Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Każ bil-file no. RO 50428

Question

Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tgħix f'dar rekwiżizzjonata filed: RO 50428 u l-istatus ta' dan il-fond huwa dokumentat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru jara r-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Nru. 6908 li tirriferixxi għall-istess persuna. 31.5.99
Leg 9 PQ #7078 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Casual cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u f'liema skejjel ġew impjegati casual cleaners fi skejjel governattivi fil-perijodu Settembru 98 sa April 99? Kemm ġew impjegati casual clerks u f'liema skejjel ġew impjegati fil-perijodu bejn Settembru 98 u April 99?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7079 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Cleaners/handymen

Question

Fis-17 ta' Mejju, 1999 il-Ministru stqarr li "qed jiġi studjat il-metodu kif isir redeployment aħjar" tal-cleaners u handymen fl-iskejjel? Fejn wasal dan l-istudju? X'passi prattiċi ttieħdu biex ikun hemm tqassim aħjar tal-cleaners u handymen? X'passi ttieħdu minn Ottubru 98 sa April 99 dwar il-problemi ta' dixxiplina u burokrazija f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #6994 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kuntistabbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif sospensjoni ta' kuntistabbli tal-pulizija li kien akkużat fil-Qorti b'korruzzjoni ġiet imneħħija u reġa' iddaħħal fil-korp biex nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Mejju ġie kkundannat sena ħabs fuq dan l-istess każ? Jista' jgħid min neħħa din is-sospensjoni u x'kienet ir-raġuni la l-każ fil-Qorti kien għadu ma ġiex deċiż? Hemm xi pulizija oħra li kienu sospiżi fuq xi każ li tressaq u reġgħu bdew bix-xogħol regolari tagħhom fil-korp qabel ma ġie deċiż il-każ mill-Qorti? Fuq liema akkużi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għadu fi stadju ta` Appell, għaldaqstant ma nħossx li għandi nagħti dettalji dwaru. Kif kelli okkażżjoni ngħid, pubblikament, il-policy vigenti dwar sospensjoni mid-doveri ta` membri tal-Korp li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali kontrihom, hi li ħlief fejn iċ-ċirkostanzi, u n-natura tar-reat jindikaw mod ieħor, minflok jiġu sospiżi jkunu trasferiti għal post anqas sensittiv sakemm jinqata` il-każ tagħhom. Hekk kif jinqata` il-każ, jibdew imbagħad il-proċeduri ta` dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li jistgħu jwasslu għal tkeċċija. Kull sospensjoni jew ir-revoka tagħha trid tiġi approvata mill-PSC, kif ġara f`dan il-każ. Il-persuna konċernata mill-iskwadra speċjali tal-A.L.E. ġiet trasferita għall-Għassa ta` Raħal Ġdid. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm każ ieħor fejn membru tal-Korp reġa` ddaħħal lura għax-xogħol, f`post differenti milli kien qabel, skond din il-policy u wara li ġiet segwita il-proċedura neċessarja. Dan huwa akkużat li ikkommetta arrest illegali u ikkawża ferita ħafifa fuq persuna. Mill-S.A.G. ġie assenjat xogħol ta` fattiga. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #6995 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membru li reġgħu daħlu fil-korp

Question

Minn Settembru, 1998 sa l-10 ta' Mejju, 1999 jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħlu lura pulizija li kienu ħarġu mill-korp? Ta' liema rank huma? Kemm kienu ilhom barra? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern li jdaħħal lura pulizija li jkunu telqu mill-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ma ddaħħlu lura l-ebda pulizija li kienu ħarġu mill-Korp. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W25.
Leg 9 PQ #6996 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul it-tieni term tas-sena skolastika: 1) ingħataw permess li joħorġu studenti mill-iskola qabel għalqu s-16-il sena; kemm kienu bniet; 2) kemm minn dawn kienu minn skejjel privati jew tal-knisja; 3) x'kienu r-raġunijiet prinċipali li ngħata permess; 4) jista' jgħid x'inhu t-total kollu ta' permessi li ngħataw matul din is-sena skolastika s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6997 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Każ ta' student

