Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5197 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti ġustifikazzjoni għal overtime (inkluż Sibtijiet) mogħti fuq il-proġett ta' Ħal Qormi? (Numru tal-file qed jintbagħat separatament).

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-overtime li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant fuq il-proġett ta' Ħal-Qormi kien approvat. Dan l-overtime ikopri żewġ ħaddiema mit-Tnejn 1 ta' Marzu sal-Ħadd 7 ta' Marzu 1999, erba' ħaddiema oħra s-Sibt 6 ta' Marzu 1999 u l-Ħadd 7 ta' Marzu 1999. Dawn il-ħaddiema huma meħtieġa biex isegwu xogħol ta' toroq b'urġenza li qed isir fl-inħawi u fit-tmiem il-ġimgħa biex jagħmlu ċertu xogħol li jrid jikkomplimenta dak tal-kuntrattur. Barra dan ser jintużaw ukoll biex iċaqalqu 'bollards' u xi sinjali tat-traffiku in kollaborazzjoni mal-Pulizija li ser ikunu fuq is-sit tax-xogħol.
Leg 9 PQ #5270 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu ġustifikat l-overtime fis-sezzjoni tas-salarji tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u jikkonfermax li l-overtime ta' Jannar 1999 ma kienx affettwat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-overtime fis-sezzjoni tas-salarji hu ġustifikat u ġie approvat kemm mid-Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni li taħtu taqa' s-sezzjoni tas-salarji, kif ukoll mid-Direttur Ġenerali u mis-Segretarju Permanenti. L-overtime sar f'Jannar u ser jibqa' sejjer sa April.
Leg 9 PQ #4692 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Impjegati - overtime

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għoti ta' overtime fis-sezzjoni tas-salarji tad-Dipartiment ta' l-Ambjent (xogħlijiet)? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex qiegħed jingħata dan l-overtime?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-overtime li qed isir bħalissa fis-Salaries Section ikopri tibdil fil-cards tas-Salarji dwar l-increments li jibdew iseħħu mill-1/1/99 flimkien mal-'cost of living increase'. Jingħata bidu għal return ta' l-Allowances għas-sena 1998 flimkien ma' tibdil tar-rata ta' l-Overtime, Allowances eċċ. Ħlas ta' arretrati għal dawk l-impjegati li rtiraw jew ġew boarded out bejn is-snin 1996 sa 1998 u ġbir ta' informazzjoni dwar l-istess impjegati f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-unpaid leave u sick leave. Iċċekkjar u mpustar tal-P3 forms għas-sena 1998. Tajjeb li l-Onorevoli Membru jkun jaf li t-Taqsima tas-Salarji tieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta' madwar 1600 impjegat.
Leg 9 PQ #4693 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Indiċi tal-prezzijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4561 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u cioe': Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pilloli I.Caps dan l-aħħar għolew minn Lm2.19 għal Lm2.90 u jekk iva, jgħid għaliex kien hemm din iż-żieda fil-prezz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4615, il-Gvern, permezz tal-mekkaniżmu għad-dispożizzjoni tiegħu, qiegħed jimmonitorja s-suq u jinvestiga l-ilmenti li jsiru. Fejn jirriżulta li jkun hemm żieda fil-prezz mhux ġustifikata, jittieħdu l-passi biex is-sitwazzjoni tiġi rranġata. Dan jgħodd għal kull tip ta' prodott, inklużi l-mediċini. Fir-rigward tal-pilloli in kwistjoni, tajjeb jingħad li l-kumpanija li kienet tipproduċihom inxtrat minn kumpanija Amerikana. Din ta' l-aħħar irrevediet il-prezzijiet tagħha u per konsegwenza l-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumatur f'Malta sar dak imsemmi mill-Onor. Interpellant.

