Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9005 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Gozo Office

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qiegħed jiswa lill-Gvern il-Gozo Office li l-Ministeru għal Għawdex għandu fi Triq l-Ifran, fil-Belt Valletta xahar b'xahar minn meta nfetaħ sal-lum kif ukoll tgħid x'infiq sar biex seta' jitwaqqaf dan l-uffiċċju? Tista' l-Ministru tgħid ukoll xi ħtieġa kien hemm għal dan l-uffiċċju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-Uffiċċju ta' Għawdex f'Malta li l-Ministeru għal Għawdex għandu fi Triq Nofs in-nhar f'Valletta. Qeghda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward l-infiq li sar s'issa fuq dan l-uffiċċju: Xiri ta' tapit LM 139.80 Xiri ta' kompjuter komplut b'modem Lm 669.96 Xiri ta' għamara Lm 940.52 Xiri ta' faxsimile Lm 285.00 Xiri ta' żewġ plakek Lm 195.50 ___________________ ___ TOTAL Lm 2230.78 Jiena nfurmata li dawn l-oġġetti kollha nxtraw f'Ġunju 1999. Dan l-uffiċċju se jservi biex jagħti servizzi ta' għajnuna meħtieġa mill-Għawdxin f'Malta kif ukoll biex jirriklama lil Għawdex bħala post turistiku matul is-sena kollha, kemm għat-turisti kif ukoll għall-Maltin li jkunu jixtiequ informazzjoni dwar Għawdex.
Leg 9 PQ #9027 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ngħatat il-marki l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fl-iskola primarja Ħaż-Żabbar li s-sena skolastika li għaddiet attendiet fil-klassi primarji l-ħames sena, peress li din m'attendiex għall-eżami finali għax kienet marida? Għaliex lill-ġenituri tal-persuna fuq indikata ma jispjegawlhomx kif tawha l-marki li tawha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-marki fl-eżami tal-persuna msemmija ngħataw skond formola stabbilita li tintuża f'każi ta' mard jew assenzi oħra ġustifikati. Il-kap ta' l-iskola nfurmana li wieħed mill-uffiċjali tal-istess skola spjega din il-proċedura fid-dettal lill-ġenituri ta' l-istudenta msemmija.
Leg 9 PQ #8995 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati - Telefons ċellulari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat tiegħu li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom telefon ċellulari kif ukoll jinforma lill-Kamra liema Ministri u Segretarji Parlamentari kitbu lill-uffiċċju tiegħu biex is-segretarjati tagħhom igawdu mill-użu ta' telefons ċellulari f'ammont akbar minn dak permess mid-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed minnu stess fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dwar uzu ta’ telefon cellulari minn individwi fis-Segretarjat tieghi nirreferi l-Onorevoli Membru ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 6621. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li l-Ministeru ta’ l-Ambjent u Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici talbu biex izidu n-numru ta’ telefons cellulari allokati lilhom.
Leg 9 PQ #8996 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati - Telefons ċellulari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat Privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' telefon ċellulari kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet rispettivi ta' kull telefon ċellulari għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba diġa' mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari Numru 6625.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati - Telefons ċellulari

