Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korperattivi — Support Unit

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1522, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-applikanti li applikaw formalment b'risposta għas-sejħa għall-impjieg fis-Support Unit għall-Koperattivi f'Marzu 1996, meta preċiżament saret is-sejħa u meta għalaq iż-żmien biex jiġu milqugħa l-applikazzjonijiet għall-impjieg u d-dati li fihom daħlu l-applikazzjonijiet kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-informazzjoni li ngħatat lili, jirriżulta li:- 1. Vakanza fil-"Co-operative Support Unit" (ETC Permit 36/96) dehret fil-gazzetti tat-tielet ġimgħa ta' Frar, 1996. 2. Id-"deadline" mogħti għat-tlaqqiegħ ta' applikazzjonijiet kien tad-29 ta' Marzu, 1996. 3. Sa din id-data kienu ntlaqgħu seba' (7) applikazzjonijiet. 4. Intlaqgħet ukoll applikazzjoni oħra datata 19 ta' Ġunju, 1996 li ġiet rikonoxxuta bħala "late application". 5.5.99

Koperattivi — Support Unit

Question

B'riferenza għal dak li qal il-Viċi Prim Ministru dwar l-intenzjoni tiegħu li jwaqqaf mill-ġdid is-Support Unit għall-Koperattivi, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk bejn l-1992 u l-1996 dan is-Support Unit kienx twaqqaf b'deċiżjoni tal-Bord tal-Koperattivi u jekk le bid-direttiva ta' min? Jista' f'kull każ il-Viċi Prim Ministru jipproduċi d-deċiżjoni kif dokumentata fil-muniti? Jista' jgħid ukoll ma' min kienu mpjegati l-membri tas-Support Unit, fis-sens jekk kenux impjegati tal-Bord tal-Koperattivi jew tal-Ministeru li taħtu kienu jaqgħu l-koperattivi u jekk dan kienx mill-bidu tat-twaqqif tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil l-Onor. Interpellant li l-Co-operative Support Unit (jew l-Appoġġ għall-Koperattivi twaqqaf bi l-għan li jimplimenta l-politika ta'appoġġ għall-koperattivi mfissra fil-"Policy Document" maħruġ mill-Bord tal-Koperattivi fl-1993. Il-"Co-operative Support Unit" twaqqaf għalhekk, b'deċiżjoni tas-Segretarju Parlamentari Riżorsi Umani (dak iż-żmien responsabbli mill-Koperattivi) u wara konsultazzjonijiet mal-Bord tal-Koperattivi u diversi persuni, uffiċjali u rappreżentanti tal-Gvern, inkluż mill-Prim Ministru. L-għan wara t-twaqqif tiegħu huwa li jipprovdi għajnuna teknika u ta' konsulenza lill-Moviment Koperattiv. Id-deċiżjonijiet ewlenin li jirrigwardaw it-twaqqif tal-"Co-operative Support Unit" huma mfissra u dokumentati f'dawn il-Minuti tal-Bord tal-Koperattivi: Laqgħa tal-Bord tal-Koperattivi Data ------------------------------- ---- Laqgħa 01/94 08 ta' Marzu, 1994 Laqgħa 03/94 15 ta' April, 1994 Laqgħa 05/94 23 ta' Mejju, 1994 Laqgħa 12/94 03 ta' Novembru, 1994 Laqgħa 01/95 05 ta' Jannar, 1995 Intlaħaq qbil ukoll li l-"Malta University Services Limited" kellu jkun huwa li jservi bħala l-"employer tal-ħaddiema ngaġġati fis-"Support Unit" ladarba l-Bord ma kienx għadu preparat biex jimpjega n-nies miegħu. Il-perjodu ta' ngaġġ għal tlett (3) "Project Leaders" inbeda f'Ottubru 1994 waqt li l-"Project Leaders" ġew ingaġġati mal-Bord tal-Koperattivi b'effett minn Ġunju 1996. Matul il-perjodu ta' ngaġġ tagħhom ma' l-MUS, l-operat tas-"Support Unit" kien jitmexxa minn "Management Board" li kien jinkludi rappreżentanti kemm tal-MUS u tal-Bord tal-Koperattivi. 5.5.99

EU — Screening ta' leġislazzjoni

Question

Wara s-sejħa pubblika li saret fil-gazzetti fil-bidu ta' dan ix-xahar għal għaqdiet/ditti/individwi biex japplikaw għal xogħol ta' konsultazzjoni dwar screening ta' leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, it-tfassil ta' leġislazzjoni u xogħol ieħor konness, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt applikaw? Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kull applikazzjoni bħal liema huma l-applikanti, x'esperjenza għandhom f'leġislazzjoni Ewropea u fil-każ ta' kumpanniji/aġenziji min huma d-diretturi?

