Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti li jinfetaħ mużew tal-kostumi f'pajjiżna? X'appoġġ ta l-Ministeru lil dan il-proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Sfortunatament għadu ma ntgħażilx il-post fejn ser jinfetaħ il-Mużew Nazzjonali tal-Kostumi.
Mediterranean Conference Centre — Wirja ta' statwi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-idea tal-wirja ta' l-istatwi li kienet se tiġi organizzata f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minħabba raġunijiet ta' tibdil ta' dati proposti għal din il-wirja, minħabba li diversi affarijiet intefgħu lura bil-perjodu elettorali tas-sena l-oħra, il-wirja kellha tiġi mħassra.
Minn Jannar, 1999 sa April, 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fuq it-tindif tat-toroq? Liema toroq huma mdaħħlin f'dan il-programm tat-tindif? Kemm minn dawn it-toroq huma arterjali u għalhekk responsabbli għalihom il-gvern ċentrali u kemm minnhom huma sekondarji u għalhekk responsabbli għalihom il-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu miftuħ l-Istitut għall-Istudji fit-Turiżmu kemm studjaw żgħażagħ fih, sena b'sena? Kemm hemm li temmew l-istudju u ngħataw ċertifikat? Kemm hemm minnhom li ma baqgħux jaħdmu fit-turiżmu wara li spiċċaw l-istudju tagħhom? Isir xi tracer study dwar x'jiġri mill-istudenti wara li jtemmu l-istudju? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja bit-tracer study fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li ġew aċċettati fl-Istitut għall-Istudji fit-Turiżmu sena b'sena kien hekk:-
Ottubru 1989 57
Ottubru 1990 76
Ottubru 1991 96
Ottubru 1992 91
Ottubru 1993 80
Ottubru 1994 92
Ottubru 1995 88
Ottubru 1996 146
Ottubru 1997 195
Frar 1998 70
Ottubru 1998 191
Frar 1999 25
L-għadd ta' studenti li temmew l-istudji tagħhom u ngħataw ċertifikat s'issa hu 567. Numru sostanzjali ta' studenti li daħlu bejn Ottubru 1996 u Frar 1999 qed isegwu l-kors fl-Istitut. Dawn jiggradwaw fis-snin li ġejjin.
Sfortunatament qatt ma nżamm rekord dwar fejn qed jaħdmu l-istudenti wara li jispiċċaw mill-Istitut. Madankollu qed jittieħdu passi biex hekk kif l-Istitut ikollu s-sistema komputerizzata ta' `Management Information System' tibda tinżamm `personal history record' ta' l-istudenti li jiggradwaw mill-Istitut.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħadet dwar il-petizzjoni ppreżentata lilha dan l-aħħar li titlob protezzjoni għall-bizzilla ta' l-idejn minn bizzilla rħisa imitazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Naħseb li miżura effettiva kontra l-allegat abbuż tista' tkun li l-produtturi tal-bizzilla lokali jissieħbu f'koperattiva bħalma hija l-Koperattiva Għawdxija tal-Bizzilla u Artiġjanat li kienet twaqqfet f'Settembru 1996. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din il-Koperattiva huwa li tbiegħ il-prodotti maħduma mill-imseħbin bħala aġent tagħhom u li kull prodott li jinbiegħ minnha jkollu timbru li juri ċertifikat ta' ġenwinita'.
Jiena qed nara kif nista' ngħin lil din il-Koperattiva biex tkompli tikber u tissaħħaħ ħalli tilħaq l-għanijiet tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, xahar b'xahar, kemm saru ċitazzjonijiet minħabba dagħa fil-Ground Nazzjonali f'Ta' Qali; f'Pace Grasso; fil-Gozo Stadium u fi grounds oħra tal-football? Matul l-istess żmien kemm saru ċitazzjonijiet minħabba ġlied jew raġunijiet oħra ta' ksur ta' liġi fil-grounds imsemmija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 1999, saru dawn iċ-ċitazzjonijiet fil-postijiet speċifikati fil-Mistoqsija : -
Ground Jannar Frar Marzu April
------ ------ ---- ----- -----
Ta' Qali xejn 1 (dagħa) 1 (dagħa) xejn
1 (serq)
Victor Tedesco xejn 1 (dagħa) xejn xejn
Sannat xejn 1 (insulti) xejn xejn
10.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta żgħażagħ taħt it-18-il sena ma jingħatawx il-liberta' proviżorja mill-Qorti jitħallewx jitħalltu ma' priġunieri oħra li jkunu diġa' ġew ikkundannati għaliex instabu ħatja ta' ksur ta' liġi?
