Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18576 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi preparamenti jeżistu fil-livell ta' nursing aides u livell ta' health care worker assistant (ie. dawk li mhumiex infermiera pero' lanqas ma jagħmlu cleaning duties) fl-isptarijiet u s-servizzi tal-gvern, inkluż il-pjanijiet għall-isptar il-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li saru u qiegħdin isiru diskussjonijiet bejn l-E.T.C., u d-Dipartimenti tas-Saħħa, ta` l-Edukazzjoni, ta` l-Anzjani u l-Institute of Health Care biex isir programm ta` training għall-health care assistants. Dawn id-diskussjonijiet waslu fi stadju avvanzat. Il-bżonnijiet għall-isptar il-ġdid qegħdin jiġu kkunsidrati anke fejn jidħol dan il-livell ta` impjegati.
Leg 9 PQ #18577 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuniuiet għaliex biex isir appuntament għall-iċken out-patients fl-Isptar Sir Paul Boffa, jenħtieġ li jintbagħtu bil-posta jew addiritura jittieħed bl-idejn it-"ticket fo referral"? Ma jidhirlux il-Ministru li din is-sistema mhijiex "user friendly" u l-pazjent għandu jinqeda bit-telefon?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtiequ ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li l-pazjent m'għandux jinqeda bit-telefon minħabba li s-sistema kurrenti tassigura li kull każ riferut lid-Dipartiment tal-Ġilda jingħata l-prijorita' mistħoqqa. It-'tickets of referral' jiġu dejjem ivvettjati minn Dermatologu biex il-pazjent jingħata appuntament bħala 'routine' jew 'soon' skond l-urġenza indikata mill-'clinical details' provduti mit-tabib li qed jirreferi lill-pazjent.
Leg 9 PQ #18304 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kanċer tal-ġilda

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' kanċer tal-ġilda f'Malta u Għawdex għal perijodu 1989-1999? Jista' jagħti wkoll din l-istatistika b'riferenza għal posta ta' residenza tal-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.
Leg 9 PQ #18304 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kanċer tal-ġilda

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' kanċer tal-ġilda f'Malta u Għawdex għal perijodu 1989-1999? Jista' jagħti wkoll din l-istatistika b'riferenza għal posta ta' residenza tal-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' każijiet ta' kanċer tal-ġilda f'Malta u Għawdex irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer għall-perjodu 1989 - 1999 skond il-post ta' residenza huma murija fit-tabella ta' hawn taħt, li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18267 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward vakanzi ta' għalliema fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fil-livell: (a) primarju; (b) sekondarju - suġġett b'suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li bħalissa għadu għaddej l-eżerċizzju tal-"Classification" għadu kmieni wisq biex tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18243 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Tkabbir ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-inizjattivi li d-dipartiment ta' l-agrikoltura qed jieħu favur it-tkabbir u t-tħaris tas-siġra tal-ħarub u s-siġra taż-żebbuġ f'pajjiżna? Hemm xi miżuri speċifiċi li qed jittieħdu biex tnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija (soil erosion) minbarra l-bini ta' ħitan tas-sejjieħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi s-sigar taż-żebbug qegħdin jiġu mkabbra fin-nursery ta' Saint Vincent de Paule u l-varjetajiet li jagħmlu huma tal-mejda u qed jiġu mlaqqmin fuq żebbuġ selvaġġ. Dwar is-sigar tal-ħarrub, dawn qegħdin jitkabbru ġo Wied Incita Nursery u t-taħwil isir f'żoni rurali. Wieħed mill-iskopijiet ta' taħwil li jsir ta' siġar u arbuxelli ornamentali madwar Malta, huwa biex il-ħamrija tinżamm f'postha u ma tintilifx.
Leg 9 PQ #18244 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa fuq: (a) prodotti tat-tabakk (sigaretti, sigarri, eċċ.); u (b) alkoħol matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

