Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward l-immaniġġjar ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin fl-ewwel sena ta' Gvern Nazzjonalista?
Jirriżultalu li tnaqqsu jew żdiedu l-ilmenti fuq l-impjant?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ecopod system hijiex vijabbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul din is-sena ġie proċessat l-akbar ammont ta' skart fl-Impjant ta' Sant'Antnin u ma jirriżultax li żdiedu l-ilmenti.
Is-sistema Eco-Pod composting tinvolvi ċerta spejjeż biex il-materjal organiku jitpoġġa ġol-boroż u wara jittieħed fil-post biex jitkompla l-proċess. L-akbar problema ta' din is-sistema hija l-ispazju meħtieġ biex il-kwantita' tal-materjal organiku tiżdied għal-livelli meħtieġa. Biex jiġi determinat jekk din is-sistema hijiex l-aktar waħda vijabli, il-Gvern se janalizza s-sistemi ta' composting li jiġu offruti wara li jiġi pubblikat il-pjan ta' l-istrateġija ta' l-iskart.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-proċedura fil-preżent: (i) sabiex pazjent ikun jista' jakkwista kopja ta' X-Ray (anke jekk bi ħlas) li jkun ħa fl-isptar; (ii) kemm iddum din il-proċedura u jekk il-Ministru jidhirlux li hi biżżejjed customer friendly; u (iii) x'inhi l-policy attwali rigward ħruġ ta' X-Ray minn stpar tal-gvern għall-klinika privata/konsulenti privati/sptarijiet privati?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu l-linji gwida rigward areas li jistgħu jintużaw minn industriji żgħar (mechanics, sprayers, mastrudaxxi, eċċ) fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex biex jitnaqqas l-inkonvenjent għal ġirien f'areas residenzjali?
Response (BORG, TONIO)
II-linja gwida rigward 'areas' li jistgħu jintużaw minn l-industriji żgħar (mechanics, sprayers, mastrudaxxi, eċċ) fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex, iridu jieħdu ħsieb li :
1. jiġi stabbilit il-kobor tal-problema fiż-żoni urbani;
2. jiġi identifikat kemm hemm art fiż-żoni ndustrijali presenti jew maġenbhom li tista` tintuża għal dan l-iskop;
3. jiġu identifikati liema ndustriji eżistenti jibqgħu fejn huma u fl-istess ħin jitnaqqas l-impatt ambjentali b'mezzi ġodda ta' teknoloija;
4. jiġu identifikati barrieri li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop;
5. jiġu identifikati żoni ġewwa ż-żona ta' l-iżvilupp li ma jkollhomx impatt negattiv fuq żoni residenzjali tal-viċin;
6. jiġu identifikati żoni barra miż-żona ta' l-iżvilupp li jkunu viċin il-lokal u li ma jkollhomx impatt negattiv.
11.10.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni tal-miżuri li laħqu ttieħdu minn Gvern Laburista, kif jirriżulta minn files tal-gvern, rigward ħaddiema mal-gvern on light duties?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel din il-Mistoqsija lill-Prim Ministru.
Peress li s-Segretarju Parlamentari qal li l-pjanijiet lokali se jsiru qabel iż-żmien stipulat, jista' l-Ministru jagħti iktar dettalji ta' l-iskeda meta hu maħsub li jitlestew dawn il-pjanijiet, li żgur huma ta' interess għal poplu kollu?
Response (BORG, TONIO)
Il-Pjani Lokali tat-Tramuntana u dak tal-Majjistral huma l-iktar avvanzati u hu maħsub li jitħabbru għall-konsultazzjoni pubblika kmieni s-sena d-dieħla.
L-ewwel abbozz tal-pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna huwa maħsub li jitressaq quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għal nofs is-sena d-dieħla.
Huwa stmat ukoll li l-ewwel abbozz tal-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta' Malta ikun mhejji sa l-aħħar tas-sena d-dieħla u dak taż-Żona Ċentrali ta' Malta ikunu mħejjija sa l-bidu tas-sena 2001.
11.10.99
Jista'l-Ministru jagħti informazzjoni tal-proċedura li tittieħed biex persuna tinqala' mir-reġistrazzjoni ma' l-Uffiċċju tal-VAT? Partikolarment kemm iddum din il-proċedura bħala medja?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sabiex ir-reġistrazzjoni ta` persuna tiġi mħassra, dik il-persuna għandha tapplika formalment fuq formola apposta.
Wara li jirċievi applikazzjoni bħal din, id-Dipartiment jagħmel il-verifiki meħtieġa tal-kontijiet tat-taxxa tal-persuna ikkonċernata biex jara jkunx hemm xi ammont ta` taxxa dovuta jew xi pendenzi oħra skond il-liġi.
Fejn jinstab li taxxa dovuta jew pendenzi oħra, l-applikazzjoni tiġi proċessata fl-inqas żmien possibli. Fejn jinstab li jkun hemm taxxa dovuta jew pendenzi oħra, d-Dipartiment ma jkunx jista` jipproċessa l-applikazzjoni sa` l-aħħar qabel dik it-taxxa titħallas jew il-pendenzi jitneħħew. F`dan il-każ ikun hemm bżonn il-koperazzjoni sħiħa tal-persuna reġistrata sabiex l-applikazzjoni tiġi proċessata sa` l-aħħar mingħajr dewmien.
