Traffic Control Board — San Pawl il-Baħar - Parking
Question
Jista'l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mit-Traffic Control Board biex tiġi milqugħa t-talba tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex jitneħħa r-reserved parking quddiem Carolina Flats, Triq Efesu, Buġibba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku informa lill-Kunsill Lokali b`numru ta` ilmenti li kienu qed isiru dwar ir-`reserved parking` quddiem `Carolina Flats`.
Il-Bord kien talab lill-Kunsill biex jinvestiga kif kienu saru dawn il-`markings` għax skond ir-`records` tal-Bord ma kien ħareġ ebda permess għalihom.
Jiena infurmat ukoll li l-`markings` inkwestjoni issa ġew imneħħija.
Jista'l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-Pulizija dwar ir-reserved parking illegali li hemm quddiem Carolina Flats, Triq Efesu, Buġibba? Il-Pulizija jafu li din kienet tneħħiet u issa reġgħet saret mingħajr ebda permess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-post ta' parking riservat li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien tneħħa wara li l-persuna li dwara kien ingħata mietet.
Ninsab infurmat ukoll li preżentament m'hemmx reserved parking fil-post indikat.
24.10.99
Peress li t-triq prinċipali tal-Baħrija hija fi stat tal-biki u f'partijiet minnha fid-dlam ukoll u peress li din hija l-unika triq li tintuża mir-residenti ta' dan ir-raħal, jista' l-Ministru jara li jsir xogħol urġenti fuqha qabel ma tidħol ix-xitwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali għandu kuntratt biex isewwi din it-triq fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm li jsiru s-supretendenti tal-pulizija li l-Ministru ilu iwiegħed għaż-żmien twil?
Japprezza li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkun hemm xogħol għas-supretendenti li fadal u dan jista' jnaqqas mill-effiċjenza?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9597 f'din l-istess Seduta.
04.10.99
Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll qed isir mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq bini li qed isir fil-wied ta' Għajn Żejtuna f'Santa Marija Estate, il-Mellieħa?
Fl-istess post, Plot 217 qed jinbena bil-permessi kollha, peress li qed jimblokka l-ilma ġiri li hemm.
Jekk ingħataw permessi, meta ngħataw? Kemm marru spetturi tal-bini fl-istess post biex jaraw li kollox miexi skond il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fiż-żona li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, isiru spezzjonijiet mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar minn żmien għal żmien.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija dwar Plot 217, ninsab infurmat illi l-iżvilupp tagħha huwa kopert bil-permess PA 1568/97 maħruġ fis-6 ta' Novembru, 1998. Minn spezzjonijiet li saru minn Uffiċjali ta' l-Infurzar fl-24 u fit-30 ta' Settembru, 1999, irriżulta illi l-iżvilupp għadu fi stadju ta' pedamenti u sar skond il-permessi maħruġa.
Ninsab infurmat ukoll li waqt dan ix-xogol xi materjal waqa` mal-ġenb tal-wied iżda dan mhux qed jimblokka xi passaġġi ta' ilma ġiri. Is-sid tal-plot in kwestjoni ġie formalment ordnat biex ineħħi dan il-materjal. L-Awtorita` ser tkompli ssegwi dan l-iżvilupp u jekk ikun il-każ, tieħu l-passi neċessarji sabiex il-kundizzjonijiet tal-permess ikomplu jiġu osservati.
04.10.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet ewlenin li ħarġu mil-laqgħa ta' esperti tal-konservazzjoni msejħa mill-ministeru bejn l-24 u s-27 ta' Mejju, 1999? X'riżorsi umani u finanzjarji hemm bżonn biex jitwettqu dawn ir-rakkmandazzjonijiet?
