Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12653 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq Ħadd in-Nies - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' l-ilma fi Triq Ħadd in-Nies, f'Ħaż-Żabbar, peress li dawn ir-residenti ilhom jistennew servizz kif inhu xieraq u suppost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed taghmel dak kollu possibbli biex ir-residenti ta` Triq Hadd in-Nies, f`Haz-Zabbar jigu pprovduti bis-servizz ta` l-ilma kemm jista` jkun malajr.

Occupational Health Unit — Inspectors

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex, minkejja li tliet inspectors fl-Occupational Health Unit ħadu d-diploma (Occupational Health and Safety) fit-8 ta' Ottubru, 1999, dawn għadhom fl-istatus ta' trainees? Jidhirlu l-Ministru li din hija inġustizzja ma' dawn il-ħaddiema li fosthom hemm min qed jagħmel xogħol ta' inspector pero' jitħallas ta' trainee?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-"Trainee Inspectors (Health and Safety) li temmew b'suċċess il-kors li jwassal għad-"Diploma in Social Science (Occupational Health and Safety) li kienu daħlu f'kuntratt mal-Gvern għandhom jinħatru Spetturi (Saħħa u Sigurta') fuq bażi regolari b'effett retrottiv mid-data tal-ksib tad-Diploma.

Żabbar — Triq Lia - Xogħlijiet

Question

Peress li xogħol li qed isir f'Lia Street, Żabbar, ħoloq problemi f'toroq oħra, l-iżjed peress li żied l-għargħar fi Triq l-Iskola, jista' l-Ministru jgħid: (i) meta se jkun lest ix-xogħol f'Lia Street; (ii) x'qed isir biex l-għargħar fi Triq l-Iskola, Qalb Imqaddsa, Santwarju (part ta' isfel) u Triq Wied il-Għajn, tittaffa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jistudja aktar il-problema ta` l-ilma f`dawn iż-żoni u flimkien mal-Kunsill Lokali wieħed jara x`l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #12427 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baħrija — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslet talba għad-dawl f'razzett limiti tal-Baħrija li saret mill-applkant li isimha qed jingħata separatament, imma wkoll li saret xi ħaġa pubblika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ghad-dawl f`razzett fil-limiti tal-Bahrija hija wahda antika hafna. L-istima li kienet saret dak iz-zmien qatt ma giet imhallsa u ghalhekk ma kien sar l-ebda xoghol u sussegwentement l-applikazzjoni kienet giet kancellata. Ma jirrizultax li l-applikant inniffsu rega` ghamel xi applikazzjoni gdida biex din tkun tista`

Zabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru jew jagħti almenu xi indikazzjoni, dawn it-toroq arterjali jew li qatt ma raw wiċċ f'Ħaż-Żabbar: (i) Girdle Road (minn Labour Road sa Vjal Cottoner, Fgura); (ii) toroq li qatt ma raw surfacing, Triq Ġużeppi Micallef, Triq l-Għasel, Triq Nikola Cottoner, Misraħ Alofju Wignacourt u Triq Bieb is-Sultan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara diskussjonijiet li kien hemm mal-Kunsilli Lokali saru testijiet fil-`Girdle Road` biex jiġi stabbilit x`tip ta` xogħol hemm bżonn li jsir. Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha w x-xogħol fil-Lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #12429 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Girdle Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex titneħħa l-kruha u l-periklu għas-saħħa pubblika minn miżbla estensiva f'Girdle Road, Ħaż-Żabbar? Jidhirlu l-Ministru li meta jkun hemm problema bħalma qed isir dan il-post mhix biss kwestjoni u materja ta' kunsill lokali wieħed u li l-intervent tal-Gvern Ċentrali huwa f'waqtu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onorevoli Interpellant kien riferut lill-Unit għal Ambjent Aħjar li twaqqaf apposta fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.

Fgura — Zabbar Road - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward meta u kif se jsir ix-xogħol fuq Żabbar Road (mit-Tip Top sal-Mina ta' Hompesch - Żabbar) ġewwa l-Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f`Zabbar Road ser isir taħt `Design and Build Contract`. Għalhekk peress li t-`tenders` li ntefgħu għal dan il-kuntratt għadhom fi stadju ta` aġġudikazzjoni, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tistax tingħata għalissa.

Triq iċ-Ċawsli — Xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq iċ-Ċawsli (bejn il-Mina ta' Hompesch u l-mitħna roundabout lejn it-triq taż-Żejtun) tegħreq ma' kull ħalba xita, u x'se jsir biex tissolva l-problema f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li problemi bħal dawk imsemmija mill-Onor. Interpellant qed jiġu mistħarġa mid-Dipartiment tat-Toroq biex ikunu jistgħu jsiru `culverts` li jlaħqu ma` l-ammont ta` ilma tax-xita li jinġabar f`dawn il-lokalitajiet.
Leg 9 PQ #9842 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinxtegħlu l-poles bil-brazzi li hemm quddiem il-Knisja ta' Wied il-Għajn, meta dawn ilhom ma jinxtegħlu xi ħames snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq l-arbli msemmija saret u fil-fatt dawn inxtegħlu fl-4 ta' Ottubru.