Wied il-Għajn — Bypass - Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru pelican lights jew almenu zebra crossing fil-Bypass ta' Wied il-Għajn, viċin Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar peress li diġa' seħħ inċident fl-24 ta' Jannar, 1999 fejn tifla ittajret minkejja li kienet m'ommha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet biex jiġi nvestigat x`jista` jsir.
Leg 9 PQ #4559 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Sezzjoni ta' l-Accounts

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għoti ta' overtime fis-Sezzjoni ta' l-Accounts u l-Leave Section tad-Dipartiment ta' l-Ambjent (xogħlijiet)? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex qiegħed jingħata dan l-overtime?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-impjegati fis-Sezzjoni tal-Leave mhux qed jagħmlu sahra. Ta' min jgħid li ilu żmien ħafna ma ssir sahra f'din is-Sezzjoni. Ingħata overtime fis-Sezzjoni ta' l-Accounts għal diversi raġunijiet iżda l-aktar minħabba li kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar irid jintbagħat rapport finanzjarju dwar in-nefqa mid-diversi sezzjonijiet tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Minħabba l-volum ta' xogħol involut huwa meħtieġ li jsir xogħol bl-overtime. Barra minn dan, qed jitkompla l-eżerċizzju li kien inbeda s-sena l-oħra biex it-Taqsima tax-Xogħlijiet tidentifika sewwa l-pendenzi kollha li jeżistu mal-'Public Utilities'. Dan qed iservi wkoll biex jiġu identifikati liema telephones, metres tad-dawl u ta' l-ilma, flimkien ma' kirjiet, huma verament responsabbilta' tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Qiegħed isir ukoll eżerċizzju ieħor bil-ħsieb li jiġi determinat jekk 'commitments' li ilhom jidhru fil-kotba tat-Taqsima tax-Xogħlijiet għadhomx validi jew le. Dawn kollha, flimkien ma' l-ipproċessar tal-kontijiet li jiġu mit-tmien 'cost centres', jagħmlu neċessarju l-użu ta' l-overtime biex jinżamm kontroll aħjar ta' l-infiq fil-parametri tal-flus ivvotati fl-Estimi Finanzjarji.
Leg 9 PQ #4560 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward l-użu ta' tliet karozzi tal-kiri mid-Dipartiment ta' l-Ambjent f'Beltissebħ li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-karozzi tal-kiri mikrija mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jiġu utilizzati biex isiru spezzjonijiet meta jkun hemm rapporti ta' każi ta' ksur tal-liġi ta' l-Ambjent u meta jkun hemm bżonn illi jsir studju fuq xi sit partikulari.
Leg 9 PQ #4561 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Indiċi tal-Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pilloli I-Caps dan l-aħħar għolew minn Lm2.19 għal Lm2.90 u jekk fl-affermattiva, jgħid għaliex din iż-żieda fil-prezz?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u Kummerċ.
Leg 9 PQ #3475 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward talba għal permess ta' bini f'art saqwija u agrikola ferm tajba magħrufa bħala Dun Lanza ġewwa Ħaż-Żabbar (PA6738/88)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma teżisti ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bir-referenza PA 6738/88. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal l-applikazzjoni PA 6738/98, din hija rigward talba għal permess ta' bini f'art viċin Dun Lanza ġewwa Ħaż Żabbar. Dan is-sit hu fl-iskema u l-applikazzjoni hija dwar internal alterations għal permess li kien maħruġ fl-1996. 18.01.99
Leg 9 PQ #3476 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Operations Manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali fi grad ta' operations manager mas-Servizz Ċivili u f'liema skala ta' pagi qegħdin? Kemm minn dawn l-uffiċjali qegħdin fi skala ogħla min oħrajn ta' l-istess grad fuq bażi personali? Jista' l-Prim Ministru jgħid meta din l-anomalija se tiġi rranġata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li mal-Gvern hemm sitt impjegati fil-grad ta' Operations Manager. Tnejn minn dawn huma fuq skala ta' salarju 7 u l-erbgħa l- oħra fi skala 6 fuq bażi personali. Dawk li qegħdin fuq skala 6 huma ex-Works Managers II li fil-qafas ta' l-eżerċizzju korrettorju tpoġġew, bħal oħrajn bħalhom li qabel kienu temporanjament fuq skala 8, fuq skala 6 iżda dan b'effett mill-1 ta' Jannar 1996. Dan l-arranġament kien approvat f'Marzu tal-1997.
Leg 9 PQ #2677 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Livell ta' ċomb