Liema prioritajiet intgħażlu fil-limitu tar-riżorsi disponibbli għat-tliet snin li ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li ħarġu mil-laqgħa t'esperti tal-konservazzjoni msejħa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'Mejju 1999 huma dawn:
1. Li jinħoloq team tekniku fi ħdan it-Taqsima għall-ħarsien tas-Siti Arkeoloġiċi, li tagħmel parti mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, sabiex jaħdem esklussivament fuq il-konservazzjoni tat-tempji. Dan it-team tekniku għandu jikkonsisti f'perit u tliet assistenti, u għandu jikkollabora wkoll ma' riċerkaturi u studenti mill-Universita` ta' Malta li qed jispeċjalizzaw f'dan il-qasam.
2. Li jitwaqqaf kumitat kompost minn speċjalisti Maltin u barranin, sabiex jagħti pariri fuq kif għandu jsir ix-xogħol u sabiex ifassal strateġija fit-tul għall-ħarsien ta' dawn is-siti.
3. Li jinġabru l-istudju kollu u d-dokumentazzjoni kollha li qatt saret fuq il-konservazzjoni ta' dawn is-siti, sabiex dan ix-xogħol ikun faċilment aċċessibbli għall-qadi taż riċerkaturi oħra.
4. Li minnufih isir studju tal-kundizzjoni preżenti ta' dawn is-siti, sabiex jiġu identifikati il-postijiet fejn l-aktar hemm periklu ta' ħsara.
5. Li dawn il-postijiet minaċċjati jiġu protetti permezz ta' miżuri protettivi mill-aktar fis possibbli.
Ir-riżorsi umani meħtieġa sabiex jitwettaq dan ix-xogħol l-aktar importanti huma dawk imsemmija f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Fil-fatt ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex jiġi impjegat perit mad-Dipartiment tal-Mużewijiet skond ir-rakkomandazzjoni numri 1. Din is-sejħa tagħlaq fil-15 t'Ottubru.
Minħabba li x-xogħol li jrid jitwettaq kemm jista' jkun kmieni huwa estensiv, saret ukoll sejħa għall-għajnuna teknika minn periti speċjalizzati fl-istrutturi, li dehret fil-azzetta tal-Gvern fit-22 ta'Ġunju 1999. Intagħżel l-Uffiċju ta' TBA Periti biex jagħtu għajnuna speċjalizzata sas-sena d-dieħla, sabiex jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet numru 4 u 5.
Il-quddiem huwa antiċipat ukoll li minn fost in-nies li se jibdew jitħarrġu fil-konservazzjoni fiċ-Ċentru ġdid għar-Restawr, ikun hemm min jispeċjalizza f'din il-linja.
Rigward rakkomandazzjoni numru 3, dan ix-xogħol inbeda mir-Restoration Unit fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet, kif ukoll minn studenta ta' l-Arkeoloġija f'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Rigward riżorsi finanzjarji, f'Diċembru li għadda il-Kumitat għall-Patrimonju Dinji tal-UNESCO approva li Malta tingħata $72,000 għall-ħarsien ta' Ħaġar Qim, li minnhom diġa nxtara apparat sofistikat ħafna għall-konservazzjoni u monitoring tat-tempji, li jinkludi endoskopju u apparat biex jirreġistra il-kundizzjonijiet klimatiċi. F'April li għadda, il-World Monuments Watch preżentat $50,000 mogħtija mill-American Express, għall-konservazzjoni tal-Imnajdra.
B'din l-għajnuna, il-fondi tad-Dipartiment għandhom ikopru l-ispejjeż li ser isiru sas-sena d-dieħla. Fil-futur qarib pero, jeħtieġ jinstabu l-finanzi għal impenn aktar serju sabiex dan il-wirt ta' importanza mondjali jiġi mħares kif jixraq. Id-dettalji ta' kif dan għandu jitwettaq fit-tliet snin li ġejjin għandhom jiġu ppreċiżati meta tkun tfasslet l-istrateġija fit-tul għall-ħarsien ta' dawn is-siti, imsemmija fit-tieni rakkomandazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-oġġezzjonjiet li qed jagħmel l-Estates Management Division għar-restawr tat-Torri l-Aħmar tal-Mellieħa minn Din l-Art Ħelwa?
