Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Minn Settembru, 1998 sa Frar, 1999 separatament: 1) jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu meta kienu wkoll qed jirreġistraw għax-xogħol? Fl-istess żmien, kemm inqabdu barranin jaħdmu Malta meta dawn ma kellhomx permess ta' xogħol? 2) X'kien ix-xogħol li kienu qed jagħmlu? Fil-każ ta' (1) x'passi ttieħdu? Fil-każ ta' (2) x'passi ttieħdu kontra l-barranin u kontra dawk li mpjegawhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 27.4.99

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li huma reġistrati li jaħdmu biss bħala part-time? Kemm minnhom huma nisa? Kemm hemm persuni li minbarra x-xogħol prinċipali tagħhom jagħmlu wkoll xogħol part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-Numru ta' persuni li kienu reġistrati li jaħdmu biss bħala part-time fl-aħħar ta' Jannar 1999 kien ta' 13,756. Minn dawn 8,404 kienu nisa. Kien hemm ukoll 16,323 persuna li minbarra x-xogħol prinċipali tagħhom kienu jagħmlu wkoll part-time. 27.4.99
Leg 9 PQ #5290 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Sidien ta' ħwienet — Riċevuti fiskali

Question

Matul Jannar u Frar separatament, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm inqabdu każi ta' nuqqas ta ħruġ ta' riċevuta fiskali, 2) nuqqas ta' ħruġ ta' riċevuta fiskali minkejja li nżammet il-VAT, 3) nuqqas li jinżamm il-VAT? Liema kienu l-lokalitajiet fejn saru xi nuqqasijiet? X'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` każi li nqabdu ta` nuqqas ta` ħruġ ta` rċevuti fiskali kien: Jannar 12 u Frar 61. Minn dawn, 21 kienu jinvolvu stabbilimenti li normalment ibiegħu prodotti jew servizzi taxxabbli, 9 li normalment jbiegħu prodotti jew servizzi eżenti u 43 li normalment ibiegħu prodotti jew servizzi kemm taxxabbli u kemm eżenti. Il-lokalitajiet involuti kienu: Ħ`Attard, B`Bugia, B`Kara, Bormla, Buġibba, Furjana, G`Mangia, Gudja, Gżira, Ħamrun, M`Scala, M`Xlokk, Mosta, Mqabba, Naxxar, Paola, Qormi, Rabat, San Gwann, Sliema, San Pawl il-Baħar, Sta. Venera, Ta` Qali, Tarxien, Valletta, Żabbar, Żebbuġ u Żurrieq. Il-każijiet kollha ġew referuti biex jittieħdu passi bil-Qorti kontra l-persuni nvoluti.
Leg 9 PQ #5291 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm jeżisti fil-Ħabs biex jiġu riformati priġunieri, speċjalment dawk li jkunu qed jiskontaw sentenza għall-ewwel darba?

Response (BORG, TONIO)