Peress li x-xahar li għadda kien hemm tfal ta' 15-il sena li ma ngħatawx il-liberta' proviżorja wara akkużi ta' stupru, ma jaħsibx il-Ministru li għandu jkun hemm post riservat għall-każi bħal dawn, dejjem biex żgħażagħ ikunu jistgħu jiġu mgħejjuna flok il-possibilta' li jsiru kriminali agħar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ż-żgħażagħ ta' taħt it-tmintax-il sena li jittieħdu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin minħabba li ma jingħatawx il-liberta' proviżorja mill-Qorti, jitpoġġew fid-diviżjoni taż-żgħażagħ magħrufa bħala l-'YOURS'. Għandu jingħad li din id-diviżjoni issa ġiet trasferita fil-blokk il-ġdid ġewwa l-Faċilita' Korrettiva stess.
Ninsab infurmat ukoll li t-tlett żgħażagħ li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, kienu nżammu fid-diviżjoni taż-żgħażagħ matul il-ħdax-il ġurnata li dawn għamlu taħt arrest preventiv.
10.05.99 (p.m.)
Universita' — Malta Equivalence Information Office
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Malta Equivalence Information Office ta' l-Universita' ma jridx jirrikonoxxi fil-livell ta' Master's il-kwalifiki li ġabet il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ggradwa Master in Direzione Alberghiera mis-Centre of Education and Formation of the World Tourism Organisation fl-International School of Tourism Sciences ġo Ruma? Għaliex qed jiġri hekk meta fl-istess ħin l-Universita' tgħid li trid tagħti stima ugwali lill-kwalifiki vokazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' tagħti stima ugwali lill-kwalifiki professjonali/vokazzjonali meta tali kwalifiki jirrikjedu studju fl-istess livell u fuq l-istess medda ta' żmien meħtieġ biex ikun mogħti grad mill-Universita' ta' Malta. Mhux l-ewwel darba li l-Universita' rrikonoxxiet kwalifiki bħal dawn.
Fil-każ li qed iressaq l-Onor. Kollega, l-Universita` qed issostni li għalkemm il-persuna segwiet kors imsejjaħ 'XVII master in direzione alberghiera' fl-'Scuola internazionale di scienze turistiche' il-kors kien biss ta' sitt xhur u li kien jinkludi studju intersiv fil-lingwa taljana. L-Universita` issostni wkoll li ma kienet prodotta ebda evidenza li l-istudju kien f'livell ta' Masters.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu biex jipperswadi lill-Universita' tirrikonoxxi f'livell ta' Master's il-kwalifiki li ġabet il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ggradwa Master in Direzione Alberghiera miċ-ċentru tal-World Tourism Organisation ġo Ruma? M'huwiex fl-interess tal-Ministru li kwalifiki vokazzjonali u professjonali jiġu stmati b'mod xieraq mill-Universita'?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-persuna konċernata applikat lid-Dipartiment tat-Turiżmu sabiex titħallas 'allowance' skond il-kundizzjonijiet ta' l-impieg tagħha wara li attendiet kors ta' sitt xhur fl-'International School of Tourism Sciences' f'Ruma.
Kif dejjem jiġri, d-Dipartiment irrefera l-każ lil 'Malta Equivalence Information Centre' ta' l-Universita' ta' Malta. It-tweġiba taċ-Ċentru kienet m'hemmx paragun bejn l-'Masters Degree' in kwistjoni u l-'Masters Degree' tal-Universita' ta' Malta. (Qed ngħaddi kopja lill-Onor Membru separatament).