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat Privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' telefon ċellulari kif ukoll iqiegħed fu qil-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet rispettivi ta' kull telefon ċellulari għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 6623 li parti minnha hija dwar dawk il-membri tas-Segretarjat tiegħi li huma ntitolati għall-użu ta' "mobile phone" u dwar l-ispiża għal dawn il-"mobile phones". Irrid inżid li ntitolat ukoll għall-użu ta' "mobile phone" huwa l-Assistent Personali li, għalkemm diġa' identifikat u l-ħatra tiegħu diġa' ġiet approvata skond il-proċeduri stabbiliti, għad irid jiffirma l-kuntratt meħtieġ. Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kontijiet ta' kull telefon ċellulari. 28.7.99
Leg 9 PQ #8998 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati - Użu ta' vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat Privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' karozza kemm jekk hi tal-gvern, ta' xi enti tal-gvern jew inkella mikrija kif ukoll jagħti rendikont ta' fuel minn fuq kull vettura rispettiva għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-individwi fis-Segretarjat Privat tieghi li qed juzaw karozza tal-Gvern huma s-Segretarju Privat tieghi, l-Assistent Segretarju Privat u l-Joint Assistant Private Secretary. Minn Ottubru 1998 sa Gunju 1999 il-konsum ta’ fuel kien kif gej: Segretarju Privat Lm217 Assistent Segretarju Privat Lm297 Joint Assistant Private Secretary Lm211
Leg 9 PQ #8999 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati - Użu ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat Privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' karozza kemm jekk hi tal-gvern, ta' xi enti tal-gvern jew inkella mikrija kif ukoll jagħti rendikont ta' fuel minn fuq kull vettura rispettiva għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn li ġejjin huma l-uffiċjali fis-Segretarjat privat fil-Ministru tal-Edukazzjoni li għandhom karozza skond il-Kuntratt ta' mpjieg: ISEM FUEL BEJN L-1.10.98 U 30.06.99 1. Frank Mifsud Lm466.43 2. Ignatius Abela Lm377.69 3. Albert Callus Lm282.23 Informat ukoll li dawn il-vetturi jintużaw kontinwament mill-uffiċjali l-oħra fis-segretarjat li jużaw ukoll żewġ karozzi oħra għall-użu ġenerali.
Leg 9 PQ #9000 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Engagement of Staff for Private Secretariats — Dokument

Question

Jista' l-Prim Ministru, b'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jagħti l-ismijiet ta' l-individwi u l-lokalita' mniżżla fuq il-karta ta' l-identita' tagħhom ta' l-erbgħa co-ordinators, il-ħames secretariat officers, it-tmien secretariat messengers/charwomen u ż-żewġ drivers/security officers li qegħdin jaqdu d-doveri fis-Segretarjat Privat tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8863 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Legal advisers

Question

B'riferenza għar-rapport li deher fil-gazzetta "The Sunday Times" ta' l-20 ta' Ġunju, 1999 fejn il-President tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ġie kkwotat li qal: "Legal advisers of the Foundation for Medical Services are of the opinion that the law had not been broken when the foundation has issued a call for tenders for the provision of food to government hospitals", jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-legal advisers li taw dan it-tali parir kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumentazzjoni kollha li ġiet skambjata bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-legal advisers rigward dan il-parir partikolari?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-`Legal Advisers' li taw il-parir huma Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates. Il-parir ingħata verbalment u mhux b'dokumentazzjoni.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Ikliet fi sptarijiet Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ntalabx mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex jagħti parir dwar il-ħruġ ta' offerta mill-istess Fondazzjoni għall-proviżjon ta' ikliet fl-isptarijiet Maltin b'konnessjoni ma' offerta li fil-preżent hija ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Avukat Ġenerali nfurmani li l-informazzjoni rikjesta hi koperta bis-sigriet professjonali u ssuġġerixxa li l-mistoqsija tiġi rivolta lill-Ministeru responsabbli għall-Fondazzjoni.
Leg 9 PQ #8991 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Persuni li applikaw biex jgħallmu

