Jista' l-Ministru jiċċara l-policy li biha qed jimxi d-Dipartiment tas-Saħħa meta persuna ma ssibx mediċina (pilloli) fis-suq imma tkun available l-isptar peress li dan l-aħħar persuna li kellha bżonn Acetozolanide (Dianinox) li ma sabitx tixtriha minn spiżeriji fil-lokal (Żabbar) iżda meta marret l-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa din ma tħallitx tixtriha minkejja li kellha riċetta iffirmata mill-ispiżjar li dan ma kellux dawn il-pilloli kontra l-glawkoma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa jbiegħ mediċini li jkunu 'out of stock' fl-Ispiżeriji privati biss meta jkollu stokk adekwat għal bżonnijiet tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid u jserraħ ras il-poplu Malti li ċ-ċanga (beef) li daħlet u qed tidħol f'Malta hija assolutament ħielsa mill-mard inkluż l-Mad Cow Disease?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji jieħu l-prekawzjonijiet neċċesarji biex jassigura li l-ikel li jidħol f'Malta, partikolarment iċ-ċanga, huwa tajjeb għal konsum.
Barra l-kontroll li jagħmel il-pajjiż minn fejn joriġina il-laħam, l-Official Health Certificate jiġi studjat b'reqqa, sabiex jassigura illi l-kundizzjonijiet u testijiet għal-BSE mill- Awtoritajiet Kompetenti jkunu saru kif suppost.
Barraminhekk, iċ-ċanga kolla u l-prodotti tagħha li jiġu impurtati, iridu jkunu immarkati b'tali mod li jkun faċli li wieħed ikun jaf minn fejn oriġina l-istess prodott.
Barraminhekk, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji fl-14 ta’ Novembru 2000 ħareġ is-segwenti stqarrija, u cioe’ :
“Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarju javża illi minħabba fis-sitwazzjoni tal-marda tal-BSE [Mad Cow Disease] fi Franza, l-importazzjoni taċ-ċanga minn dan il-pajjiż sejra tiġi kkondizzjonata, billi il-konsinji taċ-ċanga jridu jiġu ċċertifikati li l-laħam qiegħed joriġina minn annimali li meta nqatlu kellhom inqas minn 24 xahar, u li kull biċċa laħam trid tkun identifikata għall-oriġini tagħha. L-istess kondizzjonijiet jgħoddu għal prodotti oħra tal-laħam taċ-ċanga bħal burgers.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir triq magħrufa bħala Triq il-Wiesgħa (fost ir-raba') (li tkompli għal Triq Wied il-Għajn mill-Beach Post sal-post li jiltaqgħu l-ilmijiet)?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħti iktar informazzjoni dwar it-triq peress li mid-deskrizzjoni li ngħatat, ix-xogħol ma jistax jiġi dentifikat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward ingaġġ ta' nies fuq dgħajjes, tug-boats, vapuri - speċifikament jekk il-ħaddiem irid ikun jaf jgħum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ingaġġ ta' baħħara fuq bastimenti li jintużaw għal skop kummerċjali fl-ibħra terrritorjali u fil-portijiet huma regolati mill-Mechanically Driven Boats (Passenger and Cargo), 1955. Baħħara jistgħu jintalbu jkollhom ċertifikati ta' kompetenza maħruġa skond l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili ta' l-1973. Ir-regolamenti ma jirrikjedux li baħħar jinħtieġ ikun jaf jgħum.
Jista' l-Ministru jiċċara l-proċedura rigward reġistrazzjoni ta' raba', bi qbiela jew li sempliċement użat min xi persuna?
Il-Lm 50 trid titħallas fuq kull biċċa art separatament skond minn qed jagħmel l-applikazzjoni jew skond il-lokalita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Iskema tal-Qbiela maħruġa mill-Gvern tispeċifika li jkun irid isir ħlas ma` kull applikazzjoni li ssir taħt l-Iskema. F`każ ta` persuni li diġa` għandhom titlu fuq l-art u jixtiequ xort`waħda japplikaw taħt din l-Iskema, l-ħlas huwa ta` Lm30.00 għal kull applikazzjoni. F`każ ta` persuni li m`għandhomx l-ebda titlu fuq l-art, il-ħlas huwa ta` Lm50.00 għal kull applikazzjoni.
