Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta twaqqfet sal-lum, x'rapporti u xi pjani ta' azzjoni ħejjiet il-Management Efficiency Unit? Fiex waslu f'dik li hi implimentazzjoni d-diversi inizjattivi li ħadet l-MEU?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li x-xogħol li għamlet l-MEU minn Jannar
1997 'l hawn kien ikkummissjonat jew mill-Prim Ministru jew
mis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru;
jew minn Segretarji Permanenti fil-ministeri l-oħra; jew
inkella minn tlett Kumitati tal-Kabinett li kienu ġew
imwaqqfa dwar oqsma differenti tas-servizz pubbliku mill-
Amministrazzjoni preċedenti.
Ix-xogħol tal-MEU huwa dak ta' konsulenza u mhux ta'
inizjattiva u sta għall-operaturi l-oħra tal-Gvern li ssir
l-implimentazzjoni.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-
inizjattivi u proġetti li ħadet sehem fihom l-MEU bejn id-
19 ta' Jannar 1997 sat-30 ta' Novembru 1998.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1539, jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata l-iskola u lit-tifel in partikolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Welfare tad-Diviżjoni ilu jsegwi dan it-tifel mis-sena l-oħra. Isiru żjarat regolari fid-dar biex ikunu magħrufa l-bżonnijiet tat-tifel. B'hekk jiġi mgħejjun aħjar fl-iskola.
L-iskola qed tagħmel kull sforz biex tgħin lit-tifel mil-lat akkademiku. Kull meta jkun possibbli t-tifel qed jingħata wkoll għajnuna ndividwali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal u żgħażagħ fl-iskola San Miguel? Kemm hemm għalliema, facilitators, kindergarten assistants, nurses, persuni tal-manutenzjoni, ġardinara, purtinara, sewwieqa? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm qed jirrapportaw għax-xogħol u jibqgħu jagħtu l-ġurnata xogħol tagħhom kif suppost?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat kif ġej:
SKOLA SAN MIGUEL - ST ANDREWS
Studenti 44
Għalliema 6 + 3 Peripatetic
Facilitators 0
Kindergarten Assistants 16
Nurses 2
Persuni tal-Manutenzjoni 3
Ġardinara 1
Purtinara 2
Sewwieqa 5
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija tlabt lid-Direttur Ġenerali biex jinvestiga hemmx nuqqasijiet f'dan is-sens u fil-każ jieħu l-passi.
Matul is-sajf li ġej, jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat kuljum u b'liema rata kull siegħa se jitħallsu l-istudenti universitarji fix-xogħol tas-sajf peress li għall-1999 il-Gvern qed jivvota Lm544,000 biss f'line item 4003 Student's Remuneration for Summer Projects?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li huwa stipulat li l-istudenti universitarji jridu jaħdmu 20 siegħa fil-ġimgħa u se jitħallsu bir-rata ta' Lm129.83 fix-xahar, ġala darba li din ir-rata tiġi approvata mill-Finanzi fuq l-għoli tal-ħajja.
Rigward is-somma ta' Lm544,000 li qed tiġi vvutata f'line item 4003 (Student's Remuneration For Summer Projects) din ġiet kalkolata fuq is-somma li ntefqet attwali din is-sena b'xi żieda żgħira. L-ammont definit jista' jsir magħruf biss wara s-sajf meta d-Diviżjoni jkollha r-riżultat ta' kemm studenti fil-fatt ikunu iddeċidew li jieħdu din l-offerta.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jitrasferixxi lejn il-Bibljoteka il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li bħalissa qiegħed fir-Registry peress li fir-Registy m'hemmx bżonnu, waqt li fil-Bibljoteka jinħass ħafna l-bżonn ta' aktar persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Inħoss li għandi noqgħod fuq il-pariri li qed ningħata, fis-sens li s-servizzi tal-persuna indikata huma konsidrati bħala essenzjali fix-xogħol tar-Registry tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema organizzazzjonijiet qed jikkonsidraw id-dokument imsemmi f'mistoqsija parlamentari numru 1225? Meta se jlestu x-xogħol tagħhom? Meta huwa maħsub li l-proċeduri jidħlu fis-seħħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Jidhirli li diffiċli jirriżulta li kull ma kien jonqsu dan id-dokument, dwar proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każijiet ta' suspett ta' tfal abbużati, kien li jidħol fis-seħħ. Ħassejt li jonqos proċess ta' konsultazzjoni mal-Ministeru tal-Politika Soċjali. Naf li d-dokument ġie konsidrat mit-Taqsima Ippjanar tal-Ministeru u mit-Taqsima għall-Protezzjoni tat-Tfal ta' l-SWDP. Jonqos konsultazzjoni mal-MUT. Nikkonsidra aktar progress dwar il-materja meta nirċevi l-kummenti u l-pariri mill-organizazzjonijiet li semmejt.