Response (BORG, JOE)

In-numru ta` applikazzjonijiet għal xogħol ta` konsulenza dwar screening ta` leġiżlazzjoni ta` l-Unjoni Ewropeja huwa ta` 83. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-lista ta` individwi u ditti li applikaw. Fil-każ ta` ditti li applikaw, il-lista ta` diretturi hija informazzjoni pubblika li tista tinġabar mir-`Registrar of Partnerships`.

Portijiet Maltin — Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vapuri fil-portijiet Maltin li: (a) huma maqbuda b'xi impediment tal-qorti; (b) ġew abbandunati mis-sidien tagħhom? F'kull każ liema huma dawn il-vapuri, ta' liema tunnellaġġ huma, taħt liema bandiera jsalpaw u kemm ilhom f'Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa f`Malta hawn vapur wieħed biss li hu impedut u li ġie abbandunat mis-sidien tiegħu. Dan hu l-vapur `M.V. Ideal` li għandu 6,129 tunnellaġġ gross u li jsalpa bil-bandiera tal-Panama. Dan il-vapur wasal f`Malta fit-23 ta` Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #5997 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Jannar u Frar separatament, kemm ingħataw siringi b'xejn mill-kliniċi f'Malta u f'Għawdex? Kemm ingħataw minn kull klinika tas-saħħa? Id-Dipartiment tas-Saħħa għamel xi studju dwar l-idea li tibda skema ta' tibdil ta' siringi? Ma' min saret din il-konsultazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onerevoli Interepellant li t-total ta` siringi li ngħataw b'xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa f'Malta sew lid-drogati u sew lid-dijabetiċi f'Jannar u Frar 1999 hu kif ġej:- Jannar Frar Dijabetiċi Drogati Dijabetiċi Drogati Floriana 1300 900 1100 900 Qormi 4200 2035 4100 1579 Gżira 2675 2600 3275 1300 Paola 9000 4300 7200 3100 Cospicua - 1124 - 1230 Mosta 2250 2249 2250 1492 Rabat - 413 - 448 Postal 100 - 100 - Il-figuri t'Għawdex iridu jintalbu lill-Ministru konċernat. Xi żmien ilu kien hemm kuntatti ma` l-Awtoritajiet tas-Saħħa kompetenti kemm fl-Olanda kif ukoll fi Franza u sar studju lokalment li fih ipparteċipaw is-Sedqa, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, u d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa dwar is-Sistemi li jistgħu jiġu adottati fit-tqassim ta` siringi b'xejn lil dawk l-individwi maħkuma mill-vizzju tad-droga. S'issa għadha ma ntlaħqet l-ebda konklużjoni finali dwar liema sistema jaqbel tiġi adottata.
Leg 9 PQ #5999 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema impjegati ma' l-Istat? Kif inhuma mqassma f'għalliema tal-primarja, sekondarja, eċċ.? Kemm kien hemm għalliema li matul din is-sena skolastika spiċċaw għaliex: (a) laħqu l-eta' tal-pensjoni; (b) irtiraw minħabba raġunijiet mediċi; (c) irriżenjaw; (d) mietu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra (Dokumenti A, B u C). Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, informat li mhux possibbli li jingħataw il-figuri mitluba għaliex dawn inkunu nafuhom fl-aħħar tas-sena. Iżda qed nagħti l-figuri rilevanti għas-sena 1998.

Toroq — Tiswija

Question

Issa li l-gvern għandu pariri kif għandhom isiru sewwa t-toroq meta hemm bżonn li jiġu asfaltati, jista' l-Ministru jgħid jekk għaddewx dawn il-pariri lill-kunsilli lokali għal meta jkun hemm bżonn li jasfaltaw bit-tarmac toroq sekondarji li jiddefendu minnhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru kuntatti kontinwi bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali, u kwalunkwe titjieb li jkun qed jiġi propost qed ikun mgħoddi s`issa b`mod informali lil kull min juri interess fiħ.
Leg 9 PQ #6001 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Raids

