Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6719 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall: (a) bini u (b) estensjoni u (c) bdil fl-istruttura ta' skejjel? F'kull każ min għamel kull applikazzjoni u f'liema lokalitajiet? Meta saret kull applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha quddiema 3 applikazzjonijiet għall-skejjel ġodda, 12-il applikazzjoni għall-estensjonijiet u 2 applikazzjonijiet għall-bdil fl-istruttura ta' skejjel. Tabella li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra. 18.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6720 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini ta' lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm applikazzjonijiet għall-: (1) bini ta' lukandi ġodda; (2) bini ta' estenzjoni ta' lukandi eżistenti? F'liema lokalitajiet jinstabu? Meta saret kull applikazzjoni? X'tip ta' estensjoni ntalbet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha quddiemha 14-il applikazzjoni għall-bini ta' lukandi ġodda, 19-il applikazzjoni għall-estensjonijiet ta' lukandi u 12-il applikazzjoni għall-upgrading f'lukandi eżistenti. Tabella li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra. 18.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6721 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Ġurijiet

Question

Minn dawk li qegħdin il-ħabs jistennew ġuri kemm minnhom diġa' għandhom id-data tal-ġuri tagħhom iffissata? Kemm hemm li qed jistennew biex jgħaddu ġuri li d-data tal-ġuri tagħhom għadha ma ġietx iffissata? Kemm f'kull każ huma barranin? Fil-każ tal-ġurijiet diġa' ffissati, kemm ilu jistenna fil-ħabs kull akkużat? X'inhuma l-akkużi ta' dawk il-ġurijiet li diġa' ġew magħrufa d-data tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Bħalissa hemm 8 persuni li għandhom id-data tal-ġuri tagħhom iffissata. Minn dawn, 3 huma barranin. Tabella li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra. Dwar il-bqija ta' dawk taħt arrest preventiv, għar-raġunijiet varji, wieħed ma jistax jgħid kemm minnhom finalment ser jgħaddu ġuri. Il-każijiet ta' uħud minnhom għadhom fi stadju ta' kumpilazzjoni, filwaqt li ta' l-oħrajn, għalkemm il-kumpilazzjoni ntemmet, għad ma kienx hemm deċiżjoni dwar jekk il-każ tagħhom għandux jinstema` quddiem ġuri jew le. 18.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6679 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Piloti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ntgħażlitx għall-pilota ma' l-Air Malta meta għandha l-kwalifiki meħtieġa tant li ntgħażlu studenti tagħha li tgħallem hija stess? X'inhuma r-raġunijiet li din il-persuna tħalliet barra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma kkwalifikatx għal ~trainee pilot~. Filwaqt li ma jidhirlix li jkun xieraq li nagħti r-raġunijiet għal dan, nista` ngħid li l-persuna kkonċernata taf x`inhuma dawn ir-raġunijiet.
Leg 9 PQ #6680 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jispiċċaw mill-iskola (Form V) studenti din is-sena? Kemm se jispiċċaw mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat? Kewmm minnhom huma bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena hu stmat li mill-iskejjel tal-gvern se jispiċċaw 4097 student mill-Form V kif se nsemmi: Skejjel Sekondarji/Junior Lyceums Subien Bniet Total 1208 2106 3314 Skejjel tas-Snajja' Subien Bniet Total 748 35 783
Leg 9 PQ #6681 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Sir MA Refalo Post Secondary School

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol tal-bini fuq l-estensjoni ta'l-iskola post-sekondarja Sir MA Refalo f'Għawdex? Meta tlesta l-bini? Min tqabbad ilesti t-tenders għax-xogħol li baqa'? Meta tlestew it-tenders? Liema ġew pubblikati? Liema ma ġewx pubblikati? Għaliex? Liema tenders ġew deċiżi? Meta se jitkompla x-xogħol kollu? Meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #6682 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Korsa ta'M.Psych