L-Iskema tispeċifika wkoll li trid issir applikazzjoni separata għal kull biċċa art differenti anke jekk dawn ikunu fl-istess lokalita`.
Jista' l-Ministru jara għaliex Triq il-Kaħwiela kantuniera ma' Triq Santa Marija f'Ħaż-Żabbar hija sors ta' għargħar kull darba li tagħmel ħalba xita sew b'periklu għar-residenti u l-proprjeta' tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ħadt nota tas-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar; toroq li ilhom mibnja bis-servizzi kollha diversi snin: (a) Triq ir-Redentur; (b) Triq Spadaro; (ċ) Triq iċ-Ċulqana; (d) Triq it-Tut; (e) Triq Ġużeppi Agius Muscat; u (f) Triq Sant'Antnin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-preżent d-Dipartiment qiegħed jieħu passi biex Triq ir-Redentur fejn għadha mhix miftuħa, tinfetaħ.
It-toroq l-oħra ndikati mill-Onor. Interpellant huma kollha asfaltati, u għalhekk xogħol ta' resurfacing fihom irid isir mill-Kunsill. Dwar dawn ix-xogħolijiet ta' l-aħħar, l-Onor. Inrterpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat għal aktar informazzjoni.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-ilma tat-tisqija qed jitħalla jinħela fit-triq ta' Wied il-Għajn (il-qadima) bejn Ħaż-Żabbar u l-lokalita' ta' Wied il-Għajn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sistema tad-distribuzzjoni fil-Kanali ma tippermetix illi twaqqaf l-ilma mill Ġibjun appena jingħalaq is-Sluice Prinċipali.
Biex tissolva din il-problema id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u ta' l-Ambjent għamlu xogħolijiet ta' shutters tal-ħadid sabiex l-ilma tal Katusi Prinċipali jiġi kontrollat u b'hekk ma jispiċċax fit-triq imsemmija.
Barra min dan qiegħdin nippjanaw illi ssir katusa li taqsam it-triq sabiex jekk ikun hemm ilma żejjed dan jiġi ddevjat għal wied viċin.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Ġużeppi Micallef u Misraħ Alofju Wignacourt u Triq il-Għasel f'Ħaż-Żabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy — Liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji kellhom, u għandhom, maħruġa mid-Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy: PBS, Super One TV, Net TV, Smash TV u Max TV?
Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fuq kull stazzjoni, sena b'sena mill-1992 sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy ħareġ liċenzja lill-PBS biex titrasmetti bir-radju u bit-televiżjoni. Dawn ħarġu fl-1991.
Il-liċenzja lill-istazzjonijiet l-oħra ħarġu mill-Awtorita` tax-xandir.
Sa dan it-tant, id-Dipartiment qiegħed jiġbor l-informazzjoni dwar liċenzji oħra maħruġa minnu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-twessigħ, permess ta' twaqqigħ, fi Triq Redeemer Ħaż-Żabbar, kantuniera ma' Triq it-Tut fejn hemm il-barumbara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq intalab japplika għall-permessi ta` l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ikun jista` jiftaħ din it-triq, u fil-preżent qed jistenna l-ħruġ tal-permess sabiex ikun jista` jibda x-xogħol.
Jista' l-Ministru jagħti spjega ta' kif qed jinħadem u jingħata l-overtime fil-Korp tal-Pulizija?
