Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żabbar — Triq il-Krexxuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani rigward Triq il-Krexxuni, Ħaż-Żabbar, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna u anke qed tkun ta' periklu għas-saħħa pubblika minħabba l-ammont ta' trabijiet li tiġġenera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 26877. Xogħolijiet oħra f'din it-triq isiru skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #26977 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Senior Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward riżultat ta' eżami (intern) bil-miktub fl-MIA li ilu li sar minn Frar 2001, wara li qabel kien sar interview f'Gunju 2000 u kors f'Ottubru 2000, għal Senior Officers fl-istess MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li r-riżultat ta' l-eżami li qed issir riferenza għalih ġie ppubblikat u fil-fatt fis-26 ta' Ġunju 2001 twaħħal man-notice board li hemm fil-bini tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #26979 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Accelerated Investigations

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-waiting list għall-investigazzjoni tal-MRI fil-preżent? Jista' jagħti nformazzjoni rigward accelerated investigations f'każijiet urgenti ta' bzonn għall-MRI?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26981 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Jet-Skis

Question

Jista' l-Ministru jagħti x'miżuri jieħu id-Dipartiment rigward introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida bħal per eżempju jet-skis u kif tista' taffettwa l-ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, permezz tal-Cleaner Technology Centre iżomm ruħu aġġornat fuq teknoloġiji ġodda. Barra minn hekk, iċ-ċentru jagħti pariri lill-Industrija fuq teknoloġiji ndaf, jiġifieri dawk li huma ta' l-inqas dannu għall-ambjent.
Leg 9 PQ #26525 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tal-Biedja u Sajd

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri għas-sena 2000 ta' kemm kienu a) l-bdiewa 1) full-time 2) part-time b) l-impjegati tad-Dipartiment tal-Biedja u Sajd totali u skond il-grad tagħhom

Response (ZAMMIT, NINU)

a) F'Diċembru 2000 in-numru tal-bdiewa full time reġistrati ma l-ETC kienu 1,791 u dawk part time li għandhom part time biss kienu 712. Eluf oħra jaħdmu raba part time barra x-xogħol full time regolari tagħhom. b) L-impjegati ta' dawn iż-żewġ Dipartimenti, fl-aħħar tas-sena 2000, kienu hekk: Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 721 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura 51
Leg 9 PQ #26526 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MIC

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward (i) in-numru ta' skejjel primarji, sekondarji (stat, knisja, privati) (ii) numru ta' studenti (totali) li talbu biex isiru taħditiet mill-MIC? (iii) Kemm perċentwali tat-tfal kollha li setgħu kienu targeted jammonta din l-exposure?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26527 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid rigward it-taħditiet li qed jagħmlu l-MIC fl-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm iddum kull sessjoni? (ii) x'inhuma s-suġġetti li jiġu diskussi? (iii) jekk dawn ikun ripetuti u jekk iva, kemm-il darba?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26528 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

European Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti għażlu l-European Studies - kemm jagħmel perċentwali ta' dawk li possibilment setgħu għażlu dan is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jitkompla x-xogħol f'dawn it-toroq peress li waqaf bla raġuni i) Triq Bieb is-Sultan ii) Triq il-Berebies ġewwa Ħaż-Żabbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-proċess biex isir expropriation ta' l-art li trid tittieħed f'Bieb is-Sultan għadu għaddej u għalhekk ix-xogħol ma jistax jitkompla għalissa. Il-kuntratt għax-xogħol fi Triq Berebies kien intrebaħ mill-kumpanija Roads Group u li d-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel l-arranġamenti biex ix-xogħol ikun jista' jitwettaq.
Leg 9 PQ #26495 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Quality Control

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet s'issa u x'kienu r-riżultati u l-ispiża fuq animali għall-marda tal-BSE? X'inhija r-rata tal-false positives u/jew false negatives għal dan it-test u fejn isir il-quality control fuq l-istess test?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac f'dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar 1) Sqaq Bursett 2) Triq G. Micallef 3) Triq Alofju WIgnacourt u toroq oħra mhux asfaltati f'din iz-zona?