Question

Jista'l-Ministru jgħid meta se jiftaħ il-kors M.Psych għall-Educational Psychologist fl-Universita'? Għaliex għadu ma fetaħx? Kemm se jiġu aċċettati studenti f'dan il-kors? B'liema kondizzjonijiet finanzjarji u ta'xogħol mad-Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni se jkunu l-istudenti li se jagħmlu l-M.Psych.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors sr jiftaħ f'Ottubru 1999. Ir-raġuni l-għala l-kors tal-M.Psy ma bediex kif kien skedat hu dovut għall-proċess twil u dettaljat ta' l-għażla tal-kandidati. Dan il-proċess issa ntemm. B'kollox tnax-il kandidat ser jiġu aċċettati għall-kors: erbgħa sabiex isiru Educational Psychologists, erbgħa sabiex isiru Clinical Psychologists u erbgħa sabiex isiru Counselling Psychologists. It-Trainee Psychologists involuti, ġew ingaġġati fit-23 ta' Marzu 1998 u bdew jitħallsu salarju fuq Skala 9 u fit-tmiem is-sena ta' prova tpoġġew fi Skala 8 fuq bażi personali. Huma jibqgħu jitħallsu din l-iskala ta' paga sakemm itemmu b'suċċess kors 'Masters Psychology (M.Psy)' kif kien mitlub fis-Sejħa oriġinali għall-Applikazzjonijiet. It-taħriġ li jwassal għall-kisba ta' din il-kwalifika huwa għas-spejjeż tal-Gvern. F'każ li ma jtemmux il-kors imsemmi b'suċċess, jerġgħu jitpoġġew fuq salarju skala 9. Naturalment il-kundizzjonijiet l-oħra tas-Sejħa għall-Applikazzjonijiet jibqgħu jgħoddu.
Leg 9 PQ #6690 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta/WSC — Kontijiet

Question

Peress li l-persuna "A", li isimha qed jiġi ndikat separatament mietet f'Awissu li għadda, għaliex il-korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadhom jibgħatu l-kontijiet lill-persuna "B", li isimha qed jintbagħat separatament minkejja li ilhom ix-xhur avżati li l-peruna "A" mietet? Għaliex il-korporazzjonijiet huma ineffiċjenti anke f'xi ħaġa żgħira bħal din?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma tkun stħarrġet il-każ.
Leg 9 PQ #6715 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi talbiet għal ftuh ta' skejjel ġodda biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin minn Settembru 1998 'l hawn? F'liema lokalitajiet? Minn min saret kull applikazzjoni? Meta skola eżistenti tkun trid tiftah oħra (anke temporanja) per eżempju f'Għawdex, għandu jintalab permess ġdid? F'Għawdex kemm hemm skejjel liċenzjati biex jaħdmu f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1998 sal-lum kien hemm ħames talbiet għall-ftuħ ta' skejjel ġodda: F'ISEM ISEM TA' SKOLA LOKALITA` DATA Tom Cusens Customs Language School Sliema 03.12.98 Mercieca Marcel Academy of English Mosta 09.02.99 Bencini John Capital Language School Valletta 01.03.99 Aquilina Joe Club Class Residential Language School Swieqi 10.03.99 Mifsud Damian Atena Language School Attard 14.04.99 Informat ukoll li għal kull talba li jirċievi l-Monitoring Board ta' l-Iskejjel ta' l-Ingliż jibgħat formola għal applikazzjoni ta' l-apposta iżda mhux kull talba li ssir tinbidel f'applikazzjoni. Meta skola eżistenti jiġifieri diġa` għandha l-Liċenzja u għaldaqstant post minn fejn topera jew f'Malta jew f'Għawdex tkun trid topera minn bini ieħor (anke temporanju) għandhom jiġu nformati kemm il-Monitoring Board tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li jirregola dawn l-iskejjel kif ukoll l-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet neċessarji. B'danakollu din il-fergħa għandha titqies bħala estensjoni ta' l-ewwel skola u għalhekk ma toħroġx liċenzja ġdida, iżda ċertifikat ta' estensjoni tal-Liċenzja biex ikopri l-bini li jkun sejjer jintuża bħala fergħa. L-għadd ta' skejjel liċenzjati f'Għawdex hu ta': 2 (tnejn).
Leg 9 PQ #6672 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Grad ta'B.Educ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mtejba s-sitwazzjoni ta' dawk li ggradwaw B.Educ fit-Teknoloġija u ngħataw xogħol ta' tagħlim iżda għadhom qed jitħallsu ta' technicians? Għaliex qed jitħallew f'din is-sitwazzjoni nġusta u li minbarra li toħolqilhom tbatija finanzjarja u psikoloġika qed tispiċċa tibgħat messaġġ ħażin lill-persuni oħra li jitħajru jkomplu għal B.Educ technology?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tlett kandidati (grad ta' technician) li kienu sponsorjati mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal kors tal-B.Educ. u temmewh b'suċċess mingħajr bżonn ta' resits, ġew maħtura għalliema regolari mill-24 ta' Frar 1999. L-uffiċjali konċernati ma tħallew fl-ebda sitwazzjoni inġusta meta għal ħames xhur tħallsu paga ta' technician filwaqt li sħabhom tħallsu ta' temporary teachers. Ta' min jgħid li s-servizz ta' dawn it-technicians sponsorjati jgħodd għal finijiet tal-pensjoni (inkluż iż-żmien li fih segwew il-kors) filwaqt li s-servizz ta' sħabhom bħala temporary teachers ma jgħoddx. Il-paga ta' l-uffiċjali sponsorjati gawdew waqt l-erba' snin kors kienet tiżboq l-istipendji li kienu jgawdu l-għalliema sħabhom. Kandidat ieħor (grad ta' technician) li kien sponsorjat u kellu resit ser ikun eliġibbli għal post ta' għalliem regolari taħt it-termini tas-sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet f'April 1999.
Leg 9 PQ #6673 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Mdina Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni maħtura fuq l-Imdina Rehabilitation Committee? Kif inhuma ppjanati li jintnefqu l-Lm200,000 allokati għalih għall-1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina għadu mhux maħtur.
Leg 9 PQ #6674 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Ticketing system

