Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward bejgħ ta' art tal-gvern kif reklamati f'gazzetti lokali fis-17/5/98 fi żmien Gvern Laburista? Min xtara dawn l-artijiet u meta sar/u l-kuntratt/i?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħtini d-dettalji ta` l-art li dwarha qed jitlob l-informazzjoni.
Peress li ninsab informat li numru ta' anzjani f'Ħaż-Żabbar qed isibuha bi tqila biex jagħmlu użu mill-premises temporanji ta' l-Uffiċċju Distrettwali tas-Servizzi Soċjali minħabba t-taraġ li fih il-post, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux possibbli li dawn jinqdew f'post aktar adegwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed isir sforz sabiex ix-xogħol ta' rinovazzjoni fl-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'Ħaż-Żabbar jitlesta kemm jista' jkun malajr u nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li qed nagħti dwar dan l-istess suġġett għal Mistoqsija Numru 13,902.
Irrid ngħid li l-iskop ta' dan il-proġett m'huwiex biss li jitjieb l-ambjent ta' l-Uffiċċju iżda wkoll li jingħata servizz aħjar u li kemm jista' jkun il-klijenti tad-Dipartiment jinqdew fil-lokal mingħajr il-bżonn li joqgħodu jidħlu l-Belt.
Żabbar — Uffiċċju distrettwali tas-servizzi soċjali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fuq l-uffiċċju distrettwali tas-servizzi soċjali f'Ħaż-Żabbar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq l-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurta' Soċjali f'Ħaż-Żabbar ser ikun lest bejn wieħed u ieħor għal nofs Marzu 2000.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-arranġament li għamlet l-Enemalta mal-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar rigward numru ta' bozoz fi Triq is-Santwarju u jekk hux minnu li minkejja li l-Enemalta wegħdet li tixtri lampi u twaħħalhom dan ma kienx onorat?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun jista' jintuża l-apparat magħruf bħala Digital Fundal Fluorescein Angiogram fid-dipartiment ta' l-oftalmija fl-Isptar San Luqa, liema apparat hu tant meħtieġ għal dijanjosi dejjem iktar aħjar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-apparat mistenni jibda' jintuża fi żmien tlett xhur oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13618 u ċioe': jista' jara hux possibbli li f'Forti Sant'Anġlu fil-Birgu, ikun hemm faċilita' ta' telephone għal watchman anke faċilitajiet sanitarji adegwati peress li dawn huma ineżistenti u huma mfittxija u bżonnjużi anke għat-turisti li jżuru l-inħawi?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-talba ta l-Onor. Interpellant qed tkun mistharrga.
Kif jaf l-Onor. kollega il-provista tas-servizzi mitluba mhumiex fil-kompetenza tal-Ministeru tieghi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-qorti u kemm instabu ħatja u kemm saru multi relatati ma' tipjip f'postijiet fejn dan mhux permess matul l-1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1999 inqabdet persuna waħda li kienet qed tpejjep f`post fejn mhux permess. Din ġiet meħlusa taħt il-provediment ta` artikolu 9 ta` Kap. 152.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiġu offruti servizzi tas-smoking cessation clinics u kemm qed ikunu ffrekwentati mill-pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħal issa hemm tmien kliniċi għaddejjin biex jgħinu l-applikanti jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip. L-applikanti kollha qed jiġu mistiedna għal kors ta' seba' ġimgħat skond kif jidher mit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fil-fatt hemm total ta' 160 persuna li qed jużaw dan is-servizz li joffri d-dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa.