Question

Jista' l-Ministru jagħti figuri tal-livelli ta' ċomb: (i) fl-atmosfera; (ii) fil-ħobż Malti; u (ii) fil-ħamrija għas-snin li dawn huma available?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar studju fuq livelli ta' ċomb fl-atmosfera u fil-ħamrija sar fis-snin 1983 u 1984 u fil-ħobż Malti fl-1993. Dan l-istudju fuq il-livelli ta' ċomb fl-atmosfera u ħamrija kien parti minn studju nternazzjonali mniedi mill-UNEP u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Informazzjoni li ħarġet mill-istudju tindika li f'kampjuni li ttieħdu il-`mean' tal-konċentrazzjoni ta' ċomb f'mikrogrammi kull metru kubu kien hekk: i. fl-arja Area minn fejn ittieħdu l-kampjuni mean ugPb/Metru kubu ____________________________________________ ___________________ Residential/Industrial 0.17 Background 0.08 Heavy Traffic 1.17 ____________________________________________ ____________________ ii. fil-ħamrija Area minn fejn ittieħdu l-kampjuni mean ugPb/Metru kubu ____________________________________________ ______________________ Ħamrija metru 'l bogħod mix-xifer tat-triq 138 Ħamrija minn 5 sa 40 metru ' bogħod mix-xifer tat-triq 54 ______________________________________________ _____________________ iii. Minn studju ieħor li sar bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tat-Tossikoloġija tal-Fakulta' tal-Mediċina u Kirurġija ta' l-Universita' ta' Malta fuq livelli ta' ċomb fil-ħobż Malti li sar fl-1993, irriżulta li l-`mean' ta' konċentrazzjoni ta' ċomb fil-ħobż kien hekk: Ħobż Malti li nħema mean ug Pb/kg ___________________________________________ ________________________ Fi fran imħaddma bl-elettriku 281 Fi fran imħaddma b'mezzi oħra 4063 ________________________________________________ ___________________
Leg 9 PQ #2913 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi għal bini

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward talba għal permess ta' bini f'art agrikola ferm tajba magħrufa bħala Dun Lanza ġewwa Ħaż-Żabbar (PA 6643/98)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-rapport dwar l-applikazzjoni PA 6643/98 ġie ffinalizzat u ser jintbagħat lill-applikant/perit fil-ġranet li ġejjien. Ir-rapport qiegħed jirrakkomanda dan l-iżvilupp li qiegħed fil-konfini ta' żvilupp kif indikat fi skema 56 tal-Pjan Regolatur ta' l-1988. Din iż-żona hija għal 'terraced houses' b'għoli ta' żewġ sulari. 11.01.99
Leg 9 PQ #2866 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se jagħlaq ISO 9002 li jirrigwarda Aviation Section tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta? Hemm xi ħsieb li dan jerġa' jiġi mġedded? Xi tħejjijiet qed tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta biex dan ikun jista' jiġġedded? Meta hu mistenni li jsiru l-inspections li jmiss?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2829 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Test tal-HIV

Question

Jikkonsidra l-Ministru li bħala parti mill-eżami li jsir waqt il-booking visit ta' nisa tqal isir bħala rutina, s'intendi bil-kunsens ta' l-omm, it-test tal-HIV?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant illi nikkonferma li d-deċiżjoni biex isir test ta' l-HIV hija waħda personali u volontarja. Għaldaqstant m'għandiex issir pressjoni bla bżonn fuq nisa tqal biex isir it-test ta' l-HIV waqt il-booking visit.
Leg 9 PQ #2830 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' HIV

