Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6969 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Teknoloġija informatika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi struttura biex tgħin it-tixrid tat-teknoloġija ta' l-informattika biex ma jibqax jiddependi kollox fuq assistent direttur wieħed bla għajnuna u appoġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva. Ġa ladarba jitwaqqaf l-Steering Committee għal proġett ta' Informatika fl-iskejjel Maltin (primarji, sekondarji u post-sekondarji), l-ewwel laqgħa tal-kumitat ser tkun diskussjoni dwar struttura xierqa li tlaħħaq mal-committments massiċċi li daħal għalihom il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #6951 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Imwiet

Question

L-inkjesti li hemm referenza għalihom fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6535, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni f'kull każ li mexxew dawn l-inkjesti, x'inhi l-ħatra tagħhom f'kull każ, x'kienu t-terms of reference ta' kull inkjesta u f'kull każ min ittella' jixhed quddiem il-bordijiet ta' inkjesta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Biex ma ssir l-ebda forma ta' pressjoni fuq il-Bordijiet ta' l-Inkjesta ma nħossx li għandi nipplubika dettalji dwar ismijiet u l-ħatriet tal-membri tad-diversi Bordijiet, jew l-ismijiet tax-xhieda. It-terms of reference fihom dettalji li jiksru l-kunfidenzjalita' medika jekk jiġu ppublikati.

UE — Pjan leġislattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa l-aħħar ta' din is-sena xi pjan leġislattiv għandu xahar b'xahar biex mill-parlament Malti jgħaddu l-liġijiet kollha lokali li jridu jiġu mibdula biex isiru bħal dawk ta' l-Unjoni Ewropea bħala parti mill-proċess ta' screening li għaddej bħalissa?

Response (BORG, JOE)

Il-pjan leġislattiv rigwardanti il-liġijiet li jridu jgħaddu mill-Parlament, sew dawk li huma marbuta mal-proċess ta` adattament tal-liġijiet tagħna ma dawk tal-Unjoni Ewropeja u oħrajn, jkun irid jitressaq quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra min żmien għal żmien skond ma jkun opportun.

Qrati — Proposta ġdida dwar il-protokoll

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-ministeru dwar ir-reazzjoni tal-maġistrati li ma jaċċettawx il-preċedenza allokata lilhom fil-proposta l-ġdida dwar il-protokoll?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghat-tweġiba li kont tajt ghall-Mistoqsija Nru. 6564.
Leg 9 PQ #6954 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tliet inkjesti li kellhom isiru dwar imwiet fl-Isptar San Luqa bejn Settembru, 1998 u April 1999? Bla ma jingħata tagħrif konfidenzjali, jista' jgħid x'ikkaġuna l-imwiet ta' l-erba' persuni li dwarhom saru l-inkjesti bejn Settembru 1998 u April 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn meta tajt ir-risposta għal PQ 6535 f'Seduta 95, id-Dipartiment irċieva r-rapport ta'waħda mill-inkjesti pendenti. Dan ir-rapport jikkonferma li l-kawża tal-mewt kienet sitwazzjoni irreversibbli u ma sab ebda evidenza ta'negliġenza fil-każ.
Leg 9 PQ #6955 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel primarji — Edukazzjoni kumplimentari

Question

Peress li kull min għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni kumplimentari fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa tal-fehma li l-ħafna xogħol li jkun sar tajjeb sat-tieni sena tal-primarja qed jintilef għax l-istudenti ma jingħatawx għajnuna fit-tielet sena u wara, jistgħu jittieħdu passi biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni li qed tkisser il-futur ta' ħafna studenti minn eta' żgħira?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalkemm fil-preżent is-servizz ta' l-Edukazzjoni Kumplementarja fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa ffukat fuq it-tieni sena, mhux korrett għal kollox jingħad li s-servizz ma jingħatax fit-tielet sena u wara. Infatti matul din is-sena skolastika, f'Malta u Għawdex, madwar 208 student qegħdin jingħataw l-għajnuna fit-tielet sena; filwaqt li 36 student qegħdin jingħataw l-għajnuna fir-raba' sena; Hija l-intenzjoni li dan is-servizz jiġi estiż iżjed, u d-Diviżjoni qegħda fil-proċess li minn sena għall-oħra s-servizz jiżdied fil-limiti tar-riżorsi speċjalment dawk umani.
Leg 9 PQ #6956 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żebbuġ - Screening