Filwaqt li l-Ministeru tat-Turiżmu jaqbel li kwalifiki vokazzjonali u professjonali jiġu stmati b'mod xieraq mill-Universita', id-deċiżjoni aħħarija tmiss lill-Universita' ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inksew u sar xogħol fuq toroq differenti u bankini f'San Pawl il-Baħar mill-Kunsill Lokali bejn Jannar u Marzu, 1999? X'kien il-valur tax-xogħlijiet? Min għamel ix-xogħlijiet? Xi proċedura ta' tendering intużat biex jingħataw dawn ix-xogħlijiet? Min ordna li jsiru x-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li ġew imqabda jagħmlu l-proċess ta' screening fil-qasam edukattiv għall-applikazzjoni tal-gvern għal sħubija fl-Unjoni Ewropea? Kemm ingħataw żmien dawn il-persuni biex ilestu x-xogħol? Fi x'ħin qed isir? Meta qed isir dan ix-xogħol ta' screening u x'sar mix-xogħol l-ieħor edukattiv li s-soltu jagħmlu dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-proċess ta' 'screening' li qed jirreferi għalih l-Onor. Kollega, ji,a involuti l-maġġoranza ta' l-Uffiċjali Edukattivi minħabba li huma kienu l-aħjar nies biex janalizzaw id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja dwar edukazzjoni. Dawn ingħataw sa' l-aħħar ta' Mejju. Għandi nassumi li dan ix-xogħol isir waqt il-ħin ta' l-uffiċċju. M'għandi ebda rapport li x-xogħol normali ta' l-Uffiċjali Edukattivi ma baqax għaddej bħas-soltu.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hija ffurmata d-delegazzjoni immexxija mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li qed iżżur iċ-Ċina u l-Korea ta' Isfel? X'inhi l-kariga ta' kull persuna? Kien hemm xi ħlasijiet li saru mill-gvern u/jew minn xi għaqdiet li għandhom membri fid-delegazzjoni? Kemm f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-delegazzjoni mmexxija mis-Segretarju Parlamentari li żaret iċ-Ċina kienet iffurmata mis-Sur John Demanuele, Direttur taż-Żgħażagħ u Sport, is-Sur Anthony Ghio, Sports Officer II fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, Fr Hilary Tagliaferro, Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, u Dr Anthony Azzopardi, Direttur tal-Programme of Youth Studies ta' l-Universita` ta' Malta. Is-Sinjura Mugliett akkumpanjat id-delegazzjoni a spejjeż tagħha. Waqt il-Konferenza li attenda għaliha fil-Korea, s-Segretarju Parlamentari kien akkumpanjat mis-Sur Sean Mifsud, Commercial Counsellor fil-Malta Commercial Bureau f'Tokyo.
L-ispejjeż tal-vjaġġ tal-membri tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport tħallsu mill-vot tad-Dipartiment filwaqt li l-Kunsill Malti għall-Isport kien responsabbli għall-ispejjeż tal-vjaġġ taċ-Chairman ta' l-istess Kunsill. Fil-każ tad-Direttur tal-Programme of Youth Studies l-ispejjeż ser jinqasmu bejn l-Universita` u d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ittowjati u kklampjati vetturi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar? Jista' jgħid liema kienu l-ibliet u l-irħula fejn sar dan ix-xogħol? Kemm daħħal flus il-gvern minn kull waħda minn dawn il-kontravvenzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant li tirreferi għall-ewwel tlett xhur ta' din is-sena. Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar April għadha qed tinġabar.
10.05.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħalqu ħwienet fl-ispazju riservat għall-bejgħ ta' prodotti duty free fl-ajruport internazzjonali minn Settembru, 1998? X'raġuni kien hemm? Fejn kien spiċċa l-kuntratt ta' dawk li kienu jokkupaw ħanut, ingħataw iċ-ċans li jġeddu? Kemm kienu jaħdmu nies mad-ditti li ma għadhomx joperaw? X'kienu jbiegħu f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn Settembru 1998 'l hawn, ingħalqu erba` 'short term outlets' li kienu joperaw fit-Tax Free Area fl-arjruport press li kien skadielhom il-Kuntratt.
Il-Malta International Airport qed tistudja x'policy għandha tadotta dwar l-ispazju li kien okkupat minn dawn l-outlets.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' każijiet ġodda ta' separazzjoni ta' żwieġ li ġew ippreżentati quddiem il-qrati din is-sena? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar għal Jannar, Frar u Marzu? X'inhu n-numru total ta' każijiet ta' separazzjoni li hemm quddiem il-qrati Maltin? Kemm mill-każi ġodda li ġew ippreżentati din is-sena jinvolvu persuna barranija? Kemm minn numru totali jinvolvu persuna barranija?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1 ta` Jannar 1999 sat-28 ta` April 1999 ġew preżentati 34 każi ġodda ta` separazzjoni ta` żwieġ fil-Prim` Awla tal-Qorti Ċivili u 327 rikors fis-Sekond`Awla tal-Qorti Ċivili.
In-numru ta` kawżi ġodda fil-Prim` Awla f`Jannar kien ta` 10, fi Frar daħlu 10 u f`Marzu daħlu 9.
Fis-Sekond`Awla ir-rikorsi huma mqassmin kif ġej:
Jannar Frar Marzu
Separaz zjonijiet 28 42 39
Separazzjoni alimenti 15 18 8
Separazzjoni bonarji 37 34 43
It-talbiet għas-separazzjoni f`din l-Awla jistgħu jkunu doppji.