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm kienu l-każi ta' HIV matul is-snin li ttieħdet: (i) minn labar/siringi wżati; (ii) mill-omm għat-tarbija; (iii) minn transfużjoni ta' demm jew ta' prodotti tad-demm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' testijiet li rriżultaw posittivi għall-HIV mill-1985 sa llum huma 132. L-HIV mhix notifikabbli bil-liġi. Il-figuri kkwotati huma bbażati fuq riżultati ta' testijiet illi saru b'mod anonimu. Għalhekk wieħed ma jistax jeskludi l-possibilita ta' testijiet irrepetuti kif ukoll oħrajn li saru fuq persuni mhux residenti f'Malta. Il-kategorija ta' riskju assoċjat ma' dawn ir-riżultati huwa kif jidher fil-lista annessa u li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta. KATEGORIJA TA' TRAŻMISSJONI ASSOĊJATA MA' TESTIJIET TA' L-HIV Malta (1985 - 1998) SENA TA' TEST OMOSESSWALI UŻU TA' DROGA OMOSESSWALI TA' L-HIV FIL-VINA U UŻU TA' DROGA FIL-VINA ---------------------------------------- -------------------- 1985 3 - - 1986 2 1 - 1987 - 1 - 1988 1 - 1 1989 4 - - 1990 3 1 - 1991 9 3 - 1992 1 - - 1993 7 - - 1994 1 - - 1995 2 - - 1996 3 - - 1997 4 1 1 1998 4 - - Mhux 10 1 - magħruf -------------------------------------------------- ------ TOTALI 54 8 2 -------------------------------------------------- ------ SENA TA'TEST HAEMOPHILIA U TRASFUŻŻJONI KUNTATT MILL- TA' L-HIV PROBLEMI FIL- TA' DEMM ETERO- OMMM KOAGULAZZJONI SESSWALI GħAT- TAD-DEMM TARBIJA ----------------------------------------- ------------------- 1985 9 - - - 1986 8 1 - - 1987 1 - 2 - 1988 1 - 3 - 1989 1 - - - 1990 - - 3 - 1991 - 1 - - 1992 - - 1 - 1993 - 1 - - 1994 - - 1 1 1995 - - 2 - 1996 - - - - 1997 - - 2 - 1998 - 1 2 - Mhux 1 - 1 - Magħruf -------------------------------------------------- ------- TOTALI 21 4 17 1 -------------------------------------------------- ------- SENA TA'TEST MHUX TA' L-HIV MAGħRUF -------------------------- 1985 1 1986 1 1987 1 1988 4 1989 2 1990 1 1991 2 1992 1 1993 - 1994 1 1995 1 1996 1 1997 - 1998 - Mhux 9 Magħruf ------------------------ TOTALI 25 ------------------------
Leg 9 PQ #2677 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Livell ta' ċomb

Question

Jista' l-Ministru jagħti figuri tal-livelli ta' ċomb: (i) fl-atmosfera; (ii) fil-ħobż Malti; u (ii) fil-ħamrija għas-snin li dawn huma available?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Risposta finali tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2678 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Vittoriosa/Senglea Creeks

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex ikun imħares il-qiegħ il-baħar u xi relikwi li jista' jkun fih ġewwa Vittoriosa u Senglea Creeks fejn hu maħsub li jsir il-Proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fid-diskussjonijiet li qegħdin isiru mal-konsorzja għall-iżvilupp ta' l-area in kwestjoni qiegħed ikun enfasizzat il-punt li għalih qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant biex jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ir-relikwi li jista' jkun hemm fil-qiegħ tal-baħar jiġu mħarsa.
Leg 9 PQ #2679 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward in-numru ta' studenti fl-Universita' ta' Malta bħalissa ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Żabbar, Żejtun, Marsascala, Cosipicua, Senglea, Vittoriosa, Kalkara, Fgura u Xgħajra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fl-Universita' li bħalissa ġejjin minn Ħaż-Żabbar, Żejtun, M'Scala, Cospicua, Senglea, Vittoriosa, Kalkara, Fgura huma: Ħaż-Żabbar 198 Żejtun 141 M'Scala 121 Cospicua 51 Senglea 25 Vittoriosa 28 Kalkara 21 Fgura 241
Leg 9 PQ #2680 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

WHO — Tipip

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar f'liema pożizzjoni tinsab Malta fil-lista ta' pajjiżi skond il-World Health Organisation (WHO) rigward it-tipjip in ġenerali fin-nisa u fl-irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Siltiet mill-aħħar informazzjoni mibgħuta mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #2685 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi u jinvestiga għaliex xufier fuq ir-rotta ta' Ġebel San Martin (Żejtun) qed iħalli tfal taħt il-11-il sena 'l bogħod ħafna (Bir id-Deheb) minflok ma jwassalhom fil-post fejn joqogħdu kif suppost? X'passi ttieħdu mill-kumitat li jilqa' tali lment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uffiċjal inkarigat mit-Trasport għat-tfal ta' l-iskola, qed imur fuq il-post imsemmi biex jivverifika dan l-ilment. Jittieħdu l-passi meħtieġa skond il-każ.