Bl-introduzzjoni tar-Regolamenti ta' l-1995 dwar il-Ħabs, f'Ottubru 1995, il-priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ingħataw il-possibilita' jsegwu programmi li jgħinuhom jirriformaw. Ġie ntrodott il-Prison Leave biex dawk il-priġunieri li jkunu eliġibbli, jkunu jistgħu jattendu funzjonijiet reliġjużi tal-familjari tagħhom bħal ma huma magħmudijiet, preċetti, griżmi etċ; iżuru qrabat li jkunu rikoverati l-isptar jew li minħabba mard ma jkunux jistgħu joħorġu minn djarhom; jagħmlu xogħol komunitarju; jattendu programmi ta' rijabilitazzjoni mid-droga; u biex fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza tagħhom ikunu jistgħu jaħdmu f'xi mpjieg jew jirċievu tagħlim jew taħriġ jew biex xort' oħra jiġu mgħejjuna fit-transizzjoni mill-ħajja tal-ħabs għal dik ta' barra. F'Ottubru 1995, għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta, infetħet diviżjoni ġdida fil-Faċilita' biex dawk il-priġunieri li jkollhom il-vizzju tad-droga jkunu jistgħu jsegwu programm imfassal apposta biex jirriformaw ruħhom minn dan il-vizzju. Aktar tard, din id-diviżjoni ġiet trasferita l-Imtaħleb u fil-preżent hemm sittax-il priġunier li qed jattendu dan il-programm. Kien ukoll sar ftehim ma' l-Agenziji Sedqa u Caritas biex priġunieri jkunu jistgħu jattendu programm ta' din ix-xorta organizzat minn dawn l-aġenziji. F'Awissu 1996, infetħet diviżjoni għaż-żgħażagħ biex dawk il-priġunieri ta' eta' tenera jiġu sseparati mill-kumplament tal-priġunieri l-oħra u jkunu jistgħu jagħmlu programm imfassal apposta għalihom. Fil-preżent hemm ħdax-il priġunier f'din id-diviżjoni, pero' n-numru ser jiżdied fil-futur immedjat hekk kif tinfetaħ il-wing il-ġdida. Ġew impjegati diversi għalliema part-time taħt is-superviżjoni ta' żewġ ko-ordinaturi mpegati full time, biex il-priġunieri jingħataw il-faċilita' li jitgħallmu diversi suġġetti fosthom l-Ingliż, Taljan, Malti, Matematika, Kompjuter u suġġetti oħra. Il-priġunieri għandhom ukoll il-faċilita' ta' gym u qed jiġu organizzati attivitajiet sportivi, bħal logħob ta' futbol anke ma' timijiet minn barra l-Faċilita'. Hemm ukoll il-faċilita' ta' librerija. F'Ottubru 1996 ġiet introdotta s-sistema tal-'Work and Pay' li biha, dawk il-priġunieri li jagħmlu xi xogħol fil-Faċilita', jingħataw ħlas addizzjonali ta' żewġ liri fil-ġimgħa. Il-klassifikazzjoni aħjar tal-priġunieri bil-bini tal-kompless ġdid għandu jkompli jsaħħaħ din ir-riforma. 27.04.99
Leg 9 PQ #5293 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Board — Fondazzjoni Eden