Għaldaqstant it-tul ta` żmien li tieħu l-proċedura sabiex ir-reġistrazzjoni ta` persuna tiġi mħassra jiddependi ħafna fuq kemm il-persuna kkonċernata tikkonferma ruħha malajr mal-liġi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk tistax issir lampa fuq il-breakwater ta' barra fi Triq is-Salina ġewwa Wied il-Għajn? Jista' jgħid jekk tistax issir lampa fuq is-slipway il-kbira ta' quddiem il-Knisja, ġewwa St George's Street, Wied il-Għajn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ż-żewġ ttalbiet magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinxtegħlu l-poles bil-brazzi li hemm quddiem il-Knisja ta' Wied il-Għajn, meta dawn ilhom ma jinxtegħlu xi ħames snin?
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni rigward meta se ssir il-fair way ġol-bajja ta' Wied il-Għajn u meta se ssir l-organizzazzjoni tad-dgħajjes ġol-bajja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima qegħda f`diskusjonijiet ma` l-Għaqda tal-Baħħara u Sajjieda tal-lokal sabiex tara kif jista` jitkompla l-proċess għall-implimentazzjoni ta` dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se jsiru l-connections mal-main prinċipali biex residenti fi triq ġdida fi Triq Bugħarbiel, Żejtun jingħataw is-servizz essenzjali ta' l-ilma, peress li ilhom li nbnew 'il fuq minn sitt snin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mir-rekords tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jidher li ma hemmx talbiet għal servizzi ta' ilma fit-triq imsemmija. Jekk l-Onorevoli Interpellant jaf b'xi residenti li għandhom din il-problema, dawn għandhom jirrapurtaw u l-Korporazzjoni tkun tista' tagħmel il-preparamenti meħtieġa biex jekk ikun hemm bżonn isir il-main.
Jaf il-Ministru li minkejja numru ta' avviżi mill-Enemalta, għad fadal fis-suq bejħ ta' regolaturi taċ-ċilindri tal-gass li mhumiex skond l-istandards meħtieġa?
X'passi qed jittieħdu biex dan l-abbuż jinqata' darba għal dejjem?
Response (BONNICI, JOSEF)
Madwar sena ilu, l-Korporazzjoni Enemalta illiberalizzat l-importazzjoni tar-regolaturi tal-gass. Bħala kontroll għas-sigurta' u l-kwalita' ta' dawn ir-regolaturi, l-importaturi għandhom jippreżentaw kampjuni u letteratura sabiex tkun tista' tiġi approvata l-liċenzja ta' importazzjoni relattiva.
Jekk hawn xi regolaturi tal-gass li mhumiex skond l-istandards meħtieġa, dawn ma ġewx importati bil-permess tal-Korporazzjoni. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti l-informazzjoni dwar dan lill-Korporazzjoni Enemalta biex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' nies bla xogħol li qed jirreġistraw għax-xogħol għal kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
23.7.99
Jista' l-Ministru jara li tinfetaħ parti minn Triq Redeemer, f'Ħaż-Żabbar liema parti hi ta' periklu għat-traffiku u iktar għal pedestrians barra li qed iċċaħħad l-użu ta' garaxx, proprju f'kantuniera ma' Triq it-Tut?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6285 li tirrigwardja n-numru ta' nies li ġew ingaġġati bħala crane operators u security mal-Freeport bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 u mill-5/9/98 sal-lum - lokalita b'lokalita'?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, jiġifieri matul l-aħħar Amministrazzjoni Laburista, ġew impjegati 51 equipment operator mal-Malta Freeport.
Bejn is-6 ta' Settembru 1998 u d-29 ta' April 1999, ġew impjegati 11-il security controller u equipment operator wieħed.
Dawn l-impjegati ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
Attard 2, Buġibba 1, B'Bugia 4, Dingli 1,
Gżira 1, Ħamrun 1, Luqa 1, Marsascala 2,
Mtarfa 1, Msida 1, Mqabba 1, Naxxar 2,
Paola 2, Qormi 15, Qrendi 3, Rabat 1,
Sliema 1, Siġġiewi 2, Tarxien 1, Valletta 6,
Xgħajra 2, Żebbuġ 10, Żejtun 1, Żabbar 1.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi saret parti biss min Triq Fossa tal-Qamħ fiż-Żejtun u ma saritx kollha, u fil-każ meta se ssir il-kumplament ta' din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mhux qed isir mid-Dipartiment tat-Toroq.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward in-numru u l-isem ta' l-għaqdiet sportivi u kulturali li applikaw biex jingħataw premises aħjar u li jkunu tagħhom fit-Tielet Distrett Elettorali (Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm erba' għaqdiet sportivi u kulturali fit-Tielet Distrett li talbu sabiex jamministraw il-faċilitajiet tal-postijiet tal-clubs rispettivi tagħhom. Dawn huma:
* M'Scala Girl Guides
* Żabbar Boċċi Club
* Xgħajra Boċċi Club
* Żejtun Boċċi Club
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se ssir il-pelikan crossing fil-bypass ta' Wied il-Għajn li hija triq arterjali fejn din tiltaqa' ma' Triq San Ġużepp jew fil-viċinanzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel xogħol neċessarju sabiex isir `survey` u pjanti biex issir il-`Pelican Crossing`.