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex jiġi nvestigat l-ilment tal-ġenituri ta' l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament) li ġie ttrattat ħażin minn għalliem tax-xjenza? X'rimedji qed jiġu suġġeriti għal din il-problema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-omm kif ukoll in-nanniet ta' l-istudent tkellmu mas-Surmast kemm fuq it-telefon kif ukoll personali, u l-ilmenti tagħhom ġew investigati u risolti fl-iskola fl-istess ġimgħa. L-istudent imsemmi ma ġiex ittrattat ħażin mill-għalliem, iżda l-għalliem intervjena biex iferraq lill-istess student waqt ġlieda fil-klassi. Jista' jkun li l-istudent intlaqat aċċidentalment. L-istudent qiegħed jattendi b'mod regolari għall-lezzjonijiet kollha.
Leg 9 PQ #7023 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' l-Istat - Fiera tar-Rebbiegħa

Question

Jista' jkun hemm inizjattiva mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex is-sena li ġejja aktar skejjel tal-gvern jieħdu sehem fil-Fiera tar-Rebbiegħa bħala solidarjeta' attiva' ma' l-adoloxxenti u żgħażagħ ta' pajjiżi oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Għaddejt is-suġġeriment lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-konsiderazzjoni tagħhom.
Leg 9 PQ #7024 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Midweek Project

Question

Minn Settembru, 1998 sa April, 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ġiet organizzata mid-Diviżjoni jew/u mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jevalwaw il-Midweek Project fl-iskejjel primarji u biex jiżguraw li qed jagħti l-frott mixtieq? X'impenn sostanzjali - mhux verbali biss - hemm biex dan il-proġett jitkompla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saret laqgħa waħda. Informat li ġew allokati riżorsi finanzjarji li se jintużaw għal żvilupp tal-proġett fuq il-linji tal-kurrikulu l-ġdid.
Leg 9 PQ #6970 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Steering committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf steering committee biex jikkordina l-politika tat-teknoloġija ta' l-informatika fl-iskejjel tagħna? Min se jkun fuq dan l-isteering committee?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat l l-Steering Committee biex jikkoordina l-politika tat-Teknoloġija ta' l-Informatika fl-iskejjel tagħna ser jitwaqqaf fil-futur qrib u t-tagħrif mitlub jingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #6989 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Istituzzjonijiet edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-fondi kapitali li ġew allokati lil kull istituzzjoni edukattiva post-sekondarja tul din is-sena skolastika peress li fir-risposta li tajtni llum għedtli li s-somom għadhom qed jinħadmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-fondi kapitali fis-Settur Post Sekondarju, ġew allokati hekk: Art and Design Centre Lm 3500 Agricultural College Lm 2500 Paolino Vassallo Upper Lyceum Lm 5000 School of Hairdressing and Beauty Therapy Lm 2000 School of Music, Valletta Lm 2500 School for Secretarial Studies Lm 1000 Adult Education Centre, Msida Lm 1000 Prevocational School, Health Care Lm 1500 Drama Centre, Mikelanġ Borġ Lm 1500 Pre-School Education Centre Lm 1000 Mikelanġ Sapiano Tech Institute, Paola Lm13000 Fellenberg Training Centre Lm 4000 Higher Secondary School, Naxxar Lm 3000 School of Art, Valletta Lm 1500 Nautical School - Floriana Lm 3000

Ċentru ta' Taħriġ għall-Adulti — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-kwalifiki u l-esperjenza li għandhom il-persuni li jaħdmu fl-Adult Training Centres li jħarrġu lill-persuni b'diżabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 26.5.99
Leg 9 PQ #6991 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Riċevuti fiskali

Question

Jeżisti d-dritt li tintalab riċevuta fiskali għall-ħlas ta' Lm55 lil psikoloġista li jikteb biċċa karta fejn jingħad biss li t-tifel għandu l-kondizzjoni tad-dyslexia?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ ta` rċevuta fiskali huwa l-obbligu tal-persuna li tagħmel il-provvista. Fil-każ ta` professjonist li l-irċevuta għandha tinħareġ minnufih wara li jsir il-ħlas. Jekk persuna ma tingħatax irċevuta fiskali, tista` tinforma lid-Dipartiment anke b`mod kunfidenzjali, biex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #6992 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skejjel speċjali - infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tan-nurses li huma mpjegati fl-iskejjel speċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond is-sejħiet għall-applikazzjoni għall-postijiet ta' Supervisory Nurses (Staff Nurse Grade II) fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Frar tal-1991 u dik tal-5 ta' Marzu tal-1993, id-dmirijiet tan-nurses li huma impjegati fl-iskejjel speċjali huma dawn: 1. Tieħu ħsieb id-diversi bżonnijiet tat-tfal bi bżonnijiet speċjali fl-Iskejjel Speċjali matul is-sena skolastika u fis-summer camps. 2. Tgħin lill-uffiċjali mediċi fil-viżiti tagħhom fl-Iskejjel Primarji u Ċentri tal-Kindergartens waqt check-ups mediċi.
Leg 9 PQ #6993 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru Detox — Pazjenti