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-preżenza tal-Fondazzjoni Eden fl-Istatementing Board qed titqies bħala unethical u li tikkostitwixxi konflitt ta' interess? Jekk l-istess kriterji se jintużaw biex ikejlu preżenza ta' nies oħra f'dan il-board, jista' l-Ministru jgħid min se jispiċċa ġewwa u min se jispiċċa barra minnu? Huwa daqshekk impossibbli li nies ta' għaqdiet differenti jaħdmu flimkien għall-ġid tal-persuni b'diżabilita'? Għaliex ċerti individwi f'dan il-bord jsibuha daqshekk diffiċli li jrażżnu l-passjoni u l-preġudizzji partiġġani tagħhom u jridu jwarbu dak li sar mill-gvern preċedenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Nassigura lill-ħabib tiegħi li f'dawn is-sitwazzjonijiet m'hemmx ta' ġewwa jew ta' barra. Jien fiduċjuż li kull min jieħu sehem f'dan il-Bord, inkluż l-Eden Foundation, qed jagħmlu dan għax jemmnu bis-sħiħ fil-politika dwar edukazzjoni inklussiva. L-Onor. Kollega jaf li fuq dan is-suġġett jista' jkun hemm veduti differenti dwar kif u b'liema ritmu għandha tiġi mplimentata din il-politika. Il-membri tal-Bord jirrappreżentaw dixxiplini u orjentamenti differenti li jridu jiġu mlaqqa' flimkien permezz tad-djalogu u mhux b'xi imposizzjoni frott ta' nuqqas ta' paċenzja jew ftehim. Hija inġustizzja, (għandi għax naħseb frott ta' misinformazzjoni) li xi membru ta' l-iStatementing Board jiġi akkużat li għandu xi passjoni jew preġudizzju partiġġjan li jrid iwarrab xi ħaġa li sar mill-Gvern preċedenti. Il-policy tiegħi hi li nsaħħaħ it-tajjeb li nsib. Hekk ukoll isir f'dan il-qasam.
Leg 9 PQ #5142 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Luqa - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-iskola primarja ta' Ħal-Luqa? Se jsir l-iżvilupp meħtieġ peress li din l-iskola tħalliet is-snin taqa' lura u żgur li hemm bżonn titkabbar u tiġi rranġata sew? Is-sena d-dieħla se jkollha fejn takkomoda lit-tfal li se jibdew il-ħajja skolastika tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mhux qed tara li ser ikun hemm problemi biex takkomoda lit-tfal li ser jibdew il-ħajja skolastika tagħhom is-sena d-dieħla. Barra minn hekk ser jibdew diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar kif u meta ser jiġi mplimentat l-iżvilupp meħtieġ.
Leg 9 PQ #5192 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Adrian Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-programm ta' xogħol fuq il-bini tal-Junior Lyceum tal-Bniet Sir Adrian Dingli? Kif sejjer ix-xogħol skond il-pjan? X'se jkun lest din is-sena u kemm hu maħsub li jintnefaq? X'se jkun ippjanat li jsir f'din l-iskola fis-snin 2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni ta' l-awditorju filwaqt li xogħlijiet strutturali u ta' "first and second fix" għar-rigward ta' servizzi elettriċi fis-"Central Core" tlestew. Sadanittant fil-preżent hemm ippubblikata offerta għal xogħlijiet ta' finitura għall-istess Awditorju u Central Core. S'issa x-xogħol huwa miexi skond il-pjan. Informat ukoll li fl-aħħar ta' din is-sena hu antiċipat li jkunu lesti l-ewwel u t-tieni sular tas-Central Core minn kollox biex jibdew jintużaw f'Jannar 2000. B'kollox hu maħsub li jkunu ntefqu madwar Lm350,000 fuq dan il-proġett tul din is-sena. Fis-snin 2000 u 2001 hu antiċipat li jitlestew xogħlijiet fuq it-triq fi ħdan din l-iskola kif ukoll il-bini ta' boundary wall madwarha filwaqt li żewġ blokki minn erbgħa jkunu kompletament riabilitati filwaqt li jkun ingħata bidu għar-riabilitazzjoni taż-żewġ blokki l-oħra kif ukoll għal dawk li huma xogħlijiet ta' landscaping.
Leg 9 PQ #5193 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti post-sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti post-sekondarji i) tfajliet u ii) ġuvintur li bħalissa qed jattendu kors f'dawn l-istituzzjonijiet: a) Istitut Tekniku MA Sapiano, b) Istitut Tekniku Għawdex, c) Fellenberg, d) Skola Segretarjali, e) Kulleġġ tal-Biedja, f) Kulleġġ Arti u Disinn, g) Prevocational, h) Hairdressing u i) Healthcare M. Theresa, Msida?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti maqsumin bejn nisa u rġiel li qegħdin isegwi kors fl-istituzzjonijiet imsemmija hu kif ġej: ISTITUZZJONIJIET NISA IRĠIEL TOTAL Istitut Tekniku M.A. Sapiano 12 617 629 Istitut Tekniku Għawdex 0 44 44 Fellenberg 4 144 148 Skola Segretarjali 120 0 129 Skola Segretarjali (Għawdex) 28 9 37 Kulleġġ tal-Biedja 6 26 32 Kulleġġ Arti u Disinn 32 39 71 Prevocational (Għawdex) 18 17 35 Hairdressing 164 12 176 Pre School Education 58 0 58 Healthcare, M. Theresa, Msida* 141 69 210 TOTAL 583 986 1569 *Prevocational (Malta) F'Ottubru li għadda kien hemm total ta' 8033 student (3791 nisa u 4242 raġel) li qegħdin isegwu kors f'istituzzjonijiet ta' l-istudji Ogħla jew Edukazzjoni Vokazzjonali.