Question

Wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li f'raids tal-pulizija f'postijiet ta' divertiment instabu tfal taħt is-16-il sena bi ksur tal-liġi, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra s-sidien tal-ħwienet? X'passi oħra ttieħdu biex jiġi żgurat li tfal taħt l-eta' ma jkomplux jiġu sfruttati? Meta jsiru dawn it-tip ta' raids jiġu nklużi pulizija nisa biex jieħdu ħsieb it-tfajliet taħt l-eta' li jinstabu f'dawn il-postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b'riżultat ta' ispezzjonijiet mill-Pulizija f'postijiet ta' divertiment, qed jittieħdu proċeduri bil-Qorti kontra diversi sidien ta' stabbilimenti li, b'ksur tal-liġi, ħallew tfal taħt is-16 il-sena jidħlu fl-istabbilimenti tagħhom. Qed ikomplu jsiru spezzjonijiet mill-Pulizija sabiex dan l-abbuż jieqaf. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi mhux dejjem ikun hemm pulizija nisa preżenti waqt dawn l-ispezzjonijiet, pero' jekk ikun meħtieġ dejjem tkun tista' tiġi msejjħa pulizija mara fuq il-post. 05.05.99
Leg 9 PQ #6002 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Raids

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ jingħata lill-pulizija li jkunu nvoluti f'raids f'postijiet ta' divertiment biex jiġi żgurat li m'hemmx tfal taħt l-eta'? Peress li hemm bżonn ċerta attenzjoni fejn jidħlu dawn it-tfal, jifhem li bżonn ta' ċertu taħriġ speċjalizzat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi spezzjonijiet f'postijiet ta' divertiment ma jsirux biss mit-Taqsimiet speċjalizzati tal-Korp tal-Pulizija, imma minn dawk tad-Distretti wkoll u għalhekk jinvolvu il-membri kollha tal-Korp. Ma jirriżultalix illi hemm bżonn ta' xi taħriġ speċċjalizat sabiex ikunu spezzjonati dawn il-postijiet biex tkun inforzata l-liġi li tipprojbixxi d-dħul ta' żagħażagħ taħt is-sittax il-sena f'dawn il-postijiet. 05.05.99
Leg 9 PQ #5977 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Clenaers/handtmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel primarji, skejjel speċjali, skejjel sekondarji, skejjel tas-snajja' u Junior Lyceum fejn il-kapijiet tagħhom iħossu li għandhom bżonn ta' cleaners u handymen? X'inhu l-bżonn f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5978 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Santa Luċija - Cleaner

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-cleaner fulltime ta' l-iskola primarja ta' Santa Luċija kemm ħadet leave s'issa minn Jannar 1999 'l hawn? Jista' jinvestiga rapporti li din titlaq kmieni minn fuq ix-xogħol u dak li suppost tagħmel hi qed jispiċċaw jagħmluh il-part-time cleaners?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm żewġ skejjel primarji ta' S. Luċija/Tarxien li fihom jaħdmu erba' cleaners nisa full-time. Ebda waħda minn dawn l-iskejjel ma jimpjegaw cleaners part-time.

Bord tal-Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp — Investituri barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1999 sal-lum kemm-il applikazzjoni minn investituri barranin ġew diskussi mill-Bord tal-Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp? Kemm ġew deċiżi applikazzjonijiet ta' investituri barranin? F'liema linja ta' xogħol kien hemm applikazzjonijiet minn investituri fil-perjodu Settembru 1998 sa Marzu 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjod msemmi l-Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp iddiskutiet u ħadet deċiżjoni dwar dsatax (19) -il applikazzjoni minn investituri barranin. Minn dawn l-applikazzjonijiet, erbatax (14) kienu approvati. Fl-istess perjodu l-Korporazzjoni irċeviet sitta u tletin (36) applikazzjoni mingħand investituri fl-oqsma li ġejjin: Akwakultura, ikel, makkinarju kemikali (inkluż components), karta u stampar, għamara, plastics, inġinerija, teknoloġija ta' l-informatika, prodotti medikali, fibreglass u minerali u backoffice services.

