Legislature:
Category:
Reset
Active:

Zabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat fuq ix-xogħol ħażin ta' tarmac li sar fi Triq il-President tar-Repubblika, kantuniera ma' Triq Wiġi Bongailas, Żabbar fi żmien gvern Laburista?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-kuntratturi li wettqu x-xogħol ilhom minn meta tlesta` x-xogħol jimmoniterjaw il-kwalita` tiegħu biex fejn jinstab li ma baqax tajjeb ikun jista` jinqala` u jinbidel. Bħalissa qed isiru wkoll `core cuts` biex jiġi vverifikat l-ammont tal-qatran fit-taħlit ta` l-asfalt, li ovvjament hu parti mportanti fir-rigward tal-kwalita` tal-wiċċ tat-triq.
Leg 9 PQ #14709 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Triq Ta' Lanza - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jindika meta, jekk hemm il-ħsieb, li jsir id-drenaġġ fi Triq Ta' Lanza Ħaż-Żabbar, peress li għadd ta' familji qed ibatu inkonvenjenzi kbar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li diġa' saru xi tratattivi biex jinbeda x-xogħol f'din it-triq. Imma, wara li saru xi oġġezzjonijiet minn xi individwi rigward xi saqwi li minnu kellu jgħaddi dan il-main tad-drenaġġ kellu jsir servitu' min-naħa tal-Gvern. Minkejja dan is-servitu' xorta waħda hemm xi problemi minn dawn l-istess individwi, u għalhekk se jkollhom issa jittieħdu passi oħra biex dan ix-xogħol isir.

Minibuses/buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni tal-liberalizzazzjoni fil-qasam tal-minibuses u buses privati (turisti u bżonnijiet lokali)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari Nru. 11727.

Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-iżvilupp tas-servizz pubbliku f'pajjiżna? Xi pjani hemm biex is-servizz jitjieb u x'inhuwa t-timeframe li dan għandu jsir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-trasport pubbliku, jien infurmat li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn il-partijiet kollha konċernati biex is-servizz tat-trasport pubbliku jiġi mtejjeb fl-aħjar interess tal-konsumatur u l-operaturi.

Dipartiment tat-Trasport — Servizz lokali

Question

Peress li jidher li numru ta' kunsilli lokali qed juru interess li jagħmlu servizz lokali sabiex itejbu t-trasport fil-lokal u bejn lokalitajiet, x'qed ikun ir-rwol tad-dipartiment tat-trasport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan it-tip ta` servizz diġa` jiżisti fin-Naxxar. Biex wieħed jopera servizz bħal dan, il-Kunsill konċernat irid fuq konsultazzjoni ma` l-Awtorita` jgħid x`tip ta` servizz irid jagħti, u liema servizz jingħata wara `first right of refusal` jingħata lill-Assoċjazzjoni.
Leg 9 PQ #14435 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta biex jitwaħħlu bozoz ġodda ġewwa: Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn? Kemm ilha li saret it-talba għal dawn il-bozoz (street lighting)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 14-il talba biex jitwahhlu bozoz godda fit-toroq taz-Zejtun, 48 talba li jirrigwardaw it-toroq f`Haz-Zabbar u 30 talba li jikkoncernaw it-toroq f`Wied il-Ghajn. Dawn it-talbiet, li gew sottomessi mill-Kunsilli Lokali ta` dawn l-irhula, kollha saru matul l-1999.
Leg 9 PQ #14098 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Business land deals

Question

Peress li fis-Sunday Times tas-17 ta' Mejju, 1998 kienu ħarġu offerti mill-Gvern ta' Malta għal business land deals, taħt il-firma tad-direttur ġenerali tal-Lands Department, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm ibbenefikaw minn din l-offerta; min huma dawk li bbenefikaw u meta saru l-kuntratti mal-Lands Department?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mis-17 ta` Mejju 1998 sa llum ma nbiegħet l-ebda art taħt il-policy li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Li hemm hija policy, li issa ilha s-snin, li biha intrapriżi ekonomiċi jistgħu jespandu fuq art adjaċenti tal-Gvern. Fl-1998 ir-rati tal-ħlas kull tonna kienu żdiedu u nbidlu xi kundizzjonijiet.
Leg 9 PQ #14099 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Medical and Kindred Profession Act