Peress li ninsab informat li hemm klassijiet tal-woodwork fl-iskola Umberto Colosso li tilfu numru konsiderevoli ta' lezzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fuq din il-problema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Umberto Colossa ma jirriżultax li ntilfu lezzjonijiet fil-klassi tal-woodwork.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mira li 50% tat-tfal ta' l-iskola ma jaqbdux il-vizzju tat-tipjip li saret policy document VISION 2000 hux se tintlaħaq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ġejt infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa qed jaħdem flimkien mad-Diviżjoni ta` li jħares lejn l-imġieba tat-tfal ta` l-iskola bejn l-etajiet ta` 11 u 16-il sena. Minnu għandu joħroġ kemm hi kbira l-problema tat-tipjip fl-iskejjel. Is-'survey', msejjaħ 'Health Behaviour Survey in School Children' isir mill-pajjiżi membri tal-WHO. Dan se jsir fil-bidu ta`
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ewwel mira li saret fil-Vision 2000 (p.98) hemmx indikazzjoni li tintlaħaq, jiġifieri li n-numru ta'tfal ta' l-iskola li jibdew ipejpu jonqos b'50%?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Biex inkunu nafu jekk intlaħħqietx din il-mira iridu jsiru xi 'surveys' għal dan il-għan biex inħarsu lejn il-problema tat-tipjip fl-iskejjel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati prodotti tat-tabakk dawn l-aħħar tliet snin 1997, 1998 u 1999?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tali prodotti li fuqhom ma tħallas dazju?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jidher hawn taħt:
Prodotti tat-Tabakk impurtati fl-1997 - 1998 - 1999
Prodotti tat-Tabakk 1997 1998 1999
Lm Lm Lm
Sigarri 189,106 158,307 148,378
Sigarett i 137,097 176,165 180,972
Tabakk tal-Pipa 26,286 24,390 18,115
Tabakk ieħor immanufatturat 3,839,155 4,088,058 4,674,434
To tal għal kull sena 4,191,644 4,446,920 5,021,899
Prodotti maqbuda li fuqhom ma tħallasx dażju
1997 1998 1999
Sigaretti 23 2,900 986,040 569,720
Jista' l-Ministru jgħid kellux complaints rigward stray dogs fix-Shipbuilding tal-Marsa, jew kienx b'xi mod involt bħala l-ministru responsabbli mill-ambjent fuq din il-problema?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru għall-Ambjent b'ebda mod ma kien involut f'din il-materja.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' restawr tat-Torri ta' San Tumas ġo Wied il-Għajn? Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u x'inhu ppjanat li jsir b'dan it-torri eventwalment?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-restawr tat-Torri ta' San Tumas hu maqsum f'erba' fażijiet. L-ewwel fażi hi kważi konkluża u kienet tikkonsisti fir-restawr tal-faċċata li tħares lejn in-Nofs in-Nhar. It-tieni fażi, dik tal-faċċata li tħares lejn il-Lvant, ser jinbeda x-xogħol fuqha dan ix-xahar. Għad iridu jsiru l-preparazzjonijiet meħtieġa għar-restawr taż-żewġ faċċati l-oħra iktar tard din is-sena.
Ix-xogħol jikkonsisti minn tiswija ta' ħsara fil-ġebel u bdil ta' travi u soqfa perikolużi fuq it-torrijiet.
Għadu ma ġiex identifikat użu għat-torri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex qed tinvestiga l-każ ta' qtil ta' klieb (Malta Independent 3/2/2000, Times 2/2/2000, Times 3/2/2000) u jekk fl-affermattiv, jagħti informazzjoni fejn waslu tali investigazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant minkejja li ma kellha ebda rapport formali dwaru.
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex "jitneħħew" 52, kelb mix-Shipbuilding tal-Marsa kif rapportat fi gazzetti Maltin Malta Independent 3/2/2000?
Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn in-nies li tqabbdu, jekk tħallsux u jekk tħallsu, kemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ftit taz-zmien ilu, il-management tal-Malta Shipbuilding hass il-bzonn li l-popolazzjoni tal-klieb li kienu jiggerrew f`dak il-post tigi kkontrollata. In-numru kbir ta` klieb li kien hemm fit-tarzna kien qed ikun ta` periklu kemm ghas-sahha kif ukoll ghas-sigurta` ta` l-istess haddiema u ta` nies ohra li kienu jzuru dan il-post. Barra minn hekk, nies mhux maghrufa, kienu hadu d-drawwa li jhallu klieb wara l-bieb tat-tarzna bit-tama li l-haddiema jiehdu hsiebhom. Meta xi xhur ilu l-Malta Shipbuilding talbet l-ghajnuna ta` socjeta` li tiehu hsieb l-annimali, b`xorti hazina ma setghetx tghin biex din il-problema tingheleb.
