Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema prijorita' qegħdin toroq Bieb is-Sultan u Triq il-Għasel f'Ħaż-Żabbar li qed jistennew biex isiru għal-ewwel darba mill-Gvern Ċentrali

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-Triq Bieb is-Sultan u Triq il-Għasel qed isiru proċeduri sabiex tiġi esproprijata xi art fihom li għadha mhix żviluppata biex ix-xogħol fihom ikun jista' jsir.

Zejtun — Triq Bugħarbiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema prijorita' qiegħda triq ġdida fi Triq Bugħarbiel ġewwa ż-Żejtun biex tingħata l-ewwel surfacing mill-gvern ċentrali peress li hemm residenti li ilhom li ħallsu r-road contribution 'l fuq minn għaxar snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga t-talba ta' l-Onor. Interpellant.

Zabbar — Triq ir-Redentur - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda t-twessiegħ ta' parti tat-Triq Redentur f' Ħaż-Żabbar (biswit il-barumbara)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23019 li ngħatat f'seduta 478.
Leg 9 PQ #24302 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Zabbar — Park Reġjonali

Question

Peress li sa mill-ewwel kunsill lokali f'Ħaż-Żabbar kienet saret talba biex il-gvern ċentrali permezz tad-dipartiment ta' l-ambjent jgħin fl-iżvilupp għal park reġjonali fejn illum hemm masġar taż-żebbuġ (ħdejn Girdle Road) jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal dan il-proġett min-naħa tad-dipartiment tiegħu, kif wkoll f'hiex tikkonsisti l-għajnuna tad-dipartiment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija pprepara d-dettalji biex tinħareġ l-offerta għall-bini ta' boundary wall. Xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ u żbir tas-siġar ser isir ukoll min-nies tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #24303 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kottonera — Ċentru Sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-ħamrija li qed titneħħa mis-sit fil-Kottonera li fih se jsir iċ-ċentru sportiv ġdid?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ħamrija li qed titneħħa mis-sit fil-Kottonera fejn qed isir iċ-ċentru sportiv il-ġdid, qed tmur fi tlett bnadi differenti: Parti qiegħda tmur fil-Marsa Sports Club, fejn ser tintuża sabiex jitħawwlu aktar siġar. Parti oħra mill-ħamrija qiegħda tinġarr viċin tas-sit, fi Vjal il-Cottoner, limiti ta' Ħaż-Żabbar, fejn hemm masġar taż-żebbug li qiegħed jiġi rranġat. Aktar ħamrija qiegħdha tinġarr ukoll f'sit f'Kordin, limiti tar-Raħal Ġdid, fejn qiegħda tiġi maħżuna sabiex tintuża għall-football ground tal-Hibernians. Materjal ieħor bħal ġebel u blat kbir li għandu kontenut ta' ħamrija fiħ, qiegħed jittieħed mill-kuntrattur sabiex jiġi sseparat fl-impjant tiegħu.

Zabbar — Toroq

Question

Peress li l-istat tat-Triq Ġuseppe Micallef u Wesgħa Alofju Wignacourt f'Ħaż-Żabbar huma tali li kważi ma tistax tgħaddi b'karozza, jista' l-Ministru jara tistax issir soluzzjoni imqar temporanja (bħal invellar tat-triq) biex tittaffa l-ħsara ta' vetturi u l-inkonvenjent lir-residenti, sakemm isir is-surfacing kif suppost?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad hemm ħafna żvilupp li għadu qed isir f'din it-triq u għalhekk ma jistax jsir xogħol fiha mid-Dipartiment bħalissa.
Leg 9 PQ #24362 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pets u Pjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex pets, pjanti li ġejjin barra minn Malta ma jkunux sors ta' kontaminazzjoni / infezzjoni fl-animali Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Diviżjoni għall-ħarsien mill-mard tal-pjanti qiegħda tirreferi kull importazzjoni ta' peat jew kompost lill-veterinarji sabiex dawn jiżguraw li ma hemm l-ebda periklu li tista' tidħol xi marda għall-annimali. Dwar pets, jiddependi mill-pajjiż ta' oriġinu u mis-sitwazzjoni tal-mard f'dak il-pajjiż. Tingħata importanza wkoll jekk ikun hemm xi trasbord jew transit f'pajjiż ieħor.

Zabbar/Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Bieb is-Sultan ġewwa Ħaż-Żabbar u Triq Patri Wistin Born f'Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa hemm kuntratt biex issir Triq Bieb is-Sultan u x-xogħol inbeda. Fil-preżent qed isiru wkoll xi proċeduri għall-akwist ta' art li qegħda fit-triq u li għad mhix żviluppata biex din it-triq tkun tista' tinfetaħ il-wisgħa kollha. Dwar Triq Patri Wistin Born f'Wied il-Għajn, din it-triq qegħda fil-lista ta' l-ewwel toroq li jridu jiġu asfaltati f'Wied il-Għajn skond il-programm ta' xogħol miftiehem bejn l-Kunsill Lokali u d-Dipartiment, u x-xogħol isir wara li tkun ippubblikta sejħa għal offerti għal dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #23343 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar il-Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi provedimenti ġew maħsuba fl-isptar il-ġdid (f'Tal-Qroqq) biex ma tirrepetix ruħha l-problema tal-ħamiem fil-bini tal-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed jiġu studjati diversi modi kif tingħeleb il-problema tal-ħamiem fl-isptar San Luqa. Dawn is-sistemi jkunu jistgħu jiġu wżati ġewwa l-isptar il-Ġdid mal-ftuħ tiegħu.