Wied il-Għajn — Triq il-Menħir - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Menħir, ġewwa Wied il-Għajn, minħabba li hi ta' periklu u inkonvenjent għall-pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta` Marsaskala diġa ħa passi biex ix-xogħol f`din it-triq jiddaħħal mal-lista tal-`priorities` tat-toroq li qed jitranġaw bħala parti mill-proġett ta` `South Embellishment` u għalhekk din ser isir skond il-prijoritajiet ta` dan il-proġett.
Leg 9 PQ #11389 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' dan il-Gvern rigward numru ta' trasferimenti politiċi li saru fi żmien Gvern Laburista (1996 - 1998)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant tikkonċerna l-'policy' tal-gvern, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #11390 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm sar użu mis-servizzi tal-IPSE minn mindu ġiet imwaqqfa? X'qed isir biex ikun hemm tagħrif lil dawk li potenzjalment jistgħu jagħmlu użu mis-servizz li tagħti l-IPSE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa l-10 ta` Novembru, 1999, l-IPSE ikkuntatjat 1481 kumpanija li minnhom 315 gew irregistrati maghha. Saru laqghat ma` 201 kumpanija fejn gew diskussi l-programmi ta` l-IPSE u l-bzonnijiet individwali ta` kull intrapriza. F`147 kaz saret aktar minn laqgha wahda bhala follow up. L-IPSE hija nfurmata li hemm 66 pjan ta` ristrutturar (business plan) li l-klijenti qed jippreparaw skond il-guidelines suggeriti minnha. L-IPSE qed tiddiskuti hames `draft restructuring plans` mal-klijenti koncernati. L-IPSE qed tahdem fuq pjan ta` komunikazzjoni biex l-intraprizi li potenzjalment jistghu jaghmlu uzu mis-servizzi li toffri jkunu nfurmati dwar dan. Dan il-pjan jinkludi: 1. kuntatt permezz tat-telefon ma` klijenti li mhumiex irregistrati maghha biex dawn jigu mhajra jirregistraw. 2. pubblikazzjoni ta` newsletter, organizzazzjoni ta` seminars dwar `business planning`, laqghat individwali u laqghat ta` follow-up mal-klijenti biex ikunu nfurmati bl-attivitajiet u l-ghajnuna li tista` toffrilhom. 3. laqghat ma` istituzzjonijiet bhall-MDC, il-METCO, l-banek u ohrajn dwar ix-xoghol ta` l-IPSE. 4. xoghol fuq pjan ta` relazzjonijiet pubblici u centru ta` rizorsi biex jaqdi l-bzonn individwali tal-klijenti.
Leg 9 PQ #11391 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid - Manpower needs

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-manpower needs għall-isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-ħtiġijiet ta` riżorsi umani għall-Isptar il-Ġdid f'tal-Qroqq jiġu determinati wara illi l-Commissioning Teams jiddeterminaw il-protokolli dettaljati ta` kif jitħaddem l-isptar il-ġdid. Matul is-sena d-dieħla d-Diviżjoni tas-Saħħa ser tkun qiegħda taħdem fuq pjan komprensiv ta` l-ħtiġijiet għas-snin 2001-2004 u b'hekk ikun jinkludi fih il-ħtiġijiet ta` riżorsi umani għall-isptar il-ġdid.
Leg 9 PQ #10907 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Impressed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern rigward dawk il-ħaddiema li huma impressed mal-Gvern peress li dan il-qasam kien jikkostitwixxi wegħda fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalita?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt fl-istess rigward għall-mistoqsija numru 9699 f'seduta numru 152 ta' nhar il-11 ta' Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #10143 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — X-Rays

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-proċedura fil-preżent: (i) sabiex pazjent ikun jista' jakkwista kopja ta' X-Ray (anke jekk bi ħlas) li jkun ħa fl-isptar; (ii) kemm iddum din il-proċedura u jekk il-Ministru jidhirlux li hi biżżejjed customer friendly; u (iii) x'inhi l-policy attwali rigward ħruġ ta' X-Ray minn stpar tal-gvern għall-klinika privata/konsulenti privati/sptarijiet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

(i) L-ebda film ta' l-X-ray ma jista jittieħed barra minn St. Luke's għal sptarijiet jew clinics privati. (ii) L-ikkupjar tar-rapporti għal pazjenti jieħu 24 siegħa. (iii) L-ikkupjar ta' l-X-Rays isir biss għal dawk il-pazjenti li jkunu sa jintbagħtu barra minn Malta, mill-gvern għal investigazzjonijiet, kura jew għal skop ta' tagħlim. Ma jsirx ikkupjar ieħor. Il-pazjenti huma offruti kopja tar-rapport ta' l-X-rays. Din hija informazzjoni li għandu bżonn it-tabib li jirreferi lill-pazjent.