Question

Mit-8 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw: 1) permanent warrants; 2) temporary warrants lill-persuni li applikaw għalihom biex jgħallmu? Min huma dawk li ngħataw: 1) permanent teaching warrant; 2) temporary teaching warrant?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1998 sa 'llum ingħataw 339 warrant permanenti u 123 warrant temporanji. Il-lista ta' l-ismijiet tal-persuni konċernati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' — Persuni li qed jistennew għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-waiting list quddiem is-servizz għajnuniet speċjali tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li qed jistennew għajnuna finanzjarja? X'tip ta' għajnuna qed jistennew? X'fondi hemm disponibbli? Kif titfassal il-waiting list u kif tiġi deċiża l-gradwatorja u min jingħata iżjed importanza minn ħaddieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) In-numru ta' applikanti li jinsabu fuq il-"waiting list tas-Servizzi Għajnuniet Speċjali, sat-23 ta' Lulju 1999 hu ta' 87. b) It-tip ta' għajnuna li talbu hi biex jixtru kompjuters, hearing aids, siġġijiet speċjali, siġġijiet tar-roti, buggies speċjali, żraben speċjali, pjanu, cushions speċjali, walkers, lifters, imwejjed speċjali, faxes ilbies speċjali, sodod speċjali u exercise machine. c) Il-fond allokat huwa ta' Lm50,000 fis-sena. Barra dan għall-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li jien tajt f'Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 2262 u 7669. 27.7.99
Leg 9 PQ #8993 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi grad għandu fiċ-Ċivil il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li huwa membru tas-Senior Appointments Advisory Committee? Fuq liema bażi u b'liema kriterji ngħata din il-ħatra? X'ħatriet għamel dan il-kumitat mindu twaqqaf bil-kompożizzjoni preżenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-funzjoni principali tas-Senior Appointments Advisory Committee hija li dan il-Kumitat jaghti pariri lill-Prim Ministru dwar in-nomina ta’ persuni li japplikaw ghall-hatra ta’ Kap ta’ Dipartiment tal-Gvern, u l-funzjoni tieghu m’hijiex li hu stess jaghti l-hatriet. Il-Kumitat kien gie mwaqqaf fuq il-parir tal- Public Service Reform Commission u din mhix l-ewwel darba li fuq dan il-Kumitat inhatar membru minn barra s-Servizz Pubbliku. Ghaldaqstant din id-darba wkoll il-persuna msemmija mhix ufficjal pubbliku. Il-persuna mahtura minn barra l-Gvern dejjem tkun wahda b’kapacitajiet manigerjali gholja u li ghalhekk tkun tista’ taghti kontribut siewi fix-xoghol ta’ dan il-Kumitat. Il-Kumitat bil-kompozizzjoni prezenti inhatar fit-2 ta’ Novembru 1998 u minn dik id-data ‘l hawn saru l-hatriet ta’ dawn il-Kapijiet: 5 Diretturi Generali fis Skala ta’ salarju 3 31 Direttur fi Skala ta’ salarju 4 5 Diretturi fi Skala ta’ salarju 5.
Leg 9 PQ #8994 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Engagement of Staff for Private Secretariats — Dokument