Ghaldaqstant il-management ha d-decizjoni biex in-numru ta` klieb fit-tarzna jitnaqqas. Sfortunatament din id-decizjoni ma gietx esegwita b`mod ghal kollox korrett. Numru ta` klieb ittiehdu f`postijiet miftuha fejn setghu jghixu fil-liberta`. Din id-decizjoni, ghalkemm mehuda b`intenzjoni tajba, setghet holqot tbatija ghal uhud minn dawn il-klieb u wegghet is-sentimenti ta` dawk li jhobbu l-annimali.
Sabiex il-hsara kawzata minn dan l-incident tittaffa, saru laqghat ma` rapprezentanti tal-haddiema li jiehdu hsieb il-klieb li hemm fit-tarzna u ntlahaq qbil fuq soluzzjoni umanitarja ghal din il-problema. Il-management iltaqa` wkoll ma rapprezentanti ta` l-Island Sanctuary ta` Marsaxlokk li wieghdu l-ghajnuna taghhom fil-kura tal-hafna klieb li fadal fit-tarzna. Min-naha taghha l-Malta Shipbuilding wieghdet l-ghajnuna taghha biex din l-ghaqda tkun tista` taghti s-servizz taghha lit-tarzna. Saru wkoll arrangamenti biex numru zghir ta` haddiema jithallew jidhlu fit-tarzna fi tmiem il-gimgha biex jitimghu l-annimali.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-librerija pubblika f'Ħaż-Żabbar qabel din għaddiet f'idejn it-tmexxija tal-kunsill lokali, bħal per eżempju, numru ta' kotba għat-tfal, għall-kbar, b'liema lingwi u informazzjoni ta' interess għal pubbliku?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qabel ma' l-Librerija Pubblika f'Ħaż-Żabbar għaddiet f'idejn it-tmexxija tal-Kunsill Lokali, kien hemm 4463 ktieb li minnhom 2755 kienu kotba għall-adulti u 1708 kotba għat-tfal. Dawn il-kotba kienu bil-Malti, Ingliż, Franċiż, Taljan u Ġermaniż. L-ammonti ta' kotba b'kull ilsien imsemmi kienu kif ġej:
Malti - 1578
Ingliż - 2847
Franċiż - 25
Taljan - 10
Ġermaniż - 3
Informat ukoll li s-self ta' kotba minn din il-librerija fl-1999 laħħaq l-14,179, jiġifieri żieda ta' 3479 ktieb fuq l-1998.
Fl-aħħarnett informat li bħalissa fil-librerija ta' Ħaż-Żabbar qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex din tiġi kompjuterizzata. Il-hardware diġa' ġie nstallat u qed tiddaħħal l-informazzjoni bibljografika tal-materjal kollu li hemm fil-librerija sabiex jiġi kompilat katalogu elettroniku.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm għandu għalliema u kemm studenti qed isegwu l-istess lingwi fil-livell sekondarju f'dawn is-suġġetti: (a) Taljan; (b) Franċiż; (ċ) Spanjol; (d) Ġermaniż; (e) Russu; u (d) lingwi (oħra jekk jeżistu)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-settur Sekondarju in-numru ta' għalliema u studenti li qed jgħallmu u jitgħallmu l-lingwi indikati huma:
LINGWA GĦALLIEMA STUDENTI
Taljan 117 11013
Franċiż 75 6312
Spanjol 17 681
Tedesk 28 1722
Russu 1 9
Lingwa oħra (Għarbi) 3 13
Qed nikkonsidra miżuri biex is-sitwazzjoni tat-tagħlim tal-lingwi barranin jitjieb.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jikkonsidrax li jerġgħu jiddaħħlu s-suġġetti klassiċi fil-livell sekondarju, bħalma huma l-latin u l-grieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif hemm imfisser f'paġna 82 tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, il-mira hija li flimkien mat-tisħiħ ta' l-ilsna Ewropej ikun hemm studju ta' lingwi oħra, skond il-ħtieġa u t-talba għalihom.