Question

Jista' l-Ministru jara li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jattendi t-tielet sena tal-primarja ta' Ħaż-Żebbuġ (Malta) jiġi screened malajr kemm jista' jkun biex isir magħruf jekk għandux il-kondizzjoni tad-dyslexia?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li l-każ jingħata l-priorita` li jostħoqqlu.
Leg 9 PQ #6932 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Korsa taż-żwiemel

Question

Peress li qed jasluli rapporti persistenti fuq il-kumpless tal-Korsa tal-Marsa fejn isiru t-tiġrijiet taż-żwiemel, jistgħu jittieħdu passi biex il-post jinżamm nadif kollu kemm hu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat tal-Malta Racing Club huwa konxju mill-indafa tal-post u għandu impjegati apposta biex jaraw li l-post jinżamm nadif il-ħin kollu u qiegħed ukoll iħallas persuna biex jieħu ħsieb jiġbor il-ħmieġ taż-żwiemel li jkun hemm fit-triq tal-korsa. Iżda minkejja l-appelli kontinwi biex il-post jinżamm nadif, ħafna spettaturi li jattendu għat-tiġrijiet iħallu ħafna ħmieġ. Il-Kumitat sejjer jimpenja ruħu iktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-indafa u l-ambjent tal-post.

Benefiċċji soċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3728, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Public Expenditure Review Trade Force evalwatx x'qed jiġri f'Għawdex fil-qasam tas-servizzi soċjali? Kemm-il darba telgħet Għawdex? Meta? X'xogħol għamlet s'issa f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 6933 ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. 25.5.99

Swieqi — Traffic lights

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3724, ta' l-ewwel ta' Frar 1999, dwar il-possibbilta' ta' traffic lights fis-Swieqi, issa li għaddew xahrejn jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel l-analiżi neċessarji u għandu parir tat-Transport Research Laboratory illi m`għandhomx jitwaħħlu it-Traffic Lights fil-ħruġ ta` ħdejn il-Green Grove Guest House u li fil-fatt din it-triq għandha tkun dħul biss. Din il-possibilita għad trid tiġi kkunsidrata mit-Traffic Control Board. Dwar il-ħruġ minn taħt il-bridge għal Regional Road m`hemmx bżonn ta` traffic lights f`din il-lokalita` iżda pjuttost rijalinjament tal-bankini li qed isiru l-pjanti tagħhom biex bi ftehiem mad-Dipartiment tat-Toroq ix-xogħol jitwettaq mill-kunsill tas-Swieqi.

ETC — Art and Design Centre

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-ETC għadha ma sabitx sponsor għall-istudent, li ismu qed jintbagħat separatament, fl-iskema ta' l-apprendistat li jattendi, l-Art and Design Centre, Vallleta, għax se jispiċċa jkollu jitlaq minn din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tlabt lill-E.T.C. biex jiktbu direttament lill-persuna ikkonċernata u jispjegawlha l-fatti. 25.5.99
Leg 9 PQ #6936 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Universita' — Kors tal-M. Psych

Question

Jista' jiġi żgurat li l-Ministru jagħmel dak kollu possibbli min-naħa tiegħu biex fl-għażla li se ssir ta' dawk li se jibdew il-kors tal-M.Psych fl-Universita' ta' Malta ikunu bil-kwalifiki meħtieġa biex il-kors fl-aħħar ikun jista' jibda f'Ottubru 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi l-kors tal-M.Psych fl-Universita ta' Malta jaqa' taħt id-diviżjoni tal-Edukazzjoni, nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6938 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tarġa Gap - Arts & Crafts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet mhux se jsiru s-sessjonijiet ta' l-art and crafts fl-iskola ta' Tarġa Gap?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-inizjattiva li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant kienet inizjattiva ta' l-iskola Salvator Dimech u mhux tad-Diviżjoni. L-inizjattiva tnehdiet fuq bażi volontarja mill-iskola. Infurmati mill-iskola, li, għal raġunijiet personali, l-istaff ta' l-iskola m'humiex disposti li jagħtu xi lezzjonijiet fis-sajf li ġej ser inkompli nindaga biex nifhem aħjar is-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #6892 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Patrimonju Malti — Proġetti tal-kostumi lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti li, flimkien mal-Ministeru, jinfetaħ mużew tal-kostumi lokali?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa għadu qed jiġi kkunsidrat il-bini li ser jiġi allokat lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti għall-iskop ta' dan il-Mużew u l-ispiża rikorrenti u kapitali involuta.
Leg 9 PQ #6907 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjoni tal-katarretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, se ssirlu l-operazzjoni tal-katarretti li għandu bżonn urġenti, kif qalulu l-isptar stess meta ġimgħat ilu mar biex jiġi eżaminat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-persuna konċernata ser tiġi operata fl-ewwel ġimgħa ta` Ġunju 1999.

