Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żejtun — Triq is-Suq - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq is-Suq (kontinwazzjoni ma' Triq Serafin Xuereb) ġewwa ż-Żejtun peress li bilkemm wieħed jista' jgħaddi, speċjalment meta tagħmel ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mall-Kunsill Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #13592 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet it-tweġiba għal domanda ta' tobba li jaħdmu fil-privat, pero' jistgħu jagħmlu xogħol part-time fil-health centres, sabiex tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' tobba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent in-numru ta` tobba li jaħdmu fil-privat u qed jaħdmu xogħol part-time fiċ-Ċentri tas-Saħħa huma tmienja.
Leg 9 PQ #13593 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Acquis communautaire — Biedja u sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jkun ippubblikat il-pjan nazzjonali ta' l-adozzjoni ta' l-acquis communautaire fir-rigward tal-qasam tal-biedja u s-sajd?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-pjan nazzjonali ta` l-adozzjoni ta` l-acquis huwa dokument li jittratta b`mod globali l-aspetti kollha kkonċernati ta` l-acquis communitaire ta` l-Unjoni Ewropeja, inklużi l-oqsma tal-biedja u s-sajd. Bħalissa hemm abbozz ta` dan il- pjan li ġie mfassal permezz ta` kontribuzzjoni mill-Ministeri kollha tal-Gvern. Jien infurmat illi dan jiġi ffinalizzat wara li jsir il-proċess ta` l-istudji u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha kkonċernati.

Toroq — Tiswijiet

Question

Jista'l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema toroq (i) ġew approvati biex isiru; (ii) qegħdin fi prijorita' ewlenija li jsiru; (iii) qegħdin fi prijorita' II biex isiru ġewwa l-lokalita' ta': (a) Żabbar; (b) Żejtun; u (c) Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferik għal risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 13445.
Leg 9 PQ #13613 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Promenade - Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kif u b'liema mod se ssir ir-riabilitazzjoni tal-kumplament tal-promenade fil-bajja ta' Wied il-Għajn, il-parti ta' l-iskal? Jista' jinforma partikolarmanet dwar x'se jsir mid-dgħajjes li hemm bħalissa sakemm isir ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' embellishment li mistenni jsir ikopri mill-pitch tal-Marsascala Sports Club sa Pjazza Dun Tarcis. Il-bankina mill-waterpolo pitch sa Triq San Ġużepp ser titwessa b'sistema ta' "cantilever". Dan ix-xogħol mistenni jibda hekk kif joħroġ il-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar (għall-applikazzjoni emendata). Ix-xogħol fejn hemm l-iskal ser jibda fil-bidu ta' Frar wara li tneħħew id-dgħajjes biex ix-xogħol ikun jista' jibda. Dan ix-xogħol jikkonsisti f'pavimentar ġdid fi Triq San Ġorġ, bankini ġodda u f'kostruzzjoni ta' pjattaforma ikbar minn dik eżistenti għad-dgħajjes. Parti mill-iskop ta' dan il-proġett hu li d-dgħajjes kollha jkunu miġbura f'post wieħed. Ta' min jgħid li din l-area għandha tkun għat-tiswija tad-dgħajjes u mhux post fejn wieħed iħalli d-dgħajsa tiegħu sajf u xitwa. Hija r-responsabbilta' ta' min għandu d-dgħajjes biex jieħu ħsieb fejn ser ipoġġi d-dgħajsa sakemm isir ix-xogħol.
Leg 9 PQ #13618 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Forti Sant'Anġlu - Telephone

Question

Jista' l-Ministru jara hux possibbli li f'Forti Sant'Anġlu fil-Birgu jkun hemm faċilita' ta' telephone għall-watchman u anke faċilitajiet sanitarji adegwati peress li dawn huma ineżistenti u huma bżonnjużi anke għat-turisti li jżuru l-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għall-Ambjent m'għandux watchman fil-Forti Sant'Anġlu. Nipproponi lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru responsabbli mit-Turiżmu.
Leg 9 PQ #13492 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Servizz Ċivili — Tobba impjegati f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tobba fl-impieg mal-gvern, dixxiplina b'dixxiplina fis-servizz tas-saħħa f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hemm 13-il konsulent, 2 reġistraturi u 10 tobba li huma assenjati fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dawn huma mqassmin, dixxiplina b'dixxiplina, kif hu skedat hawn taħt: Dixxiplina Numru ta' Konsulenti / Reġistraturi Numru ta' Tobba Mediċina 2 konsulenti 2 reġistraturi 2 Kirurġija 2 konsulenti 2 Anestesija 2 konsulenti xejn Ġinekoloġija 2 konsulenti 1 Ortopedija konsulent 1 Patoloġija konsulent xejn Radjoloġija konsulent xejn Emerġenza xejn 2 Donazzjoni tad- demm / Ġerjatrija xejn 1 Pedjatrija konsule nt xejn Oftalmoloġija konsulent 1 It-tobba li għalihom għamilt referenza fuq huma assenjati fil-post tagħhom fuq bażi ta' rotazzjoni ta' tliet xhur. Tlieta minn dawn it-tobba qegħdin fil-preżent fuq leave bla ħlas minħabba studju filwaqt li tnejn oħra qegħdin fuq frank speċjali għall-ġenituri. Apparti dawn, hemm ukoll 9 tobba oħra assenjati fiċ-Ċentru tas-Saħħa f'Għawdex. Fil-preżent waħda minn dawn it-tobba hija fuq 'maternity leave' filwaqt li ieħor jinsab fuq 'sick leave' fit-tul.