It-taxxi migbura fuq is-sigaretti, tabakk u alkohol matul l-ewwel sitt xhur ta din is-sena(2000) huma kif gej: 2000 Lm Jannar-Gunju Tabakk 654,213 Sigarri 46,039 Sigaretti 6,868,921 Alkohol (Spirti) 1,831,890 Dawn il-figuri jinkludi, kull fejn japplika, id-dazju fuq l-importazzjoni, levy, vat, u taxxa tas-sisa.
Leg 9 PQ #18245 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy stabbilita jew lista ta' siġar, arbuxelli u pjanti oħra li jistgħu jitħawwlu f'postijiet pubbliċi, speċjalment nixtieq inkun naf ukoll x'inhi l-policy tad-dipartiment rigward is-siġra ta' l-acacia (mimosa pudica)?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18246 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna l-Kamra rigward is-sitwazzjoni tat-tħaffir taż-żejt ġewwa Kerċem, Għawdex, speċifikament x'se jsir mis-sit preżenti u x'inhuma l-pjanijiet futuri f'dan il-qasam?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit fejn tħaffer il-bir f'Għawdex kien ġie mogħti lura lill-inkwilini u r-raba qiegħda terġa tinħadem. Tagħrif dwar pjanijiet futuri fil-qasam taż-żejt jingħata meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #18247 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Rinella - Aċċess għal karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni/ijiet ingħalqet għall-karozzi għal aċċess għal parti mill-bajja ta' Rinella, fil-Kalkara? Jista' f'dan il-każ jagħti permess għal dawk il-persuni b'diżabilita' li issa ma fadlilhomx il-faċilita' li jersqu viċin il-baħar f'din in-naħa ristretta minn dan ir-riżors f'din il-parti ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #18265 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — South East Local Plan

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni f'liema stadju wasal is-South East Local Plan (tan-naħa ta' Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn); x'konsultazzjoni qiegħda ssir u x'inhuma t-time frames biex dan ikun preżentat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pjan li qed jitħejja jismu South Local Plan u mhux South East Local Plan u jkopri dawn il-lokalitajiet :- Fgura Imqabba Siġġiewi Gudja Paola Tarxien Għaxaq Qrendi Xagħjra Kirkop Safi Żabbar Luqa Sta. Luċia Żebbuġ M`Scala The St. Thomas Bay Żejtun Żurrieq Is-South Local Plan qiegħed fl-istadju inizjali tiegħu u sar xogħol ta` land-use survey fil-lokalitajiet kollha. Bħalissa dan ix-xogħol qed ikun trasferit fuq GIS. Huwa mistenni li dan il-Pjan Lokali jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2001.
Leg 9 PQ #17085 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Minimu Nazzjonali — Business Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-suġġett tal-business studies ma jifformax parti mill-Kurrikulu Minimu Nazzjonali? Jista' jgħid jekk dan is-suġġett huwiex se jkun imdaħħal?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslet il-Ministeru nhar il-Ġimgħa li għadda wara nofs in-nhar, meta bdew in-nofs ta' nhari, it-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

PTA — Wied il-Għajn

Question

Jaf il-Ministru bit-tibdil fir-rotta ta' Wied il-Għajn, dik li tgħaddi minn San Tumas (Nru 17), li se tkun ta' inkonvenjent għar-residenti ta' l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma saru ebda talbiet biex isir xi tibdil fir-rotta ta` Wied il-Għajn, dik li tgħaddi minn San Tumas Nru. 17. Talbiet oħra li saru fil-laqgħa bejn il-Kunsill Lokali ta` Wied il-Għajn u l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku qegħdin jiġu evalwati.
Leg 9 PQ #16227 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Pensjoni ta' l-eta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-impjegati li spiċċaw bil-pensjoni ta' l-eta' jew ta' invalidita' (separatament għas-snin 1996, 1997 u 1998) fi gradi ta' salarji skala 1 sa skala 20 separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' impjegati li spiċċaw bil-pensjoni ta' l-eta' jew ta' invalidita' huwa kif jidher hawn taħt: Sena Spiċċaw bl-eta' Għaddew Bord Mediku 1996 442 168 1997 544 185 1998 485 277 Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru l-informazzjoni mitluba fuq il-gradi u l-iskali ta' salarju kif miżmuma minn dan l-Uffiċċju.
Leg 9 PQ #16153 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Business land deals

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14098, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħarraf liema huma l-intrapriżi ekonomiċi li jistgħu jespandu fuq art adjaċenti tal-gvern, u li: i) fl-1998 ir-rati tal-ħlas kull tomna kienu żdiedu; u ii) x'inhuma l-kundizzjonijiet li nbiddlu?