Response (GALEA, ĊENSU)

Bħalissa hemm kuntratt għax-xogħol fi Triq Bieb is-Sultan u Triq Berebies filwaqt illi qed issir l-expropriation biex Triq A. Wignacourt tkun tista tinfetaħ. Xogħolijiet fit-toroq l-oħra imsemmija isiru skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu quddiemu d-dipartiment.
Leg 9 PQ #26455 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Triq San Frangisk

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 10890 Seduta 168 (deher 1-11-1999), jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex issir sistema ta' drenaġġ fi Triq San Frangisk, Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol sar madwar erba' xhur ilu.
Leg 9 PQ #26490 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar ingaġġ ta' impjegati ġodda mal-Korporazzjoni Freeport mill-1/1/01 sal-lum fil-gradi kollha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' jannar u l-15 ta' Ġunju ta' din is-sena ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport Corporation Ltd.
Leg 9 PQ #26492 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri u x'policy se jaddotta l-Gvern rigward il-prezz tal-ħxejjex lokali ġaladarba pajjiżna jsir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #26493 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-kamra b'dak li qed isir bejn l-imsieħba soċjali rigward il-futur tal-pensjonijiet f'pajjiżna? JIsta' jgħid jekk l-MFSC hijiex qed tikkordina mal-Għaqdiet tal-konsumatur rigward il-bejgħ ta' Life Policies u Pension Schemes Privati

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn għandu x'jaqsam l-MFSC, iċ-Ċentru wasal biex jiffinalizza abbozz dwar ir-Retirement Investment Funds, li huma aktar indirizati lejn kumpanniji u entitajiet simili, milli lejn individwi. L-MFSC torganizza diversi seminars u attivitajiet oħra pubbliċi, li jkunu miftuha għal kulħadd u li jservu bħala okkazzjoni ta' konsultazzjoni mal-partijiet kollha interessati li jipparteċipaw.
Leg 9 PQ #26494 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-Żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna l-Kamra rigward il-pjani tal-Gvern dwar it-tħaffir għaż-żejt fil-futur qarib? Jista' jagħti informazzjoni rigward ir-relazzjoni ma' pajjiżi ġirien f'din il-materja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Tingħata informazzjoni meta jkun hemm żviluppi konkreti.
Leg 9 PQ #26043 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Task Force

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi se jintbgħatu s-suldati f'dik li hu committment ta' Malta fil-European Task Force? Kemm hemm membri ta' l-Armata li urew ix-xewqa li volotarjament jagħmlu parti min din il-forza?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-wegħda li tat Malta b’konnessjoni mar-“Rapid Reaction Force” qegħda ssir fuq il-bażi ta’ żewġ kundizzjonijiet primarji, jiġifieri: a. Li l-operazzjoni militari mmexxija mill-Unjoni Ewropeja tkun approvata mill-Ġnus Magħquda u l-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u Koperazzjoni fl-Ewropa. b. Li s-suldati Maltin jieħdu sehem biss f’missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ, u jagħmlu dan b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Forzi Taljani. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li n-numru ta’ suldati li jixtiequ jieħdu sehem f’dawn l-operazzjonijiet hu ikbar milli fil-fatt hu meħtieġ.
Leg 9 PQ #26044 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-complement preżenti ta' pulizija (kuntisstabbli) u x'inhuma dak proġettati? Jista' jagħti informazzjoni dwar il-complement ta' gradi ta' surġenti u spetturi u x'inhuma n-numri li suppost hemm fil-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,391 Kuntistabbli, 274 Surġent u 69 Spettur fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi bħalissa fl-Akkademja tal-Pulizija hemm 33 rekluti jattendu kors ta` taħriġ għal ingaġġ bħala Kuntistabbli. Hemm ukoll 80 Kuntistabbli li qed jattendu kors għal eżami ta` promozzjoni għal Surġent, filwaqt li hemm ukoll 19-il Uffiċjal Kadetti.
Leg 9 PQ #26045 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Ġnien Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid min-naħa tad-Dipartiment tal-Ambjent x'inhuma jew x'se jkun l-input fil-Ġnien Pubbliku / Masġar biswit is-Swar / Guidle Road f'Ħaż-Żabbar? X'inhu jżomm milli jsir dan il-proġett inħejji mill-Kunsill Lokali, Zabbar snin ilu, min-naħa tad-Dipartiment ta' l-Ambjent/Xogħolijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kontribut tal-Ministeru għall-Ambjent ser ikun il-preparazzjoni mill-ġdid ta' l-offerta għall-kostruzzjoni tal-ħajt li jdawwar il-ġnien b'ċint baxx u ħadid, mat-tul ta' Girdle Road (issa msemmija Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa;) kif ukoll diversi xogħlijiet ta' tindif, bini ta' ħitan tas-sejjieħ u bankijiet ġewwa l-masġar innifsu. Ix-xogħol fuq dan il-proġett waqa' lura minħabba diversi diffikultajiet mhux previsti li nqalgħu.

Ħaż-Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar? (i) Triq il-Għasel (ii) Wesgħa Alofju Wignacourt (iii) Triq Ġużeppi Micallef

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 24304 u 24364.