Tifhem li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se ssir ħsara lill-bini fejn diġa' ġġarrfet turretta u hemm xquq kbar fi tlieta mill-ħitan?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li nissuġġerixxi l-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru responsabbli għall-Estates Management Division, informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet issa ilu li ta l-permess meħtieġ għar-restawr u informa b'dan lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet l-Estates Management Division qed takkuża lill-Għaqda Din l-Art Ħelwa li qed tuża Torri Mamo għal skopijiet kummerċjali?
Huwa dan il-mod li bih il-gvern jgħid grazzi lil għaqda li tant taħdem favur il-wirt storiku u kulturali f'pajjiżna?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija preċedenti, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru responsabbli għall-Estates Management Division.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex titwaqqaf trust biex tirrestawra u timmaniġġja siti storiċi?
Min se jkun irrappreżentat f'din it-trust u kif se tkun iffinanzjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s`issa m`ghandi xejn x`inżid mat-tweġiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 5915.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' offenders taħt it-30 sena li kkommettew reat bejn is-snin 1995-1998, is-sentejn inklużi?
F'kull każ, x'kienet it-tip ta' offiża kriminali ta' kull persuna mixlija, kull persuna mixlija kemm kellha każijiet preċedenti l-qorti?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-sentenza inflitta mill-qorti f'kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid fost dawn in-nies li kienu mixlija l-qorti min minnhom kien riċediv?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel, it-tieni u r-raba paragrafi tad-domandi jistghu jinghataw mill-Pulizija billi fil-Qorti statistika ta` din ix-xorta ma tezistix.
Biex tinghata l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tad-domanda ikun jehtieg li jinghataw aktar dettali ta` kull kaz individwali bhal m`huma l-okkju tal-kawza, d-data tas-sentenza u l-isem tal-Magistrat li ddecidiha. Hawnhekk irid jinghad ukoll illi anke jekk jinghataw id-dettalji tal-kawzi individwali, din ir-ricerka tiehu tul konsiderevoli ta` zmien biex issir.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex fis-sena skolastika li jmiss it-tifel ta' disa' snin li isimu qed jintbagħat separatament minflok jibqa' jattendi l-iskola primarja ta' l-Imsida jibda jattendi l-iskola primarja ta' Bormla peress li jgħix ma' ommu f'32, St. Lazarus Street, Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Niddubita kemm kieku għarraf lilu nnifsu aħjar, l-Onorevoli Membru kien isegwi l-kaz bżmistoqsija bħal din. B'danakollu ġejt informat li dan it-tifel kien trasferit għall-iskola ta' Bormla. Reġa' kien hemm talba mis-Social Worker biex dan it-tifel jerġa' lura l-Imsida peress li rritorna għand il-foster parents hemmhekk.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tpartat il-post li għandha f'19, Triq il-Kampnar, Bormla ma' appartament tal-gvern x'imkien qrib Tas-Sliema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi m'hemm l-ebda possibilita' ta' tpartit. Il-persuna indikata ingħatat permess tixtri l-post imsemmi bil-kundizzjoni li tmur toqgħod fih. Hi xtratu fid-29 ta' Settembru 1998.
27.09.99
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' — Xiri ta' hearing aid
Question
Peress li b'ittra tal-5 ta' Ġunju, 1999 il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' nformat li l-persuna li isimha qed tintbagħat separatament li se tingħata għajnuna biex tixtri hearing aids iżda għax m'hemmx fondi se titqiegħed fuq waiting list, kemm hemm persuni qabilha f'din il-waiting list? Meta se jerġa' jiġi kkonsidrat il-każ tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Servizzi Għajnuniet Speċjali għandu allokati s-somma ta' Lm50,000 fis-sena filwaqt li jkollu talbiet medja ta' Lm70,000 fis-sena. Dan ifisser li, sfortunatament, numru ta' applikanti ma jistgħux jinqdew.