Response (BORG, TONIO)

L-intrapriżi ekonomiċi li jistgħu jespandu fuq art adjaċenti tal-Gvern huma dawk li jissodisfaw l-artiklu 3(b) jew l-artiklu 4(c) tal-Policy dwar it-Trasferiment ta` Art tal-Gvern li ġiet approvata minn din il-Kamra għall-għanijiet ta` l-Artiklu 3(i)(b) ta` l-Att ta` l-1976 dwar it-Trasferiment ta` Artijiet tal-Gvern. Ma nbidlu l-ebda kundizzjonijiet mill-1998 `l hawn ħlief illi l-valur ta` l-art mitluba għall-espansjoni qiegħed jiġi ffissat skond il-każ u mhux skond rata fissa.
Leg 9 PQ #16227 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Pensjoni ta' l-eta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-impjegati li spiċċaw bil-pensjoni ta' l-eta' jew ta' invalidita' (separatament għas-snin 1996, 1997 u 1998) fi gradi ta' salarji skala 1 sa skala 20 separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16054 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jikkonsidra l-Ministru li dawk li jinqabdu jixorbu u jsuqu titeħdilhom il-liċenzja u din ma tingħatax lura qabel dan ma jidħol fi programm ta' riabilitazzjoni stabbilit?

Response (BORG, TONIO)

Bhal ma nahseb japprezza l-Onorevoli Interpellant, il-fatt li persuna tinqabad issuq vettura taht l-influenza tax-xorb, ma jfissirx necessarjament li tali persuna jkollha htiega ta` riabilitazzjoni. Pero` il-Ligi diga` tipprovdi kemm ghall-iskwalifika tal-licenzja tas-sewqan, u anke`, fejn il-Qorti jidrilha xieraq, bl-applikazzjoni ta` l-artikolu 5 ta` Kap. 152, tordna li min jaghmel ir-reat jissottometti ruhu ghal kura mehtiega.
Leg 9 PQ #15385 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Annimal Welfare Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf l-Annimal Welfare Committee, min huma l-membri li jagħmlu dan il-kumitat, kemm-il darba ltaqa' matul l-aħħar sena u nofs u x'inhuma l-għanijiet tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma jeżistix dan il-kumitat fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Pero' għall-ħarsien ta' l-annimali d-Dipartiment tas-servizz Veterinarju ħejja l-liġi li tissejjaħ l-'Animal Welfare Act' li diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati għall-ewwel qari. Id-Direttur tas-Servizz Veterinarji ltaqa' ma diversi esperti fuq l-'Animal Welfare' fosthom l-'Eurogroup for Animal Welfare'.
Leg 9 PQ #14706 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza f'numru 5 Ta' l-Għargħar, Zabbar, post imwarrab ħafna, tissewwa kif suppost u tissewwa wkoll bozza oħra f'Numru 84, Main Street, Żejtun?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq iz-zewg bozoz imsemmija saret, dik f`Haz-Zabbar fid-9 ta` dan ix-xahar u dik fiz-Zejtun l-ghada.

Ġebel San Martin — Garages

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif, meta u lil kemm nies ingħataw numru ta' garaxxijiet fil-qasam tal-bini tal-gvern ta' Ġebel San Martin? Jikkonferma l-Ministru li hemm familji li għandhom iktar minn garage wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ma allokat l-ebda garaxx fiż-Żejtun f'Ġebel San Martin.