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-ticketing system għall-mużewijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tender tat-'ticketing system' għall-Mużewijiet qegħda tiġi evalwata.
Leg 9 PQ #6675 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Internet

Question

Peress li fl-24 ta' Frar 1999, il-Ministru wieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4383 fejn qalli li "fi ftit ġimgħat oħra s-servizz ta' l-internet ikun fil-25 skola magħżula", jista' l-Ministru, issa li għaddew tmien ġimgħat, jgħidli xi progress sar fuq dan il-proġett? Liema huma l-25 skola magħżula?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Trattativi mal-Maltacom għadhom sejrin u l-Kuntratt għadu ma ġiex iffirmat. F'dawn iċ-ċirkostanzi huwa maħsub li l-proġett jiġi mibdi appena jiġi ffirmat dan il-Kuntratt. Il-25 Skola huma:- St Theresa Junior Lyceum Maria Regina Junior Lyceum Carlo Diacono Junior Lyceum Dun Ġużepp Żammit Junior Lyceum Ninu Cremona Lyceum Complex Sir Adrian Dingli Junior Lyceum E. Serracino Inglott Secondary Giovanni Despott Junior Lyceum F.X. Attard Secondary Lily of the Valley Secondary Maria Assumpta Secondary Fra Diego Bonanno Girls' School Lorenzo Gafa` Secondary Higher Secondary Paola Higher Secondary Naxxar Arts & Design Centre Fgura Primary A Fgura Primary B St Julians Primary C Cospicua Primary A Cospicua Primary B Kalkara Primary C Senglea Primary C Vittoriosa Primary C Xgħajra Primary C
Leg 9 PQ #6676 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Tindif mill-Bad Boy

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħlas li qed tieħu d-ditta Bad Boy Ltd għat-tindif li bdiet tagħmel fid-29 ta' Marzu, 1999 fil-bini tal-Ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-Furjana? Kemm jammonta kuljum dan il-ħlas? Għal-liema perjodu jgħodd dan il-kuntratt ta' tindif?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlas li qed isir lid-ditta Bad Boy Cleaning Services Ltd huwa ta' Lm30 fil-ġimgħa. Il-perjodu tal-kuntratt huwa validu għal sena mid-29 ta' Marzu 1999.