Djar — Każ ta' housing

Question

Tista' tingħata xi forma ta' għajnuna lill-armla, li isimha qed jintbagħat separatament, għaliex is-sid privat irid ikeċċieha mid-dar tagħha u dan meta diġa' għandha ħafna problemi familjari u personali serji u żgur li m'għandhiex bżonn li magħhom iżżid il-problema ta' nuqqas ta' dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna indikata ġa ġiet allokata post ieħor mid-Dipartiment, iżda jien infurmat illi hi għada ma marritx toqgħod fih għalkemm għaddew 10 xhur. Issa qed tissogra li d-Dipartiment jirrevoka l-allokazzjoni u jalloka l-fond lill-min verament għandu bżonn. Il-post fejn kienet toqgħod mhux rekwiżizzjonat, għalkemm xtora kien ġie pre-allokat lill-ħaddieħor fl-20 ta' April 1987. 24.5.99
Leg 9 PQ #6920 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Taħrikiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistqosija parlamentari numru 6425, jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu żjajjar il-VAT inspectors lill-oqsma ta' operaturi differenti? F'kull settur differenti, kemm hemm operaturi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` żjajjar li għamlu l-VAT Inspectors lill-oqsmata` operaturi differenti bejn l-1 t`Ottubru 1998 u t-12 ta` Mejju 1999 kien kif jidher fil-lista mehmuża u mmarkata Dokument A. In-numru ta` operaturi attivi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT fit-12 ta` Mejju 1999 f`kull settur differenti kien kif jidher fil-lista mehmuża mmarkata Dokument B.
Leg 9 PQ #6921 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet differenti li qed tagħmel il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? X'arranġamenti hemm ma' l-Universita' dwar dawn ix-xogħlijiet ta' din il-persuna? Xi ħlasijiet isiru għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Speċifikament Dr Joe Cannataci inħatar iċ-Chairman tal-Bord tal-Malta Restoration Centre kif diġa` ġie imħabbar f'Konferenza Stampa. Huwa wkoll membru tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija. Hu ġie inkarigat biex jikkordina l-proġett kollu ta' Bighi fejn ser ikun hemm is-sede ta' dan il-kunsill. Jiena tajtu wkoll l-inkarigu li jagħti pariri lill-Ministeru dwar diversi oqsma li għalihom jien responsabbli. L-Universita` intalbet il-permess metieġ biex Dr Cannataci jkun jista` jagħmel dan ix-xogħol. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar renumerazzjoni xierqa għal din il-konsulenza.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Rivista 30 giorni

Question

Għal-liema raġuni l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin bgħatli fl-24 ta' Frar 1999 ir-rivista 30 giorni, immexxija minn Giulio Andreotti? Kif din ir-rivista ntbagħtet f'envelope tal-gvern ta' Malta? Kemm kien hemm persuni oħra f'Malta u f'Għawdex li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin bagħatilhom ir-rivista 30 Giorni?

Response (BORG, JOE)

Ir-rivista li għaliha qiegħed jagħmel riferenza l-Onorevoli interpellant kienet mibgħuta fuq talba ta` l-amministrazzjoni tal-istess rivista, peress illi kienet tinkludi intervista li saret f`Malta ma l-allura Viċi Prim Ministru u Ministru ta` l-Affarijiet Barranin Malti, l-Professur Guido de Marco. Ir-rivista in kwistjoni, li normalment jitħallas prezz biex tiġi akkwistata, intbagħtet Malta mill-amministrazzjoni ta` 30 Giorni bla ebda ħlas. Ir-rivista ntbagħtet lill-circa 628 persuna jew entitajiet f`Malta li ġew indikati mill-amministrazzjoni tar-rivista stess. Għandu jingħad li l-Gvern Malti kien responsabbli biss mill-postaġġ lokali biex ir-rivista setgħet tasal għand il-persuni ndikati mill-istess amministrazzjoni ta 30 Giorni.

ETC — Apprendistat EST S u TAS

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema kriterji l-ETC qed tgħin studenti fi skemi ta' apprendistat ESTS u TAS biex jiksbu sponsor? Kemm hemm studenti f'kull sena f'kull skema li għandhom sponsor? X'se jiġri minn dawk l-istudenti li huma bla sponsor? Kif tiddeċiedi l-ETC lil liema studenti ssibilhom sponsor u lil liema tħallihom ifittxu waħedhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 24.05.99