Levies — Eżenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' eżenzjonijiet mil-levies li qed jistennew l-awtorizzazzjoni tal-Ministru? Kemm akkumulaw minn dawn it-talbiet għall-eżenzjoni tul Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998 u Jannar u Frar 1999? F'liema oqsma qed isiru t-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent hemm 13-il applikazzjoni li qed jistennew l-eżenzjoni msemmija. Mija u tmien (108) applikazzjoni oħra bħalissa qed jiġu pproċesssati mid-Dipartiment ta' l-Industrija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fit-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #5285 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċident tat-traffiku

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Maġistrat Giovanni Grixti fil-Qorti ta' Għawdex li imputat mix-Xagħra seta' ġie ffrejmjat minn tliet membri tal-Korp tal-Pulizija wara inċident tat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex dan il-każ jiġi nvestigat? Min qed jinvestiga l-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant qed jiġi nvestigat mis-Supretendent ta' Għawdex. 26.04.99
Leg 9 PQ #5286 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ilmenti kontra membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames xhur - Settembru sa Frar - kemm saru ilmenti kontra membri tal-Korp tal-Pulizija mill-pubbliku? Jista' l-Ministru jelenka x'kienu dawn l-ilmenti? X'passi ttieħdu fuqhom? Min investiga l-ilmenti? Kemm mill-ilmenti ġew deċiżi u f'kemm-il każ instab li l-pubbliku kellu raġun?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998, u Frar 1999, kien hemm 73 ilment mill-pubbliku kontra membri tal-Korp tal-Pulizija. 41 ilment kienu dwar nuqqas ta' servizz mogħti lill-pubbliku mill-membri tal-Korp, filwaqt li l-kumplament kienu dwar reati kontra d-dixxiplina, ksur ta' liġi jew nuqqas ta' nfurzar tal-liġi. Dawn l-ilmenti jiġu nvestigati minn fizzjali tal-Korp u mill-47 ilment li l-investigazzjoni dwarhom ġiet konkluża, irriżulta li 9 minnhom kienu ġustifikati. 26.04.99
Leg 9 PQ #5136 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Mill-bidu tas-sena skolastika s'issa kemm kien hemm studenti: 1) fl-iskejjel primarji; 2) fl-iskejjel sekondarji (inkluż ex-opportunity centres and trade schools) li s'issa għadhom qatt m'attendew skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru qed jagħti attenzjoni partikolari biex jevalwa u jitratta l-problema ta' l-assenteiżmu ta' studenti fl-eta' obbligatorja għall-edukazzjoni. Każi ta' assenteiżmu jaqgħu fis-sezzjoni tal-Welfare għax il-parti l-kbira ta' l-informazzjoni tikkonċerna każijiet soċjali li jirrikjedu intervent ta' natura soċjali. Tlabt li jsir eżerċizzju fl-iskejjel u rriżulta li n-numru ta' tfal li ma narrux skola din is-sena skolastika jew li attendew ftit ferm hu kif ser ngħid: Isem tal-Iskola Qatt ma Qatt ma Qatt ma Total attendew attendew b' attendew u ċertifikat ġieli mediku ppreżentaw ċertifikat mediku Maria Assumpta 29 6 1 36 Bormla Girl's Secondary 32 4 4 40 New CEntre Girls Ħamrun 22 2 24 BNIET (Total) 83 12 5 100 Boys' School Floriana 11 11 Boys' School Naxxar 10 5 15 Trade School Naxxar 12 13 7 32 SUBIEN (Total) 33 18 7 58 TOTAL 116 30 12 158 Diġa' qed isir xogħol fil-Ministeru biex nassiguraw li l-istrutturi meħtieġa jissaħħu, u jaħdmu f'koordinament ħafna akbar ma' taqsimiet oħra f'Ministeri oħra.
Leg 9 PQ #5137 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1998 sa Frar 1999 x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-istudenti fl-iskejjel sekondarji statali tal-bniet u s-subien ta' Malta u Għawdex skola b'skola (inkluż ex-opportunity centres u trade schools)? Jista' jpoġġi kopja ta' l-istatistika fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja ta' l-istatistika mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5138 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Valletta — Monti

Question

Minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, jista' jgħid kemm-il darba l-pulizija ssorveljat il-Monti li jintrema fil-Belt Valletta u ħadet passi dwar tfal żgħar li suppost ikunu l-iskola u minflok ikunu qed jaħdmu fuq il-Monti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-ġranet li jitrama' l-Monti tal-Belt dejjem ikun hemm Pulizija assenjat xogħol f'dan il-post li jissorvelja kontinwament li ma jkunx hemm tfal żgħar jaħdmu fuq il-Monti. B'danakollu nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu xi nformazzjoni rigward xi każ partikolari jinformani b'mod kunfidenzjali. 29.03.99
Leg 9 PQ #5139 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU — Amministrazzjoni pubblika

Question

Peress li l-Kummissjoni Ewropea tesprimi n-nuqqas ta' sodisfazzjon tagħha dwar l-amministrazzjoni pubblika lokali fir-rapport aġġornat tagħha li għadu kemm ħareġ, x'xogħol sar mill-1990 sal-1996 biex is-servizz ċivili jiġi ppreparat għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sa mill-1990, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Public Service Reform Commission, bdiet isseħħ riforma fis-Servizz Pubbliku li ġie kompletament mibdul fi strutturi aktar omoġenji u flessibbli. Dan kollu sar bi ftehim u qbil mar- rappreżentanti tal-ħaddiema. Il-bidla kbira li saret fil-Ministeri u d-dipartimenti fil- qasam ta' l-informatika sa minn kmieni fid-disgħinijiet għamlet lis-Servizz Pubbliku aktar modern u effiċjenti. Matul dawn l-aħħar snin sar kambjament ukoll fil-qasam tat- taħriġ għall-impjegati, kemm f'Malta kif ukoll barra, f'oqsma u speċjalitajiet diversi.
Leg 9 PQ #5140 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Skwadra marittima