In-numru total ta` każijiet ta` separazzjoni pendenti quddiem il-Qrati Maltin fit-28 ta` April 1999 hu ta` 386 fuq il-listi tal-Prim` Awla. Hemm 63 oħra li għadhom mhux appuntati. Hemm ukoll 15 il-kawża oħra pendenti quddiem il-Qorti ta` l-Appell. Minn dawn jistgħu jkun hemm kawżi doppji, peress li tkun saret kawża kemm mir-raġel kif ukoll mill-mara.
L-informazzjoni mitluba dwar każi li jikkonċernaw persuni barranin trid iż-żmien biex tinġabar billi jkun meħtieġ li jiġu ċċekkjati l-kawżi kollha waħda, waħda.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il darba l-qrati f'Malta u f'Għawdex ikkritikaw l-operat tal-Pulizija f'xi każ u speċifikament talbu li jittieħdu passi kriminali kontra tagħhom? Liema kienu dawn il-każi u kemm kien hemm pulziija nvoluti f'kull każ? Fil-fatt ittieħdu passi kriminali kontra l-membri tal-Korp? Waqt li jkunu għaddejjin passi kriminali kontra membri tal-Korp dawn jiġu sospiżi mid-doveri tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta Jannar u s-26 ta April, 1999, kien hemm każ wieħed, `Il-Pulizija vs Vincent Bugeja, Thomas Zammit, Charles Bugeja` li dwaru l-Qorti ordnat lill-Avukat Generali jipproċedi kontra l-membri tal-Korp involuti f`dan il-każ b`akkużi ta` spergur, abbuż ta` poteri tal-Pulizija u ta` uffiċjali pubbliċi, swat u ħsara volontarja ta` proprjeta`. Il-membri tal-Korp involuti kienu erbgħa tat-Taqsima tat-Tifi tan-Nar. Dwar jekk ittieħdux passi kriminali, infurmat illi min-naħa tal-Pulizija dan il-każ għadu qed jiġi nvestigat.
10.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kemm-il membru tal-Korp tal-Pulziija dehru quddiem il-kummissarju minħabba ksur ta' regolamenti tal-Korp? X'kienu l-akkużi prinċipali? Jista' jagħti figuri għal kull xahar separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena nżammu żewġ seduti tad-dixxiplina dwar ksur tar-regolamenti minn membri tal-Korp tal-Pulizija, waħda f'Jannar u oħra fi Frar. In-numru ta' membri involuti kienu 24 u 27 rispettivament u l-akkużi prinċipali kienu diżubbidjenza ta' ordnijiet, traskuraġni ta' xogħol, telf ta' reputazzjoni, ħsara u nuqqas ta' ndafa.
10.05.99
Issa li waslu biex jiġu numru konsiderevoli ta' studenti barranin biex matul l-Għid jistudjaw l-Ingliż f'Malta, jista' jassigura li dawk li jorganizzaw divertiment għal dawn l-istudenti, jkunu jafu li tfal taħt is-16-il sena ma jistgħux jidħlu f'postijiet ta' divertiment fejn jinbiegħ l-alkoħol? Jistgħu jsiru twissijiet lil dawn l-organizzaturi li meta jorganizzaw xi attivita' ma jiġix servut alkoħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-permess li toħroġ il-Pulizija għall-divertiment okkażżjonali ikun hemm il-kundizzjonijiet li taħthom ikun qed jingħata l-permess. Infurmat illi fost dawn il-kundizzjonijiet ikun hemm il-persuni taħt is-sittax il-sena ma jitħallewx jidħlu għall-ebda raġuni.
05.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jiġu protetti l-ġirien ta' l-iskola primarja peress li min juża s-sala tard bil-lejl sa kmieni filgħodu qed jagħmel ħafna storbju u bla konsiderazzjoni għal ġirien?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-Onorevoli Interpellant ma semmiex għal liema skola qed jirreferi, mhinix f'pożizzjoni li nwieġeb. Barra minn hekk nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
05.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex konsistentement tinġibed l-attenzjoni ta' min juża s-sala ta' l-iskola primarja ta' Birżebbuġa peress li qed idejqu lill-ġirien għax spiss qed jiġri li min juża s-sala qed jibqa sas-sigħat ta' filgħodu jżarma u jagħmel storbju?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li diġa' inġibdet l-attenzjoni ta' min juża l-hall biex joqgħodu attenti biex ma jsirx storbju wara ċertu ħin.