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li grupp ta'avukati qiegħed jevalwa l-medical and kindred profession act? Jista' jgħid x'qed ikun l-input min-naħa tal-professjoni medika? Jista' jagħti l-ispejjeż involuti f'dan l-eżerċizzju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li wara sejħa għall-offerti ġiet ingaġġata kumpanija ta` avukati biex tagħmel l-analiżi neċessarji fl-MKPO. Ninsab infurmat li d-Diviżjoni diġa kellha laqgħat mal-Bordijiet Kostitwiti u ġie stabbilit il-proċess ta` konsultazzjoni li għandu jsir. Huwa ppjanat li fil-futur qrib id-Diviżjoni ser tagħmel laqgħat mal-Assoċjazzjonijiet Professjonali kollha dwar dan l-eżerċizzju. Minn barra dan, il-grupp ta` avukati qed jagħtu parir fuq oqsma oħra u n-nefqa totali hija kalkulata li tkun madwar Lm12,000.
Leg 9 PQ #14254 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Security officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsebijiet tal-gvern rigward is-security officers preżenti fuq il-grad tagħhom u l-funzjoni tagħhom fl-isptarijiet sew preżenti u anke fl-isptar il-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent ma hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu l-funzjonijiet tas-security guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #14255 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Wied il-Għajn — Pixxina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir minn dik li kienet il-pixxina f'Wied il-Għajn, f'idejn minn qegħda u x'termini ta' użu hemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li permezz ta' ittra datata 15.12.97, il-Kunsill Malti għall-Isport kien ħatar bħala amministraturi u operaturi ta' l-ex Pixxina Nazzjonali ta' l-Għawm f'Żonqor Point, Wied il-Għajn lil Marsascala Aquatic Sports Club. L-attivitajiet f'din il-Pixxina huma dawk normalment assoċjati ma' Aquatic Club. Fis-sajf li għadda, il-faċilitajiet fl-imsemmija Pixxina (kif ukoll f'pixxini ta' aquatic clubs oħra) intużaw mill-organizzaturi tal-Kumitat Skola Sport għall-ewwel darba. Il-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed f'taħditiet mal-kumitat tal-Club sabiex jiġi mfassal Management Agreement dwar l-użu tal-post.
Leg 9 PQ #13997 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — ESTS - Sponsors

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward kif studenti fi skejjel tekniċi, u li qegħdin fl-iskema ESTS, jistgħu jsibu sponsors adegwati b'mod li ssir ġustizzja ma' kulħadd? X'inhu l-persentaġġ li jsibu sponsor?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mill-Employment and Training Corporation peress li l-kompitu biex jinstabu sponsors għall-apprendisti jaqa' fil-mensjoni ta' l-ETC.

Żabbar — Uffiċċju tas-Servizzi Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm servizz ta' cleaner fl-Uffiċċju tas-Servizzi Soċjali f'Ħaż-Żabbar peress li l-persuna nvoluta ilha bis-sick leave min-nofs Diċembru 1999 u l-post hu manifestament fi stat ta' ħmieġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-persuna nvoluta fit-tindif ta' Uffiċċju Distrettwali ta' Ħaż-Żabbar qiegħda bis-"sick leave", ittieħdu passi sabiex jiġi provdut servizz ta' tindif bil-kuntrattur.