Question

Jista' l-Prim Ministru, b'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tqiegħed minnu stess fuq il-Mejda tal-Kamra jfisser eżatt is-sentenza f'paġna 7 "Seniority clearance must also be obtained in writing from the Security Service prior to all appointments being finalised"?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ir-riferenza f’pagna 7 tad-dokument imsemmi hi ghal security clearance u mhux ghal seniority clearance. Il-Gvern ihoss li qabel ma ssir hatra fis-Segretarjat ta’ Ministru ghandu jigi stabbilit li l-persuna m’ghandha xejn fil-passat taghha li jista’ jkun ta’ pregudizzju ghas-sigurta’ tal-pajjiz kif imfissra fl-Att dwar is-Sigrieti Ufficjali.
Leg 9 PQ #8814 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati f'Malta u Għawdex li s'issa ddeċidew li jitilqu mill-Maltapost u jmorru lura mal-gvern? X'effett qed iħalli dan fuq il-Maltapost biex toffri s-servizz fiż-żewġ gżejjer? X'passi qed jittieħdu biex f'Malta u Għawdex ikun hemm biżżejjed pustiera? F'liema dipartimenti tal-gvern marru lura l-ħaddiema li ddeċidew li jitilqu mill-Maltapost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn meta bdiet topera l-Maltapost, ċioe` mill-1 ta' Mejju 1998, 90 impjegat ċivili li kienu fuq il-kotba tal-kumpanija għażlu li jirritornaw fis-servizz governattiv. Dawn il-ħaddiema marru lura f'deiversi dipartimenti tal-gvern. Tajjeb jingħad li l-Bord preżenti tal-Maltapost qed isegwi mill-qrib l-amministrazzjoni ġenerali ta' l-azjenda. Ftit ġimgħat wara li ġie qppuntat, il-BOrd irnexxielu jiffinalizza ftehim kollettiv li kien ilu pendenti għal żmien twil. Dan kollu sar fi sfond ta' pjan strateġiku li qed jitfassal mill-Bord tal-kumpanija u li l-implimentazzjoni tiegħu għandu jwassal biex il-Mlatapost, filwaqt li tassigura li jkunu mħarsa l-interessi tal-ħaddiema kollha, tagħti servizz ta' livell għoli lill-klijenti tagħha.
Leg 9 PQ #8815 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm technicians li ġew aċċettati biex jagħmlu s-Certificate Course in Education for Instructors bejn April 1997 u Settembru 1998? F'kull każ, x'teaching load kellhom dawk li ġew aċċettati? Matul din l-aħħar sena skolastika kien hemm xi każi fejn technicians issejħu biex jagħmlu interview għall-istructors? Xi kwalifiki kellhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm technician wieħed li ġie aċċettat biex jagħmel il-kors tal-Pedagoġija għall-instructors bejn April 1997 u Settembru 1998. Din il-persuna kellha teaching load ta' 20 lezzjoni fil-ġimgħa. Kien hemm persuna waħda li ġiet imsejħa biex tagħmel l-"interview" għall-instructor. Il-kwalifika kienet li din il-persuna ssodisfat il-bżonnijiet skond is-sejħa.
Leg 9 PQ #8816 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex kien hemm laqgħa bejn il-Ministru u l-MUT nhar it-Tlieta 22 ta' Ġunju 1999 fejn ġew diskussi d-drittijiet tal-pensjoni għal dawk li ħallew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex imorru jgħallmu fil-Junior College, Ġan Franġisk Abela? Għad fadal kwestjonijiet x'jiġu solvuti minkejja li l-Ministru ilu jgħidli mis-sena li għaddiet li ma fadalx problemi għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva nikkonferma li ittra datata 18 ta' Diċembru 1998, il-Malta Union of Teachers ġew infurmati li numru ta' għalliema u assistent kap ta' l-iskola li qed jaħdmu l-Junior College ser iżommu d-dritt għal pensjoni tal-Gvern skond ir-regolamenti attwali. L-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur qed isostni diffikolta` legali li qed tiġi trattata mill-Uffiċċju tal-Ministeru tal-Finanzi b'kollaborazzjoni mal-Unions, biex tiġi ċċarata l-pożizzjoni.
Leg 9 PQ #8817 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Wardija - Skola speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jmexxi l-iskola speċjali tal-Wardija fis-sena skolastika li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ttieħdu l-passi meħtieġa biex l-iskola speċjali tal-Wardija titmexxa kif inhu xieraq fis-sena skolastika li jmiss. Deċiżjoni finali tittieħed fid-dawl tar-rapport li tħejja minn konsulent dwar l-irwol ta' l-iskejjel speċjali.
Leg 9 PQ #8818 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Supply kindergarten assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kors se jagħmlu s-supply kindergarten assistants li jaħdmu full timetable ma' tfal bi bżonnijiet speċjali biex isiru tal-post? Fiex se jkun jikkonsisti dan il-kors? Kemm se jkun twil? Meta se jingħata? Fi x'ħin? Min se jmexxi l-kors u jgħallem fih?

Response (GALEA, LOUIS)

Qegħdin isiru konsultazzjonijiet mal-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni kif ukoll mal-Malta Union of Teachers rigward il-pożizzjoni partikulari tas-supply kindergarten assistants li jaħdmu ma' tfal bi bżonnijiet speċjali. Għadu mhux il-mument li jingħataw aktar dettalji.
Leg 9 PQ #8819 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MUT — Supply kindergarten assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar it-talba tal-MUT li s-supply kindergarten assistants li jaħdmu full timetable jitħallsu għall-vaganzi tas-sajf? Meta se jitħallsu? Huma intitolati għal-leave? Kemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru kkunsidra t-talba tal-MUT u ħass li għandu jirrakkomanda lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni sabiex tressaq il-każ miġjub mill-MUT għall-kunsiderazzjoni tal-Management and Personnel Office. Is-Supply Kindergarten Assistant li jaħdmu full-time huma intitolati għal sittax-il siegħa u nofs leave speċjali, tlett ijiem sick leave b'paga sħiħa u tlett ijiem sick leave b'nofs paga. Huma intitolati wkoll għal jumejn leave jekk ikun hemm twelid jew mewt fil-familja u tlett ijiem f'każ li jiżżewġu. Dawn il-benefiċċji joħorġu mill-provedimenti tal-Avviż Legali 61/96.