Peress li fid-29 ta' Ġunju, 1998 il-ġurnal The Times irrapportatek li għidt li l-prezzijiet ta' l-ilma u d-dawl se jerġgħu lura għal kif kienu qabel il-Budget 1998, tista' jekk jogħġbok tgħid għaliex għal xhur sħaħ ma sar xejn biex jiġi kkoreġut dan ir-rapport li permezz tiegħu ħafna fehmu li l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma kienu se jerġgħu lura kif kienu qabel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dak li għidt jiena tul il-kampanja elettorali dwar traħħis
fir-rati tad-dawl u ilma u kif għamilhom il-Gvern li tiegħu
l-Onor Interpellant kien Ministru, kien magħruf biż-żejjed
kif jixhdu, fost oħrajn artikoli miktuba mill-kollega ta' l-
Interpellant l-Onor Leo Brincat.
Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk hemmx xi żvilupp fil-każ ta' l-impjieg ta' l-ex segretarju tal-Kabinett Joe Zammit peress li sal-lum dan għadu ma ngħatax xogħol? Meta se jingħata xogħol?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija
Numru 778.
Jista' l-Ministru jara li l-koppja anzjana li toqgħod fl-indirizz li qed jintbagħat separatament tiġi kkonsidrati biex tmur tgħix fid-dar ta' l-anzjani fl-Imtarfa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li ma ngħatax l-isem tal-persuna, mhux possibbli li tingħata risposta għax ma tistax tiġi identifikata fir-rekords tad-Dipartiment.
7.12.98
Issa li se jiġi aġġornat il-Pjan ta' Struttura, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex l-ispazju miftuħ li hemm ħdejn Triq il-Miżura, Swieqi, jibqa' green area biex eventwalment jiġi żviluppat f'faċilitajiet komunitarji għar-residenti tas-Swieqi?
Response (BORG, TONIO)
Napprezza jekk l-Onorevoli Membru jindika fuq site plan l-area li qiegħed jirreferi għaliha, u jgħaddiha lili ħalli l-proposta tiegħu tiġi kunsidrata waqt ir-reviżjoni tal-Pjan.
07.12.98pm
Peress li qed jiżdiedu l-għadd ta' tfal li għandhom bżonn għajnuna għax għandhom id-dyslexia, jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex jiżdiedu s-servizzi, biex jiżdiedu l-faċilitajiet u biex jitħarrġu iżjed għalliema f'dan il-qasam? Jista'l-Ministru jara li għallinqas il-kamra li hemm ħdejn iċ-ċentru fil-Furjana bħalissa tiżdied maċ-ċentru biex jikber l-ispazju u jintlaħqu iżjed tfal bid-dyslexia?
Response (GALEA, LOUIS)
Naqbel ma' l-Onor. Kollega li għad fadal ħafna x'isir biex tfal bħal dawk imsemmija jingħataw edukazzjoni ta' kwalita' kif hu dritt tagħhom u tal-ġenituri tagħhom. Beħsiebni nibda l-ħidma għat-twettiq ta' pjan ta' ħidma f'dan il-kamp b'seminar li fih ser jieħdu sehem l-għalliema involuti, il-ġenituri tat-tfal, l-Assoċjazzjoni li tinteressa ruħha f'dan il-qasam u l-awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' -Edukazzjoni. Diġa' approvajt li żewġ għalliema jintbagħtu barra għal taħriġ speċjalizzat. Il-kwestjoni immedjata ta' l-ispazju qed tiġi trattata mid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni. Naħseb li servizz kif suppost ikollu bżonn sew aktar mill-kamra li għaliha qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid xi drittijiet għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha li joqogħdu fl-istess indirizz għal allowance peress li tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet nfurmata bid-drittijiet tagħha u dan b'ittra tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tas-26 ta' Novembru 1998.