Żabbar — Uffiċċju distrettwali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li x-xogħol ta' refurbishment fl-uffiċċju distrettwali tas-social service f'Ħaż-Żabbar qed isir kif suppost u xieraq, peress li ninsab informat li diġa' sar xogħol mhux up to standard f'dak li hu madum u ħitan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq niforma lill-Onor. Interpellant li ta' l-anqas darba fil-ġimgħa, il-perit inkariġat flimkien mal-perit tal-kumpanija li rebħet il-kuntratt u uffiċjali tad-dipartiment, iżuru dan il-lokal biex jisguraw li x-xogħol qed isir skond il-kuntaratt, u skond l-informazzjoni li ngħatajt, ix-xogħol qed isir kif suppost.
Leg 9 PQ #14050 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Villa Portelli — Manuntenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed issir il-maintenance ta' Villa Portelli? Peress li hu magħruf li dan il-post kien restawrat xi snin ilu taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista (1987 - 1996) wara li kien fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jara li l-affarijiet jerġgħu għal li kienu, inkluż il-persuna li kienet inkarigata fuq livell lokali f'dan il-każ u li l-isem u l-indirizz qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni ta` Villa Portelli qed isir skond il-htiega. Dan jirrikjedi li xi drabi parti jew ohra tal-villa tkun trid tinghalaq primarjament minhabba s-sahha u s-sigurta` ta` l-impjegati.
Leg 9 PQ #14051 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Villa Portelli

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li parti minn Villa Portelli fil-Kalkara kellha tiġi magħluqa minħabba li tinsab fi stat perikoluż? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti r-raġunijiet kif waslet din is-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija ta` qabel.

Wied il-Għajn — Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex isir id-dawl f'żewġ zebra crossing fil-bypass ta' Wied il-għajn, liema zebra crossings kif inhuma mingħajr dawl huma ħafna iktar ta' perikolu għall-pedestrians?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser ngħaddi t-talba ta` l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq.
Leg 9 PQ #13992 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Vultaġġ baxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tissolva darba għal dejjem il-problema ta' vultaġġ baxx f'diversi nħawi ta' Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta bhalissa ghaddejja bi programm ta` tishih tas-sistema tal-vultagg baxx u feeders godda f`diversi toroq ta` Haz-Zabbar, iz-Zejtun u Marsaskala. Barra minn dan hemm proposta biex tinbena substation gdida ghall-inhawi tal-Biccieni u l-madwar u ohra ghal Pjazza l-Princep ta` Wales u l-inhawi f`Haz-Zabbar u ohra ghall-Bajja ta` San Tumas u l-inhawi f`Marsaskala.
Leg 9 PQ #13993 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Umberto Calosso

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm intilfu lezzjonijiet tal-computer fl-iskola Umberto Calosso (3A)? Jista' jgħid x'rimedju se jsir jew qed isir biex is-sitwazzjoni tiġi għall-aħjar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li persss li ma kienx hemm għalliem tal-Computer, il-Klassi 3A tilfet lezzjoni fil-ġimgħa. Informat ukoll li waqt it-teaching practice kellhom lezzjoni għal sitt ġimgħat. Ser jerġa' jintbagħat student teacher fit-teaching practice li jmiss.
Leg 9 PQ #13994 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Tipjip

Question

Fid-dawl tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13791, ma jidhirlux il-Ministru li s-sitwazzjoni ta'infurzar tar-regolamenti dwar it-tipjip teħtieġ azzjoni iktar drastika, possibbilment b'kordinazzjoni ma' dipartimenti oħrajn, bħal dak tas-saħħa?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie nnotat. Ninsab infurmat ukoll li l-Pulizija ser issaħħaħ aktar l-infurzar tar-regolamenti dwar it-tipjip.
Leg 9 PQ #13995 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Forti Sant Anġlu - Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13618, peress li skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13790 il-watchman konċernat jagħmel parti mid-dipartiment li jaqa' taħt il-ministeru ta' l-ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġerimenti ta' l-Onorevoli Interpellant ġew innutati u t-Taqsima tax-Xogħlijiet ser tagħmel dak kollu possibbli sabiex jiġu attwati.