Minħabba f'hekk il-Kummissjoni ħatret bord biex jeżamina l-applikazzjonijiet kollha xahar xahar u jagħtuhom il-punti skond kriterji mfassla mill-Kummissjoni. Kull xahar tiġi allokata s-somma ta' madwar Lm4,200 (Lm50,000 maqsuma fi tnax) u dawk li jġibu l-iżjed punti jingħataw l-għajnuna finanzjarja waqt li l-oħrajn jidħlu f' waiting list. Din il-waiting list għalhekk tinbidel kull xahar. Għal din ir-raġuni ma nistax nagħti l-posizzjoni f'din il-waiting list ta' fejn qegħda l-persuna msemmija f'din l-Mistoqsija Parlamentari.
27.09.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk, il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ex-president tal-Kunsill Studenti Universitarji, ingħatax xi assignment dwar x'aspett tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?
Fil-każ li iva, fiex jikkonsisti dan l-assignment? Kemm tħallas għalih il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' l-ambaxxaturi kollha li ħatar il-Gvern biex jirrappreżentaw lil Malta f'pajjiżi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali u ħdejn kull wieħed tniżżel għal-liema pajjiż u organizzazzjoni huwa assenjat kull ambaxxatur?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' kull ambaxxatur maħtur?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta` l-Ambaxxaturi li ġew nominati mill-Gvern mill-5 ta` Settembru 1998 l`hawn.
Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li japplika għal dawk l-Ambaxxaturi nominati minn barra s-Servizz Pubbliku, liema kuntratt huwa wieħed uniformi għal kulħadd. L-Ambaxxaturi li jinħatru minn ġewwa s-Servizz Pubbliku ma jkollhomx kuntratt.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ingħata f'Kastilja, l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ex-president tal-Kunsill Studenti Universitarji?
X'inhuma l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda kopja tal-kuntratt tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Interpellant qed jaħdem bħala Communications Co-Ordinator fl-Uffiċċju tiegħi.
Il-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg tiegħu huma skond id-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li kont poġġejt kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra.
Engagement of Staff for Private Secretariats — Dokument
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru, b'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, mill-Prim Ministru, jagħti l-ismijiet ta' l-individwi li huma membri tas-Segretarjat Privat tiegħu bil-grad tagħhom kif ukoll il-lokalita' reġistrata bħala l-indirizz tagħhom fuq il-karta ta' l-identita' li tappartjeni lilhom kif ukoll jgħid jekk għandhomx għall-użu tagħhom xi vettura jew xi telefon ċellulari provdut lilhom mill-Ministeru jew minn xi enti li taqa' taħtu jew inkella b'kirja għall-pożizzjonijiet ta' Ministry Communications Co-ordinator, Ministry Policy Co-ordinator, Ministry Projects Co-ordinator, l-erba' membri tas-Secretariat Pool, l-erba' Secretariat/Messengers/Charwomen u ż-żewġ Drivers/Security Officers kif ukoll jagħti rendikont tal-fuel kollu minfuq u ta' kontijiet ta' telefons ċellulari kemm dawk li huma sejħiet, kiri jew xiri ta' settijiet għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil-Onor. Membru għat-Tweġibiet li diġa' tajt għall-Mistoqsijiet Nru. 3451, 5840, 6623 u 8997, li kollha huma dwar is-suġġett ta' din il-Mistoqsija partikolari.
Minn mindu ngħatat it-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 6623 fis-Seduta 117 tat-8 ta' Ġunju, 1999, ġiet ingaġġata persuna oħra fis-Segretarjat tiegħi. Din hija s-Sinjorina Christine Theuma, li hija "Social Worker" impjegata mal-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) u li ġiet assenjata l-pożizzjoni ta' "Policy Co-ordinator".