Żabbar — Triq ir-Redentur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jinbeda x-xogħol meħtieġ fi Triq ir-Redentur (Żabbar) fejn hemm parti dejqa ħafna u fejn hemm il-barumbara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq appunta kuntrattur biex iwettaq dan ix-xogħol, iżda rriżulta li l-Aworita` ta` l-Ippjanar ħasset li għandha tikkunsidra n-natura tax-xogħol peress li hemm bini li l-Awtorita` tħoss għandu jiġi protett. Ix-xogħol jitkompla hekk kif jingħata l-permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #23122 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ingaġġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jerġa' jsir ingaġġ ta' rekluti fl-Armata fil-grad ta' suldat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22909.

Posta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tal-Posta għandhiex il-ħsieb li din is-sena tonora l-Ħamsin Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja, simbolu Żabbari kif wkoll simbolu ta' devozzjoni nazzjonali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-programm filateliku mfassal minn Maltapost għal din is-sena, li tħejja bl-approvazzjoni ta' li Stamp Design Advisory Board, ma jinkludix ħarġa li tfakkar din l-okkażżjoni.
Leg 9 PQ #22857 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Kura fir-Renju Unit

Question

Jista' l-Ministru jelenka x'servizz u/jew għajnuna finanzjarja jingħata pazjent (u/jew qrabatu) meta dan imur għal kura fir-Renju Unit?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li meta pazjent jintbagħat għall-kura barra minn Malta, id-Dipartiment tas-Saħħa iħallas l-ispejjeż tal-kura fl-isptar kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport u ta` l-akkommodazzjoni tal-pazjent. Id-Dipartiment tas-Saħħa iħallas ukoll l-ispejjeż ta` l-ajru jekk il-pazjent jikkwalifika għall-għajnuna permezz ta` 'Means Test' li jsir fid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali. Il-qraba li jsiefru mal-pazjent iridu jħallsu l-ispejjeż kollha huma, iżda jekk dawn ikunu jridu, id-Dipartiment jista` jgħinhom biex isibu akkomadazzjoni u post fuq l-ajruplan. Fil-każ ta` tfal taħt is-sitt snin, id-Dipartiment iħallas il-passaġġ ta` l-ajru ta` xi ħadd mll-qraba jekk ma jkunx hemm bżonn ta` tabib jew nurse biex jakkumpanjahom, għax tfal taħt is-sitt snin ma jitħallewx jivvjaġġaw waħedhom.
Leg 9 PQ #21780 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni jistennew trapjant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li qed jistennew u kemm huwa l-itwal perijodu f'kull każ, biex ikollhom trapjant: tal-kliewi, tal-cornea u tal-fwied (jekk ikun il-każ)? Jista' jagħti r-raġunijiet (in ġenerali) għal din l-istennija jew nuqqas ta' organi għat-trapjanti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21780 qiegħed tinġabar. Risposta tingħata iktar tard.
Leg 9 PQ #21781 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Marda tas-CJD

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qiegħed jieħu l-gvern biex jassigura li l-marda tas-CJD ma tidħolx f'pajjiżna? Jista' jagħti rendikont ta' skambju ta' informazzjoni u/jew għajnuna f'dan il-qasam minn pajjiżi barranin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Onor. Interpellant huwa mitlub li jirreferi din l-mistoqsija lill-Ministru responsabli għal Agrikultura u Sajd.

Anzjani — Impjegati barranin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mpjegati barranin fil-qasam tal-kura għall-anzjani, sew fis-settur governattiv u anke fil-privat inkluż djar tal-knisja, matul din is-sena, xahar b'xahar, u skond il-grad tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani ma mpjega l-ebda persuna barranija fil-qasam tal-kura tal-anzjani.
Leg 9 PQ #21783 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Permessi lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi lill-barranin biex jaħdmu mas-settur tas-saħħa matul din is-sena 2000, xahar b'xahar, skond il-grad u x-xogħol li ġew impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` barranin li bdew jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa matul din is-sena 2000 huma għoxrin (20). L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Frar 1 Enrolled Nurse Mejju 1 Staff Nurse 1 Senior Registrar (Radjoliġija) 1 Senior Registrar (Anestesija) Lulju 1 Senior Registrar (Radjoloġija) Awissu 1 Enrolled Nurse 1 Staff Nurse 2 Midwife Settembru 1 Physiotherapist Ottubru 1 Senior Registrar (Kirurġija Pedjatrika) 2 Senior Registrar (Anestesija) 1 Senior Registrar (Radjoloġija) 1 Senior Registrar (Kirurġija) Novembru 3 Senior Registrar (Anestesija) 2 Senior Registrar (Radjoloġija)

Tarxien — Triq San Anard - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq San Anard - parti minnha- f'Ħal Tarxien peress li tinsab fi stat li qajla tista' tgħaddi minnha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li parti biss minn Triq San Anard mhix asfaltata, u x-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #21367 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura/Zabbar — Girdle Road - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Girdle Road, bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar tkun mixgħula bil-lejl peress li din hija arterja ewlenija u d-dlam li hemm huwa lok għal perikoli u abbużi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex wara li ssir l-investigazzjoni neċessarja, jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

TV Stations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 19585 rigward il-liċenżji mogħtija lit-TV Station?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba f'Mistoqsija Parlamentari Nru. 19585 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.