Impjiegi — Casual clerks

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun il-futur ta' numru ta' casual clerks li ilhom numru konsiderevoli ta' snin jagħmlu xogħolhom għas-sodisfazzjoni tas-servizz ġenerali? Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti minn dawn l-impjegati partikolarment minħabba l-fatt li l-ingaġġ ta' numru ta' segretarji riċenti qed jinħass minnhom ta'theddida diretta għal dawn l-impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma kellix ilmenti kmill-impjegati kif imsemmi mill-Onor. Membru. Naturalment, l-eżiġenzi tas-servizz jiddetermina kull deċiżjoni li tista' tittieħed f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #10890 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Triq San Franġisk - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni għaliex is-sistema tad-drenaġġ fi Triq San Franġisk ġewwa Wied il-Għajn għadha ma saritx, minkejja li ilha snin ippjanata u mfassla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan il-main ma sarx għaliex hemm razzett f'nofs it-triq u sabiex jitqabbad il-main irridu ngħaddu minn ġo nofs din il-propjeta' li għadha ma waqgħetx għand il-Gvern.

Kunsilli Lokali — Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward fiex waslet l-investigazzjoni u jekk jirriżulta x'kien l-eżitu, dwar rapport li żewġ bankijiet pubbliċi proprjeta' tal-Kunsilli Lokali, Żejtun ġew irrapportati nieqsa mill-pjazza ta' biswit il-knisja?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxi skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #10613 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Valletta - Wires tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward x'ġara mill-fondi (ta' flus) li kellhom jintużaw sabiex jitneħħew il-wires tal-linji telefoniċi li jinsabu jkerrħu l-Belt Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jien infurmat li l-Maltacom p.l.c. ilha mill-ewwel tas-sena tfassal pjani oħra biex timplimenta l-proġett tat-tneħħija ta' wires mill-Belt Valletta. Bl-avvanzi fit-teknoloġija li seħħew f'dawn l-aħħar snin,bis-sistema ta' Wireless Local Loop l-proġett tal-Belt Valletta jista' jitlesta fi żmien iqsar mingħajr ma jinqalgħu t-toroq kollha tal-lokalita u b'inqas flus, anke jekk wieħed jikkunsidra l-fondi li kienu ser jingħataw mill-UE. Sfortunatament il-fondi spiċċaw biex ma setgħux jiġu allokati għall-użu ieħor u b'hekk intilfu mħabba id-dewmien biex l-Maltacom tieħu deċiżjoni, speċjalment fl-1991 u 1998. Dan id-dewmien wassal għal dan r-riżultat xejn sabiħ u li jagħmel ħsara kbira lil Malta meta tiġi biex titlob għajnuna finanzjarja mill-UE. Il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi talab li jsir rapport għal x'wassal għal dan ir-riżultat xejn sodisfaċenti.
Leg 9 PQ #10378 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi — Ħaddiema on light duties

Question

Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10214 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru, ċioe' jista' jagħti informazzjoni tal-miżuri li laħqu ttieħdu minn Gvern Laburista, kif jirriżulta minn files tal-gvern, rigward ħaddiema mal-gvern on light duties?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fl-14 ta' Novembru 1997, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ġew avżati li ma kellhomx jaċċettaw aktar ċertifikati ġodda għal light duties ħlief f'każijiet ġenwini ta' korriment fuq ix-xogħol, u biex il-Bordijiet Mediċi tal-Gvern ikunu konxji ta' din id-deċiżjoni u konformi magħha. Fl-4 ta' Diċembru 1997 permezz ta' ċirkolari tal-MPO Numru 70/97 kien tħabbar li m'għandhomx jiġu aċċettati ċertifikati ġodda għal light duties ħlief f'dawk il-każijiet ġenwini meta ħaddiem ikun weġġa fuq il-post tax-xogħol. Din iċ-ċirkolari qalet ukoll li kienet l-intenzjoni tal-Gvern li kull impjegat li kien diġa qiegħed fuq light duties jiġi offrut il-possibilita jew li jerġa jibda jagħmel ix-xogħol normali u sħiħ tiegħu jew inkella li jirtira mis-Servizz, b'kundizzjonijiet li kienu għadhom qed jigu mfassla u diskussi ma l-Unions. Din iċ-ċirkolari kienet semmiet illi għandu jsir eżerċizzju biex jiġi stabbilit in-numru u r-raġunijiet għaliex qegħdin fuq light duties. Dan l-eżerċizzju kien sar u minnu rriżulta li kien hemm 599 impjegat fuq light duties fil-kategoriji li jidhru fit-tabella hawn taħt: 39 minħabba korriment fuq il-post tax-xogħol 224 minħabba disabilit 185 minħabba ċertifikat mediku 105 minħabba rakkomandazzjoni ta' Bord Mediku 46 fuq talba personali 599 Ninsab infurmat ukoll li fuq l-informazzjoni miġbura kienu saru numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar x'miżuri kellhom jittieħdu rigward it-336 impjegat li jaqgħu taħt l-aħħar tlett kategoriji ta' impjegati fuq light duties. L-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri kienet miżmuma.