Ma naħsibx li jkun prudenti li nipprovdi, kif talab l-Onor. Membru, xi dettalji dwar ir-residenza tal-membri tas-Segretarjat tiegħi.
Informazzjoni dwar spejjeż fuq "mobile phones" u servizz ta' telefon b'xejn diġa' ngħatat fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 6623 u ma naħsibx li huwa prattikabbli li din l-informazzjoni tiġi aġġornata wara perjodu ta' ftit ġimgħat.
Informazzjoni dwar spejjeż għal "fuel" minn membri tas-Segretarjat tiegħi li huma ntitolati għall-użu ta' karozza għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.
28.7.99
Engagement of Staff for Private Secretariats — Dokument
Question
Jista' l-Ministru, b'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Prim Ministru, jagħti l-ismijiet ta' l-individwi li huma membri tas-Segretarjat Privat tiegħu bil-grad tagħhom kif ukoll il-lokalita' reġistrata bħala l-indirizz tagħhom fuq il-karta ta' l-identita' li tappartjeni lilhom kif ukoll jgħid jekk għandhomx għall-użu tagħhom xi vettura jew xi telefon ċellulari provdut lilhom mill-Ministeru jew minn xi enti li taqa' taħtu jew inkella b'kirja għall-pożizzjonijiet ta' Ministry Communications Co-ordinator, Ministry Policy Co-ordinator, Ministry Projects Co-ordinator, l-erba' membri tas-Secretariat Pool, l-erba' Secretariat Messengers/Charwomen u ż-żewġ Drivers/Security Officers kif ukoll jagħti rendikont tal-fuel kollu minfuq u ta' kontijiet ta' telefons ċellulari kemm dawk li huma sejħiet, kiri jew xiri ta' settijiet għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
1. Rigward l-ismijiet u l-piżizzjoni tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħi nirreferi għat-tweġiba diġa' mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari Numru 6625.
2. Rigward vetturi u rendikont ta' fuel nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8999.
3. Rigward telefon ċellulari nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6625.
Jista' l-Ministru, b'riferenza għall-artiklu ppubblikat fil-ħarġa tat-Tnejn, 28 ta' Ġunju 1999 tal-ġurnal "The Malta Independent", jgħid x'funzjonijiet għandu l-Projects Office tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni billi jelenka d-dmirijiet, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi li dan għandu fl-istruttura ta' l-istess Ministeru kif ukoll jagħti l-lista bl-isem u l-kunjom ta' l-impjegati u l-konsulenti fi ħdanu, il-gradi rispettivi tagħhom flimkien mas-salarju tagħhom u kull tip ta' remunerazzjoni jew benefiċċji li jgawdu minnhom? Jista' l-Ministru, b'riferenza għall-istess artiklu msemmi, jgħid min kienu ż-żewġ impjegati li inizjalment kienu ġew assenjati d-dmir "to deal with enquiries" kif ukoll jagħti l-gradi tagħhom, l-ammont tas-salarju tagħhom kif ukoll isemmi kull tip ta' benefiċċju li huma jgawdu? B'riferenza għall-istess artiklu, jista' l-Ministru jgħid ukoll min kienu "another 2 staff members had to pitch in and help cope with the constant stream of telephone calls and enquiries" billi filwaqt li jagħti l-ismijiet u l-gradi tagħhom, jgħid x'salarju għandhom u x'benefiċċji oħra jgawdu minnhom rispettivament?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Projects Office hija taqsima ġdida li qed tiġi kostitwita fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni b'responsabbilita` lejn is-Segretarju Permanenti. Il-funzjoni tal-Projects Office hija li jgħin l-iżvilupp ta' pjanijiet u jikkordina l-implimentazzjoni ta' inizjattivi u proposti oħra li joħorġu mill-politika u pjan ta' ħidma tal-Ministeru mad-dipartimenti u l-entijiet konċernati.
