta' Triq Apap Bologna kienet skedata fis-7 ta' April 1997 skond l-avviż GN 241/97 u kif muri fil-pjanta annessa ma' l-istess avviż b'riferenza numru 658/96. Il-proprjeta' msemmija hi ta' Grad 2 li skond il-Pjan ta' Struttura (Policy UCO 7) tfisser :
Buildings of some architectural or historical interest or which contribute to the visual image of an Urban Conservation Area. Permission to demolish such buildings will not normally be given. Alterations to the interior will be allowed if proposed to be carried out sensitively and causing the least detriment to the character and architectural homogeneity of the building.
15.12.98 (2pm)
Jista' l-Ministru jara li Sqaq San Gejtanu (maġemb il-Knisja ta' San Gejtanu) li jagħti għat-Torri l-Aħmar limiti ta' Lambordi ġewwa Marsascala jingħata wiċċ tal-konkos jew bitmac peress li qed ikun ta' inkonvenjent għal numru kbir ta' bdiewa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li din it-triq hija kkunsidrata bħala Farm Road, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk razzett antik fi Triq San Ġużepp (faċċata ta' Triq Sant'Antnin) ġewwa Ħaż-Żabbar huwiex bini skedat u xi pjani hemm fuq dan il-bini?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-inħawi ta' Triq San Gużepp u Triq Sant' Antnin tal-Plier, f'Ħaż Żabbar, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma skedat l-ebda proprjeta'. Din iż-żona qiegħda ukoll barra ż-żona ta' konservazzjoni urbana. L-Environmental Management Unit tkun interessata tiskeda dan ir-razzett jekk huwa ta' interess storiku u kulturali u tkun grata jekk tiġi sottomessa pjanta u l-proprjeta' msemmija tkun immarkata għal-investigazzjonijiet ulterjuri. Dan l-inħawi huwa rik b'eżempju ta' arkittettura vernakulari.
15.12.98 (2pm)
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet volontarji li applikaw biex ikunu jistgħu jingħataw it-tmexxija tal-premises tagħhom u li qed jistennew dan biex jgħaddi mill-parlament?
Kemm minn dawn jinsabu f'dawn il-lokalijiet: Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn, Bormla, Birgu, Isla, Xgħajra, Fgura u Kalkara?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Iskola Primarja A u fl-Iskola Primarja B, f'Ħaż-Żabbar hemmx il-full complement ta' l-għalliema?
Jekk hemm xi klassijiet li għadhom mingħajr għalliema permanenti, jista' l-Ministru jgħid meta dawn it-tfal se jkollhom l-għalliema tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm ebda għalliem/għalliema nieqsa la fi Skola 'A' u anqas Skola 'B' ta' Ħaż-Żabbar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi mal-kaċċa u ma' l-insib matul din is-sena, xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq reati konnessi mal-kaċċa u ma' l-insib matul din is-sena, xahar b'xahar, hu kif ġej : -
Xahar Kaċċa Insib
----- ----- -----
Jannar 8 3
Frar 4 xejn
Marzu 6 xejn
April 23 xejn
Mejju 7 xejn
Ġunju 1 1
Lulju xejn xejn
Awissu xejn xejn
Settembru 11 xejn
Ottubru 1 xejn
Novembru 2 xejn
(Sat-30)
14.12.98(am)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm li bih se jsiru l-pjani lokali?
X'se jkun mitlub mill-kunsilli lokali?
Response (BORG, TONIO)
Il-programm għal Pjani Lokali li qegħdin isiru issa u dawk li għadhom ma nbdewx qed jiġu riveduti bil-ħsieb li jitlestew mill-aktar fis possibli fl-isfond tar-riżorsi umani u r-riżorsi oħrajn li għandha l-Awtorita`.
Huwa l-ħsieb li l-Kunsilli Lokali jiġu nvoluti fil-proċess tal-Pjani Lokali u hu mistenni li jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn l-Awtorita` u l-Kunsilli Lokali. Hu maħsub ukoll li jsiru lagħqat ta` konsultazzjoni mal-pubbliku ta` l-inħawi konċernati mal-Pjan Lokali rispettiv.
14.12.98(a.m.)
Minħabba fl-Estimi ta' l-1999 (paġna 6) hemm riferenza għall-"faħam" taħt "utilities", jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan it-tip ta' fuel għandux jinxtara mill-gvern u jekk le għandhiex issir korrezzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ir-referenza li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija misprint għax ix-xiri tal-faħam ilhu li twaqqaf meta saret il-conversion tal-Power Station tal-Marsa għall-użu taż-żejt imħabba l-ħsara li l-faħam kien qed jagħmel lill-ambjent.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1309?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta' persuni b'diżabilita' li gawdew mis-servizz tal-'Home Help' matul l-1996, 1997 u sa Settembru 1998 kien madwar 77.
9.12.98
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm kienu rrapportati każi avvelenament fl-ikel minn stabbilimenti ta' l-ikel u x'kienu l-kawżi ta' dawn l-avvelenamenti matul l-aħħar tliet snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar informazzjoni għall-liema stabbilimenti ta' l-ikel qiegħed jirreferi. Jekk humiex minn:
. ristoranti/lukandi
. cafeterija
. sptarijiet
. avvenimenti privati
jew xi sorsi oħra li l-Onor. Interpellant irid jirreferi għalihom.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward dawk il-mediċini li qegħdin out of stock jew b'xi mod mhumiex jingħataw lill-pazjenti tagħna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mediċini li ma ngħatawx lill-pazjenti u li qegħdin out of stock illum huma:
Din il-lista tinkludi:
1. Mediċini li qegħdin jiġu diskussi mid-`Drugs and Therapeutics
Committee (DTC)' biex jiġu maqtugħa minn fuq il-formularju
Atropine sulphate tablets
Stilboestrol 1mg tablets
2. Mediċini li s-Servizzi Farmawċewtiċi tal-Gvern għandu problema
biex jixtrihom
Cholera vaccine
Flurazepam 15mg tablets
Gluten free biscuits
Gluten free pasta
Hydroxychloroquine 200mg tablets
Mesalazine tablets
Methylergometrine tablets
Pancreatin high dose tablets
Promethazine injections
Salbutamol 4mg tablets
Senna tablets
Stilboestrol 5mg tablets
3. Mediċini li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi
Farmaċewtiċi tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom f'xi spiżeriji
tal-Gvern.
Haloperidol syrup
Methylcellulose tablets
Sucralfate 1G tablets
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jogħla s-ceiling tat-taxxa fuq id-dħul għal dawk ir-romol li għad għandhom ulied dipendenti (li mhux jaħdmu bi qliegħ) anke jekk dawn ta' l-aħħar għaqlu s-16-il sena?
Response (DALLI, JOHN)
Is-suġġeriment magħmul mill-Onor. Interpellant ġie innotat u jkun studjat fid-dettal meta jkunu qed jiġu ippreparati l-emendi neċessarji.