WSC — Servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma milli tipprovdi s-servizz ta' l-ilma lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha x-xhur li applikat għas-servizz fl-inħawi fejn għandha l-għelieqi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-inħawi fejn saret l-applikazzjoni biex jiġi nstallat servizz ġdid ta` l-ilma jinsab madwar mitt metru `l bogħod minn fejn hemm il-mejn tad-distribuzzjoni ta` l-ilma. Infurmat ukoll li l-applikanti qed jikkunsidraw jidħlux għall-ispejjeż involuti biex isir ix-xogħol.
Leg 9 PQ #6651 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tressaqlux xi rapport mill-Kunsill Lokali dwar iċ-ċimiterju u d-dfin fil-Mellieħa? X'jirrikmanda dan ir-rapport? X'se jiddeċiedi l-Ministeru dwar dan ir-rapport?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment irċieva korrispondenza mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar is-sitwazzjoni attwali taċ-Ċimiterju tal-Mellieħa. Din il-korrispondenza titratta fuq: 1. Il-bżonn ta` aktar u manutenzjoni taċ-ċimiterju. 2. Ir-responsabbilta` konnessa mal-mautenzjoni u t-tindif taċ-ċimiterju tal-Mellieħa tiġi ddelegata lill-Kunsill Lokali u dan jiġi kkumpensat b'somma ta` tagħha ma ġiex speċifikat. 3. Li seba` oqbra fl-istess ċimiterju li huma proprjeta` tal-Ministeru tad-Difiża Ingliża, igħaddu f'idejn id-Dipartiment tas-Saħħa. F'laqgħa li saret fil-15 ta` April 1999 bejn uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa u rappreżentanza mill-Kunsill Lokali ġew diskussi dawn il-punti u l-Kunsill Lokali ġie nfurmat li: 1. qed jitħejja pjan ta` ħidma sabiex tiżdied il-faċilta għad-dfin il-lokalita` tal-Mellieħa kif ukoll titjieb il-manutenzjoni u tindif fl-istess ċimiterju. 2. ma jinħasx il-bżonn li l-Kunsill Lokali jassumi r-responsabilta` għat-tindif taċ-ċimiterju. 3. t-talba, sabiex oqbra li huma propjeta` tal-Ministerju tad-Difiża Ingliża jgħaddu f'idejn id-Dipartiment tas-Saħħa, ġiet miċħuda f'April 1996.
Leg 9 PQ #6652 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Karta safra

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir sforz biex l-applikazzjoni għall-karta s-safra tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi pproċessata malajr kemm jista' jkun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-applikazzjoni tal-persuna msemmija waslet fit-28ta' April 1999, u ġiet ipproċessata fl-4 ta' Mejju 1999.
Leg 9 PQ #6668 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Senior Technical officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' Senior Technical Officer (Draughtmanship) fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, liema applikazzjoni l-proċess tagħha għall-pubblikazzjoni kien inbeda fi żmien l-amministrazzjoni Laburista?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa qed isir xogħol li għandu jwassal għal riorganizzazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, inkuż ix-xogħol li għandu x'jaqsam man-nefqa kapitali u rikorrenti dwar bini, proġetti u manutenzjoni.
Leg 9 PQ #6669 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC/MATSEC — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kienu lesti r-rapporti ta' l-eżaminaturi ta' l-eżamijiet SEC u MATSEC? Meta għaddew dawn ir-rapporti lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? Meta d-diviżjoni għaddiethom lill-iskejjel fejn l-istudenti jiġu mħejjija għal dawn l-eżamijiet? Meta l-kapijiet ta' l-iskejjel għaddew dawn ir-rapporti lill-għalliema biex ikunu jistgħu jiddiskutuhom ma' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapporti ta' l-eżaminaturi ta' l-eżamijiet SEC u MATSEC twasslu lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fis-26 ta' Marzu 1999. Fid-diviżjoni ġew miġburin b'mod li kull skola tirċievi r-rapporti ta' suġġetti differenti u ntbagħtu fl-iskejjel bil-posta fl-14 ta' April 1999.
Leg 9 PQ #6670 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Divisjoni ta' l-Edukazzjoni — Fondi kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni beħsiebha tqassam il-fondi kapitali lill-iskejjel tal-gvern kollha peress li hemm skejjel li qed jgħidu li għadhom ma rċevewx dawn il-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kapijiet ta' l-iskejjel ġew infurmati bil-miktub bis-somma li kull skola partikolari ser tirċievi bħala Imprest for Capital Expenditure Equipment. Il-fondi kapitali jitqassmu lill-iskejjel bħal dan iż-żmien kull sena.