L-ismijiet, gradi, salarji u benefiċji ta' l-istaff f'din it-taqsima huma:
ISEM GRAD SALARJU BENEFIĊJI
OĦRA
Joseph A Cannataci Ko-ordinatur tat- qed jiġi qed jiġu
taqsima u negozjat negozjati
Konsulent fuq
proġetti ta'
Restawr
Claude Busuttil Konsulent fuq qed jiġi qed jiġu
proġetti ta' negozjat negozjati
Restawr
Peter Micallef Senior Tradesman scale 14 xejn
Henriette Sultana Snr Clerk scale 14 xejn
Natasha Cassar Clerk scale 16 xejn
L-erba' impjegati li rrispondew l-enquiries kienu membri ta'l-istess taqsima - Claude Busuttil u Henriette Sultana megħjjuna minn Natasha Cassar u anke Peter Micallef.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Periti privati/soċjetajiet ta' periti
Question
Jista' l-Ministru, b'riferenza għall-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju, 1999 rigward il-ħtieġa ta' servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad-disinn u superviżjoni, jgħid għal liema proġetti speċifiċi huma meħtieġa dawn is-servizzi kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet, inklużi termini dwar ħlas skond ix-xogħol li jkun mistenni li jsir minn dawn il-professjonisti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fost ħwejjeġ oħra, l-Ministeru tal-Edukazzjoni hu risponsabbli għat-tlestija ta' bosta proġetti fl-oqsma tal-wirt kulturali, xjenza u teknoloġija u sport. Xi wħud minn dawn il-proġetti huma diġa' mibdija u huma fi stadji differenti ta' tlestija, (min jonqsu l-istallazzjoni tad-dawl, min xogħol strutturali, oħrajn xogħol ta' restawr fil-ġebel) oħrajn qiegħdin jiġu prijoritizzati sabiex jinbdew f'ordni kif jixraq.
Il-proġetti mibdija jinkludu:
1. Bini u refurbishment ta' skejjel/kulleġġ
2. Villa Bighi (li għandha tintuża bħala s-sede tal-Kunsill
Malti tax-Xjenza u Teknoloġija)
3. iċ-Ċentru Malti għar-Restawr
4. Discovery & Archaeological Resource Centre
5. il-Hostel ta' Ħal Far
6. il-Mużew ta' l-Arti Moderna u Kontemporanja
Informazzjoni fuq il-Proġetti mhux mibdija tingħata aktar tard meta dawn jiġu definiti.
Fejn hu possibbli, il-Ministeru tal-Edukazzjoni jottjeni s-servizzi professjonali rikjesti fl-avviż tal-gazzetta tal-gvern mingħand il-Ministeru ta' l-Ambjent u f'bosta okkażjonijiet dawn ingħataw b'mod mill-aktar sodisfaċenti u tempestiv. Iżda jkun hemm ċirkostanzi fejn ir-riżorsi tal-Ministeru ta' l-Ambjent huma wisq limitati u ma jkunux jistgħu jidħlu għal, jew ikomplu, biċċa xogħol, u minħabba f'hekk il-ħidma fuq ċertu proġetti minn dawk imsemmija aktar il-fuq kellhom jieqfu jew jaqgħu lura. Għaldaqstant ikun hemm ċirkostanzi fejn jinħtieġu servizzi professjonali esterni għas-servizz pubbliku sabiex ċertu proġetti jitlestew fil-ħin mixtieq.
Il-ħlas ta' ċertu servizzi professjonali hu rregolat mill-liġi u fejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni ma jistax jinnegozja prezz aktar vantaġġjuż jiġu applikati ir-rati ffissati mil-liġi. Il-kondizzjonijiet preċiżi jitqgħiedu fuq il-Mejda tal-Kamra wara li dawn jiġu negozjati ma' dawn il-professjonisti li wrew interess li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.