Kunsilli Lokali — Riżenzji ta' kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali fejn kien irriżenja kunsillier u għadu ma ġiex co-opted ħaddieħor? Jista' jgħid f'kull lokalita' meta saret kull riżenja? X'qed jagħmel il-gvern f'dawn il-lokalitajiet biex iħeġġeġ li jinħatru kunsilliera ġodda? Il-liġi tispeċifika kemm jista' jdum kunsill mingħajr ma jaħtar kunsillier biex il-kunsill ikun qed jiffunzjona legalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Peress li d-diskrezzjoni ta` l-għażla hija kollha tal-Kunsill, il-liġi ma tipprovdi l-ebda rimedju biex jittiehdu xi passi biex jiġi żgurat li jimtela l-post sakemm f`kull laqgħa tal-Kunsill din l-għażla tidher fuq l-aġenda bhala l-ewwel item.
Leg 9 PQ #5994 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Għad tal-voti

Question

Peress li jidher li reġa' kien hemm dewmien fil-għadd tal-voti tal-kunsilli lokali f'Ta' Qali, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minn dak li kienet qalet il-Kummissjoni Elettorali li l-għadd tal-voti isir fil-lokalita' stess fejn issir l-elezzjoni? Hemm xi ħsieb li dan isir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kummissjoni elettorali jidrilha li ma kienx hemm dewmien fl-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali fl-elezzjonijiet li saru fit-13 ta' Marzu, 1999. Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Elettorali, wara konsultazzjoni u bi ftehim mad-delegati tal-partiti, iddeċidiet li l-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali jsir f'post wieħed f'Ta Qali minħabba li sa issa għad m'hemmx riżorsi u persuni kompetenti biżżejjed biex il-proċess ta' l-għadd tal-voti jkun jista jitmexxa u jsir fil-lokalita' stess.
Leg 9 PQ #5995 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-organizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-13 ta' Marzu, 1999? Jista' jagħti breakdown ta' kif sar l-infiq?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar l-ispejjez li ntefqu fl-organiżazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu, għada qegħda tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5912 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegata

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġietx impjegata mal-Ministeru għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kif sar dan l-impjieg u jekk dan l-impjieg huwiex wieħed ta' natura permanenti jew temporanja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet impjegata, flimkien ma' oħrajn, bħala Ward Clerical Assistant wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #5965 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Business plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prioritajiet tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għal Business Plan fil-qasam edukattiv għas-snin 2000-2? F'kull każ kemm għandu bżonn flus il-ministeru biex iwettaq il-priorita' magħżula?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #5966 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Education officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' Education Officers li huma vakanti? Qed ikun hemm applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi? Il-ministeru qed jistudja x'jistgħu jkunu r-raġunijiet li għalihom persuni mhumiex japplikaw biex jimlew dawn il-vakanzi ta' EOs?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-postijiet ta' Education Officer fid-Dipartiment tal-Kurrikulu hemm dawn il-postijiet vakanti: a) Education Officers għar-Reliġjon, Arti u Mużika. Għadha ma ħarġitx sejħa għall-applikazzjoni għal dawn il-postijiet. b) Education Officers għall-Primarji b'enfasi fuq Malti/Ingliż/Matematika. Dawn il-postijiet ħarġet darbtejn sejħa għall-applikazzjoni għalihom u ma kien hemm ebda applikazzjoni valida. c) Żewġ Education Officers għal Educational Assessment Unit. Fit-23 ta' Marzu 1999 reġgħet ħarġet sejħa għall-applikazzjoni għal dawn il-postijiet u ma applika ħadd. d) Id-Dipartiment m'għandux anqas Education Officers biex jieħdu ħsieb it-Teknoloġija, il-Business Studies u l-Craft. Dawn ma ħarġitx sejħa għall-applikazzjoni għalihom. Id-Diviżjoni qegħda tistudja r-raġunijet għan-nuqqas ta' applikazzjonijiet. Ir-raġuni li tidher l-aktar ċara u tista' tkun l-ewlenija hija l-ħinijiet tax-xogħol u s-sistema ta' vakanzi. Bħalissa hemm sejħa għall-applikazzjonijiet għal numru ta' Education Officers fid-Dipartiment tal-'Operations' u 'Curriculum Management'. Fil-futur qrib, joħroġu sejħiet għal applikazzjonijit f'oqsma oħra. Id-Diviżjoni qed tistudja x'tibdil jista' jsir fil-kwalifiki meħtieġa għal Education Officers għax, kif inhuma issa, huma restrittivi fis-sens li hemm tul ta' snin servizz rikjest u, wkoll, speċjalizzazzjoni f'ċerti oqsma qabel.
Leg 9 PQ #5974 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li huma bla kap? Liema huma dawn l-iskejjel? Qiegħed ikun hemm applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi? Il-Ministeru qiegħed jeżamina x'jistgħu jkunu r-raġunijiet li ma jkunx hawn persuni li japplikaw għall-Kap ta' Skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Iskejjel bla Kap huma: SKEJJEL PRIMARJI U SEKONDARJI Paola Primarja B Kirkop Qormi A (SG) (on pre retirement leave - 19-3-99) Nadur Victoria Xagħra Żebbuġ (Gozo) Adelaide Cini Sekondarja tal-Bniet Lorenzo Gafa`, Fortini Ser toħroġ sejħa oħra għall-applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi. Fl-opinjoni tiegħi mhux qed ikollna applikazzjonijiet għax * hemm numru ta' Assistant Heads li ma jistgħux japplikaw għaliex ma għandhomx ħames snin servizz skond l-agreement magħmul ma' l-MUT. Dawn ikollhom ħames snin f'Jannar ta' 2000. * hemm numru ta' Assistant Heads li għandhom ħames snin servizz iżda ma għandhomx Diploma in Administration u dawn ukoll ma jsitgħux japplikaw. * hemm numru ta' Assistant Heads li bl-agreement diġa' qegħdin fuq Salary Scale 6 (dik ta' Kap) u għalhekk naqas l-inċentiv li japplikaw. Dawn il-punti kollha jistgħu jiġu ndirizzati f'agreement ġdid. SKEJJEL SPEĊJALI Santa Maria Day School - Msida L-applikazzjoni għadha ma ħarġitx għax jista' jkun hemm pjanijiet differenti għal din l-iskola. Il-Kap ta' l-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano irtira u l-post tiegħu għadu vagant. Ix-xahar li għadda saret sejħa għall-applikazzjoni għal dan il-post. Ħadd ma applika Rigward it-tielet u r-raba' parti tal-Mistoqsija informat li bħalissa hemm sejħa għall-applikazzjonijiet għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku. Malli l-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku tagħti l-approvazzjoni tagħha, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tkun tista' tipproċedi billi toħroġ iċ-ċirkolari rilevanti fl-iskejjel. S'issa dejjem kien hemm applikanti għal kull sejħa ta' l-applikazzjoni. Mhux dejjem ikun hemm l-istess numru ta' applikazzjonijiet minħabba li hemm ċerti klawsoli restrittivi għall-eliġibilita` tal-applikanti, per eżempju, ħames snin servizz bħala Assistent Kap u Diploma in Educational Administration and Managment. In-numru ta' parteċipanti fil-kors ta' Diploma in Educational Administration and Management hu kbir ħafna u, allura, fil-futur mhux previst li jkun hemm skarsezza ta' applikanti għall-post ta' Kap ta' skola.
Leg 9 PQ #5975 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC u MATSEC — Rakkmandazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa dwar ir-rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni Zarb Adami dwar Sec u Matsec?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-Matsec iltaqa` erba' darbiet (i.e. fit-8 u t-18 ta' Frar, u fl-1 u l-15 ta' Marzu 1999) u kkonsidra fid-dettall il-25 rakkomandazzjoni (pp.37-41 tar-Rapport). Minn dawn il-laqgħat ħarġu l-ewwelnett ir-reazzjonijiet tal-Bord għal kull waħda mir-rakkomandazzjonijiet u ħarġu wkoll, sa issa, tliet proposti għal bidliet fis-sistema preżenti marbutin ma': a. Rakkomanazzjoni 2 dwar id-data tas-sessjoni prinċipali ta' l-eżamijiet kif ukoll tar-riparatorju; b. Rakkomandazzjoni 4 dwar il-kriterji ta' eliġibilta` għall-paper markers; u ċ. Rakkomandazzjoni 10 dwar ir-reviżjoni tal-karti. Dawn il-proposti se jitressqu quddiem is-Senat. Dwar rakkomanazzjonijiet oħra li m'għandhomx bżonn bidliet sostanzjali fir-regolamenti, sar hekk: a. Rakkomandazzjoni 1: saru arranġamenti dwar titjib fis-sistema biex jiġu evitati l-iżbalji tas-sena li għaddiet b. Rakkomandazzjoni 8: ħarġu applikazzjonijiet għal żewġ vakanzi fil-Matsec Support Unit ċ. Rakkomandazzjoni 14: saru żewġ seminars għal paper setters d. Rakkomandazzjoni 22: reġa' sar kuntatt ma' l-EDEXCEL Xi rakkomandazzjonijiet oħra (speċjalment 15 u 16) iridu studju iktar fit-tul minħabba l-implikazzjonijiet u għalhekk se jiġu diskussi b'mod aktar xieraq fl-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Matsec li se ssir fit-12 ta' April 1999.