Żejtun — Sleeping Policemen

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta, kemm u minn min intalbu sleeping policemen fi Triq San Klement ġewwa ż-Żejtun?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma għandu ebda `record` ta` xi talba biex isiru `sleeping policemen` fi Triq San Klement ġewwa iż-Żejtun.
Leg 9 PQ #13494 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulent fl-Oftalmoloġija

Question

Peress li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal konsulent fl-oftalmoloġija ġewwa Għawdex fl-1998 tista' l-Ministru tgħid x'ġara s'issa u tagħti spjega għal dan id-dewmien biex timtela' din il-kariga?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sejħa għal konsulent fl-oftalmoloġija f'Għawdex bħalissa waslet fl-istadju fejn il-kriterji kif proposti mill-Board tal-Għażla qegħdin jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Malli dawn il-kriterji jiġu approvati mill-Kummissjoni, il-Board ikun jista' jkompli bl-intervisti. B'xorti ħażina d-dewmien kien kawżat minħabba l-mard taċ-Chairman tal-Board u l-ħatra ta' Chairman ġdid minfloku, proċess li jieħu xi ftit fit-tul.
Leg 9 PQ #13495 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Oftalmija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun jista' jintuża l-apparat magħruf bħala Digital Fundal Fluorescein Angiogram fid-dipartiment ta' l-oftalmija fl-Isptar San Luqa, liema apparat hu tant meħtieġ għal dijanjosi dejjem iktar aħjar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #13496 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Immigration Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' ingaġġ ta' Immigration Officers?

Response (BORG, TONIO)

M`għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11894 f`Seduta 201.
Leg 9 PQ #13497 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-Dipartiment fil-long term rigward il-metodu ta' tindif fil-Health Centres tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent hemm żewġ Health Centres li jitnaddfu mill-kuntrattur u ieħor ser jingħata lill-kuntrattur fi żmien qasir. Iċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħra huma imnaddfa mill-impjegati tad-Dipartiment. Il-policy hija flessibli u tiġi addottata skond iċ-ċirkostanzi tal-mument.

Wied il-Għajn — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta u liema toroq se jingħataw wiċċ ġdid ġo Wied il-Għajn skond l-iskeda tad-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Diġa ħarġu sejħiet għall-offerti biex jiġu asfaltati Triq Mintba, Triq il-Menħir. Numru ta` toroq oħra ser jpoħorġu l-offerti għalihom fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #13402 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Uffiċjal

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12994, jaf il-Ministru li n-numri fi triq imsemmija (Santa Tereża, Ħaż-Żabbar) ġew mibdula riċentement u l-uffiċjal ta' l-awtorita' kellu n-numru tal-bieb (41) li issa għadda għand il-familja Burnell milquta? Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni għamlet il-pulizija f'dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija jirriżulta li n-numru tal-bieb ta` fejn seħħ l-att vandalu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, sa ftit taż-żmien ilu kien jappartjeni għar-residenza ta` uffiċjal ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Għalkemm wieħed jista` jispekula x`seta ġara, m`hemm xejn li jikkonferma dan, u l-Pulizija għadha sejra bl-investigazzjonijiet tagħha.
Leg 9 PQ #13403 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Latin/Grieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jikkonsidrax li jerġgħu jiddaħħlu s-suġġetti klassiċi fil-livell sekondarju, bħalma huma l-latin u l-grieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #13404 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu miexi x-xogħol ta' embellishment fin-naħa tax-xlokk u ta' isfel ta' Malta, partikolarment dak ta' Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #13405 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Ibħra territorjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward l-ibħra territorjali, is-sajd u d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif jaf l-Onor. siehbi bħalissa qed jiġi ppreparat il-pjan Nazzjonali ta' l-addozzjoni ta' l-Acquis Communitaire. Għaldaqstant dettalji dwar is-suġġett tal-mistoqsija jkunu ippublikati meta jiġi ppublikat dan il-pjan.
Leg 9 PQ #13406 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Latrini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinfetħu l-latrini li jagħmlu parti mill-embellishment f'Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

ETC — Ftehim mal-Kumpannija Irlandiża FAS

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni, ftehim jew ħidma se ssir bejn l-ETC u l-kumpannija Irlandiża FAS?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Employment & Training Authority tal-Irlanda (FAS) permezz tal-kumpanija ta' konsulenza tagħha FAS International Consulting Ltd., se tgħin lill-ETC biex tagħmel Operations Review tal-operat tagħha u tassisti biex jitfassal Business Plan għal tlett snin.
Leg 9 PQ #13299 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jew kif se jkunu affettwati l-bdiewa part-time meta Malta ssir membru sħiħ fl-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-U.E. ma tagħmilx differenza bejn bdiewa Full-Time u Part-Time fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm tal-Kommunita.