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar sal-lum x'tibdil sar fis-sistema ta' xiftijiet u ħlasijiet ta' allowance fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati? Fiex jikkonsisti dan it-tibdil? Għaliex sar dan it-tibdil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li fl-iskwadra Marittima, mill-1 ta' Frar 1999, beda jseħħ tibdil fis-sistema ta' xiftijiet imħaddma mill-ekwipaġġi tal-patrol boats żgħar u mis-suldati li jagħmlu xogħol ta' sigurta'. Dan it-tibdil sar wara studju bir-reqqa fl-istess Skwadra, li l-għan tiegħu kien li tiżdied l-effiċjenza. Permezz ta' dan it-tibdil, il-manutenzjoni tad-dgħajjes iż- żgħar qiegħda ssir b'aktar regolarita' u l-ekwipaġġi ta' dawn id-dgħajjes qegħdin jattendu għal taħriġ ta' rutina mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jidħlu xogħol ta' spiss fil- ħin liberu (Off duty) tagħhom. Ġie stabbilit ukoll numru ta' suldati li xogħolhom hu biss fuq sigurta' tal-Bażi. Permezz tas-sistema l-ġdida, l-ekwipaġġi tad-dgħajjes huma inqas involuti fix-xogħol ta' sigurta u għalhekk qegħdin jiddedikaw aktar ħin għall-manutenzjoni u xogħol fuq il- baħar. Jien infurmat li dan it-tibdil ma kkawżax differenza sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas ta' allowances.
Leg 9 PQ #5141 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsaxlokk — Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' Marsaxlokk? Se jitkompla? Għaliex waqaf? Qed jiġu kkonsultati l-Kap u l-Kunsill Skolastiku dwar it-tkomplija ta' dan il-proġett? Kemm saru laqgħat ma' dawn? Il-Ministru konxju li bħalissa hemm periklu għat-tfal minħabba li x-xogħol tħalla nofs leħja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratti li ngħataw għal xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta' Marsaxlokk intlaħaq il-valur tagħhom u għaldaqstant dawn qegħdin jiġu magħluqa ħlief għal dak tar-"Resurfacing" li sejjer jitkompla la darba jitlestew xogħlijiet oħra li l-offerti għalihom qegħdin jiġu ppreparati għall-pubblikazzjoni eventwali tagħhom. Fil-preżent il-Kap ta' l-Iskola għandu abbozz ta' dawn l-offerti u qiegħed jiġi kkonsultat b'mod regolari.
Leg 9 PQ #4937 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola San Miguel — Hydrotherapy pool

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa b'kollox il-hydrotherapy pool li hemm fl-iskola San Miguel f'Saint Andrews u għaliex dan il-pool għadu mhux qed jintuża mit-tfal b'diżabilita? Hemm il-ħsieb li xi darba dan il-pool ikun fi stat li jintuża? Meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4982.
Leg 9 PQ #4938 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — CDAU

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Case Conference fis-CDAU titmexxa fuq 'guidelines' ta' Case Conferences li jsiru f'Child Development Assessment Units fl-Ingilterra. Skond stħarriġ li sar nstab li l-ġenituri jsibu ruħhom mifxula u mbeżża meta jiltaqgħu ma Team ta' professjonisti madwar mejda li jkunu qegħdin jiddiskutu lit-tifel jew tifla tagħhom. Wara l-Case conference il-Konsulenta Pedjatra responsabbli mis-CDAU tiltaqgħa mal-ġenituri u tiddiskuti magħhom ir-riżultati rispettivi tal-Case Conference. Il-ġenituri jingħataw Case Summary li hu appuntu rendikont tar-riżultat tal-Case Conference. Il-membri kollha tat-Team jiktbu d-dettalji tal-assessment li jkunu wettqu u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Il-ġenituri jħossuhom ħafna aktar trankwilli w rilassati jiddiskutu ma persuna waħda. Huma jingħataw il-ħin kollu biex jiddiskutu l-punti kollha li jkunu jixtiequ jqajmu u jiċċaraw. Il-Case Summary jsibuha utli ħafna biex jużawha meta jkollhom bżonn.
Leg 9 PQ #5073 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema peripatetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex l-għaxar persuni li huma għalliema peripatetiċi fit-taqsima għal dawk neqsin mis-smiegħ jingħataw lap tops għax dan ikun jista' jgħinhom ħafna fix-xogħol li jagħmlu mat-tfal l-aktar fl-użu ta' soft ware addattat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn l-għalliema se jkollhom il-laptop mis-sena skolastika li jmiss.