Question

Minn Jannar sa April ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna wżat il-faċilitajiet tad-Detox f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu barranin u ta' liema nazzjonalita'? Kemm kienu nisa? Mit-total, kemm kienu taħt: a) il-15-il sena; b) minn 16-il sena iżda taħt it-18-il sena; c) minn 19-il sena sa 21 sena; u d) 'il fuq minn 21 sena? Kemm kull xahar marru għall-għajnuna l-ewwel darba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor.Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

Qrati — Proċess Verbal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestix il-proċess verbal dwar il-mewt b'overdose tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-Gianpula fl-1998? Dan il-proċess verbal ġie ppreżentat fil-qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Nru. 6563.
Leg 9 PQ #6958 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Rapporti

Question

Jista' issa l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 6538?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6966 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet/Siti Pre-istoriċi — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi u storiċi xahar b'xahar minn Settembru sa April għas-snin 1995/99? Fiex wasal il-proċess tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta'interess storiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba xogħol ieħor urġenti, it-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #6967 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Fondi lill-skejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-fondi li qed jingħataw matul din is-sena skolastika lil kull skola u istituzzjoni edukattiva f'Għawdex taħt il-voti: (1) Imprest materials/supplies; (2) imprest for school maintenance; (3) imprest for capital expenditure?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija hawn taħt: Isem ta' l-Iskola Imprest għal Imprest għall- Imprest għall- Materials u Manutenzjoni Ispiża Supplies Kapitali LM LM LM Skola Primarja ta' l-Għarb 1,488.50 150.00 500.00 Skola Primarja t'Għajnsielem 3,077.50 200.00 600.00 Skola Primarja ta' Kerċem 1,967.50 150.00 500.00 Skola Primarja tan- Nadur 3,630.00 250.00 700.00 Skola Primarja tal- Qala 1,535.00 150.00 500.00 Skola Primarja San Lawrenz 848.50 150.00 500.00 Skola Primarja Sannat 3,273.00 290.00 1,200.00 Skola Primarja Victoria 4,327.00 290.00 700.00 Skola Primarja tax- Xagħra 3,544.50 240.00 700.00 Skola Primarja tax- Xewkija 3,192.00 200.00 700.00 Skola Primarja taż- Żebbuġ 1,325.00 150.00 500.00 Agius de Soldanis Girls' Junior Lyceum 12,113.00 1,030.00 3,400.00 Ninu Cremona Boys' Junior Lyceum 9,198.00 800.00 3,000.00 Mary Meilaq Girls' Trade School 1,289.50 160.00 500.00 Carmelo Refalo Boys' Trade School 825.00 160.00 600.00 Kelinu Galea School of Agric/Building 2,835.50 250.00 1,000.00 Sir M A Refalo Centre for Further Studies 7,247.00 939.00 2,800.00 Skola ta' l-Arti 2,116.00 316.00 500.00 Skola tal-Mużika 1,2400.00 190.00 500.00 Skola tad-Drama 918.00 135.00 300.00 TOTAL 65,990.50 6,200.00 19,700.00
Leg 9 PQ #6968 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeri — Dħul/ħruġ finanzjarju

Question

Mill-bidu ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' April 1999 kif kienu l-ħruġ u d-dħul ta' kull ministeru skond it-targets li ssettja l-ministeru fil-budget ta' l-1999? Liema huma l-ministeri li jidhru li qed jonfqu f'livelli ogħla aktar milli jippermettulhom il-finanzi li ġew allokati lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Għar-rigward tad-dħul, il-ġbir mid-Dipartimenti tat-Taxxi Nterni u tas-Sigurta` Soċjali fil-perjodu ta` bejn Jannar u April 1999, kien ftit anqas minn kif kien mistenni meta paragunat ma` dak stmat għal sena sħiħa. Fir-rigward ta` nfiq, kemm rikorrenti kif ukoll kapitali, fil-perijodu msemmi, ebda Ministeru ma nefaq aktar milli jippermettulu l-fondi allokati lilu minn dan il-Ministeru.