7.12.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta twaqqfet sal-lum, x'rapporti u xi pjani ta' azzjoni ħejjiet il-Management Efficiency Unit? Fiex waslu f'dik li hi implimentazzjoni d-diversi inizjattivi li ħadet l-MEU?
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li ġew jagħmlu f'pajjiżna żewġ persuni mill-World Bank u l-IMF minn Settembru 1998 'l hawn? X'kien il-ġudizzju tagħhom fuq is-sitwazzjoni finanzjarja fil-pajjiż? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom dwar passi rimedjali għas-sitwazzjoni finanzjarja
Response (DALLI, JOHN)
Kif għedt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1149, ma` l-espert mill-Bank Dinji, li hu ekonomista ewlieni, iddiskutejna t-tibdil meħtieġ fir-rappurtar ta` l-istatistika finanzjarja biex dan ikun konformi mal-prattika internazzjonali u biex inkunu f`qagħda aħjar li naraw b`mod ċar u trasparenti d-diffetti strutturali fil-finanzi pubbliċi tagħna. Minn dan l-eserċizzju bdilna l-mod tal-preżentazzjoni tal-fond konsolidat kif ippreżentajnih fl-aħħar budget.
Ma` l-espert l-ieħor, li hu ekonomista rtirat li qabel kien jaħdem mal-Fond Monetarju Internazzjonali, iddiskutejna d-dħul mill-ġdid tat-taxxa fuq il-konsum.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jerġa' jieħu lis-sinjuri li isimhom qed jintbagħat separatament li jaħdmu t-tarzna, lura lejn l-iskola primarja f'Tas-Sliema, fejn kienu jagħmlu ħafna xogħol siewi sa Settembru 1998, peress li anke bid-dħul ta' part-time cleaner il-problemi f'din l-iskola se jibqgħu mingħajr ix-xogħol tajjeb li kienu jagħmlu dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt infurmat li dawn il-persuni ġew irtirati mid-Dipartiment mill-Awtoritajiet tat-Tarzna ser nistħarreġ il-proposta ta' l-Onor. Membru.
Jistgħu jittieħdu passi mill-pulizija biex ma jħallux il-bougamvilla ta' barra r-ristorant (Rebecca) fi Triq it-Tagħam, fil-Mellieħa tkompli tingombra l-bankina u toħloq inkonvenjent għal min jgħaddi u għal ġirien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ttieħdu l-passi meħtiega biex dan l-inkonvenjent jitneħħa.
07.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'awtorizzazzjoni għandu ċertu persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li wara l-ħin tax-xogħol imur fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex jieħu karozza u jagħmel użu permanenti minnha?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li ma ingħata awtorizzazzjoni lill-ebda persuna biex tagħmel użu permanenti minn karozza fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, imma ingħataw struzzjonijiet biex il-karozzi tat-Taqsima tal-maintenance jintużaw minn impjegati u f'ħinijiet skond l-eżiġenzi, u ma jibqgħux jintużaw esklussivament mill-istess persuni. Fil-fatt il-persuna in kwistjoni użat, wara l-ħin tax-xogħol, waħda mill-karozzi għal xogħol tat-Taqsima tal-Maintenance u wara irritornatha lura lill-inkarigat mit-Taqsima.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tkompli tiġi mħaddma l-iskema bi sħab bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-kunsilli lokali għal xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel statali? Liema skejjel u liema kunsilli lokali se jkunu f'din l-iskema matul l-1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Hemm il-ħsieb li tkompli tiġi mħaddma l-iskema bi sħab bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Kunsilli Lokali għal xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel statali.
L-iskejjel kollha li fihom għad hemm il-bżonn ta' aktar manutenzjoni, se jkunu f'din l-iskema. Dan it-tagħrif għadu qed jinġabar.
Il-Kunsilli Lokali li juru x-xewqa li jieħdu sehem, huma milqugħa. Dawn ikunu magħrufa aktar tard, lejn il-bidu tas-sena 1999.