Jista' l-Ministru jispjega wkoll partikolarment għaliex fil-ħames distrett tal-pulizija qed issir distinzjoni bejn dawk l-uffiċjali li jaħdmu f'uffiċċju u dawk li jaħdmu barra fuq il-beat, fis-sens li dawk ta' l-uffiċċju mhumiex jingħataw overtime għalkemm jiddaħħlu f'ħinijiet differenti tal-ġurnata bħal ma ġara fil-festi ta' Santa Marija 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hija l-proċedura fil-Korp tal-Pulizija li fejn ikun hemm avvenimenti li jirrikjedu l-preżenza tal-Pulizija, dawn ikunu hekk assenjati bħala parti mill-ġurnata tax-xogħol normali tagħhom. Dawn jinkludu kemm dawk il-pulizija li huma assenjati beat kif ukoll dawk li jaħdmu fl-uffiċini. Jekk in-numru ta` pulizija meħtieġ ma jkunx intlaħaq b`dan il-mod, ma jkunx hemm mod ieħor għajr li jiddaħħlu oħrajn bħala overtime.
Jidhirlux il-Ministru li qed isir tqassim ġust tax-xogħol u l-aħjar użu mill-finanzi meta jiddaħħlu pulizija tal-beat bl-overtime fil-ġranet bħal Santa Marija, mentri uffiċjali li d-duties primarju tagħhom huma fl-uffiċċju jiddaħħlu filgħaxijiet bħala parti mill-ħin li suppost jagħmlu?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-suġġett tal-business studies ma jifformax parti mill-Kurrikulu Minimu Nazzjonali? Jista' jgħid jekk dan is-suġġett huwiex se jkun imdaħħal?
Response (GALEA, LOUIS)
F'paġna 81, il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jsemmi s-suġġetti bażiċi f'dan il-livell, iżda ma jillimita b'ebda mod il-firxa ta' suġġetti 'optional' li skola tista' toffri lill-istudenti biex minnhom jagħmlu l-għażla tagħhom.
Informat ukoll li l-Business Studies dejjem kien wieħed minn dawn is-suġġetti 'optional'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm il-possibbilta' li studenti Maltin ikomplu l-istudji tagħhom fin-Nursing fil-livell ta' certificate (jew ekwivalenti)?
Konxju l-Ministru li jekk dan ma jseħħx numru ta' studenti Maltin ma jkunux jistgħu ikomplu bl-istudji tagħhom f'din il-materja tant meħtieġa għas-servizz tas-saħħa tal-pajjiż?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Senat ta' Malta fil-laqgħa tiegħu ta' l-20 ta' Lulju, 2000 aċċetta r-rakkomandazzjoni taċ-Chairman tal-Bord ta' l-Istitut Għall-Ħarsien Tas-Saħħa, li l-kors fin-Nursing fil-livell ta' Certificate jiġi offrut f'Ottubru 2000.
Jista' l-Ministru, jgħid jekk jaf bil-policy li għandha d-ditta Vodafone, li meta tiltaqa' ma' mobile telephone li d-ditta tkun taf li ġie rrapportat misruq jew mitluf, la tinforma lill-pulizija u lanqas il-proprjetarju tat-telefon? Jekk jaf b'din il-policy jista' jgħid jekk jaqbilx magħha?
Peress li nstabet ħsara estensiva fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Lia, Ħaż-Żabbar, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol biex jieqaf dan is-seepage?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tender għal dan ix-xogħol hija WD 204/97/2. Ix-xogħol għandu jinbeda wara li tiġi ppubblikata t-tender.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux talbiet għal xogħol fuq mains tad-drenaġġ fi Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar? Jekk iva, meta hu maħsub li jinbeba x-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress illi fit-triq imsemmija diġa hemm sistema tad-drenaġġ bil-mini (galleries) u hemm parti wkoll "surface main", nissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant jispeċifika eżatt permezz ta' site plan, il-parti li għaliha qed jirreferi. Ma jidhirx li kien hemm talbiet pendenti biex isir id-drenaġġ f'din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm il-possibbilta' li studenti Maltin ikomplu l-istudji tagħhom fin-Nursing fil-livell ta' certificate (jew ekwivalenti)?
Konxju l-Ministru li jekk dan ma jseħħx numru ta' studenti Maltin ma jkunux jistgħu ikomplu bl-istudji tagħhom f'din il-materja tant meħtieġa għas-servizz tas-saħħa tal-pajjiż?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslitli fl-20 ta' Lulju u ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-infomrazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.