Jista' l-Prim MInistru jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jimmodernizza l-flotta tal-patrol boats tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li kont tajtu f'seduta 73 tad-9 ta' Marzu 1999 għal Mistoqsija numru 4588.
Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-Iskwadra Marittima bdiet tħaddem żewġ SAR Launches li ngħataw mill-Gvern ta' l-Italja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. It-tħaddim ta' dawn il-laneċ moderni mill-Forzi Armati ta spinta qawwija lill-Iskwadra Marittima f'xogħol ta' salvataġġ fuq il-baħar.
Ninsab infurmat li t-tender għal xiri ta' apparat ta' radju u apparat ieħor relatat mas-satelliti qed ikun ipproċessat. Il-patrol boats ser ikunu mgħammra b'apparat kompatibbli ma' sistema ġdida msejjħa Global Maritime Distress and Safety System li permezz tagħha sejħiet ta' emergenza fuq il-baħar ikunu jistgħu jiġu mwieġba fil-pront u b'iktar effiċjenza.
Inżid li fil-ġimgħat li ġejjin għandu jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tal-moll f'Haywharf bħala parti minn proġett ta' moderniżżar tal-Bażi ta' l-Iskwadra Marittima, li fuq medda ta' tliet snin se jiġi jiswa lill-Armata madwar Lm1,000,000. Dan il-proġett tant essenzjali għall-Forzi Armati qiegħed jingħata prijorita'.
Jista' l-Prim Ministru jgħid iż-żewġ patrol boats tal-Forzi Armati li dan l-aħħar kienu għall-bejgħ min għamel l-akbar offerta għalihom? Kemm inxtraw? X'offerti oħra kien hemm?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena infurmat li l-proċess ta' adjudication ta' l-offerti li saru in konnessjoni mal-bejgħ taż-żewġ patrol boats imsemmija mill-Onor Membru għadu ma ġiex iffinaliżżat. L-offerti jidhru fix-Schedule of Tenders ippubblikata fin-notice board tad-Dipartiment tat-Teżor fis-16 ta' Settembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna se jingħata t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament li jattendi l-iskola primarja Dun Ġorġ Preca tal-Ħamrun u li ġie ċċertifikat mill-psikologu edukattiv Carmel Cefai bħala li għandu bżonn l-appoġġ biex ikun jista' jitgħallem?
Għall-istess raġunijiet, x'għajnuna se jingħata t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament, li jattendi l-kinder ta' l-iskola primarja tal-Belt?
Response (GALEA, LOUIS)
Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li fiż-żmien li kien Ministru ta' l-Edukazzjoni, kien waqqaf Statementing Board u li kienet ittieħdet deċiżjoni li dan hu l-uniku korp rikonoxxut fl-identifikar ta' appoġġ speċjali għal tfal bi bżonnijiet sepċjali.
Informat li quddiem l-Istatementing Board, ma hemmx talba għall-ewwel tifel, waqt li t-talba tat-tifel l-ieħor waslet fis-7 ta' Ottubru u għalhekk ma kienx hemm żmien biex l-Istatementing Board jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw biex isegwu xi kors fiċ-Ċentru tar-Restawr? F'kull każ għal-liema kors applikaw?
Kemm ġew aċċettati studenti għal kull kors?
Kif intgħażlu l-istudenti?
Kemm kien hemm studenti li talbu reviżjoni tal-karti ta' l-eżami li qagħdu għalih?
Min se jgħallem lil dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 159 studenti li applikaw biex isegwu xi kors fiċ-Ċentru tar-Restawr. Minn dawn kien hemm 125 li applikaw għal kors ta' Diploma/Degree u l-bqija applikaw għal kors ta' sena. Madwar 130 student li segwew il-kors preparatorju u 70 student resqu għall-eżami tad-dħul.
B'kollox kien hemm 16-il studenti li għaddew mill-Eżami tad-Dħul u dawn kollha għażlu li jsegwu l-kors ta' 4 snin. Dan ta l-aħħar kien tħabbar li kien sejjer ikollu 22 post u għalhekk kien hemm biżżejjed post għall-istudenti kollha li għaddew l-Eżami tad-Dħul. Dawn huma maqsuma f'erba' setturi ta' speċjalizzazzjoni kif jidher hawn taħt:
a) Fine & Minor Arts 9 studenti
b) Metal & Ceramics 4 studenti
c) Books & Paper 2 studenti
d) Textiles 1 studenta
Informat ukoll li peress li kien hemm nuqqas ta' konkorrenza għall-korsijiet ta' sena, dawn ma nfetħux għal din is-sena akkademika.
L-istudenti ingħażlu permezz ta' Eżami tad-Dħul li kien maqsum fi tlett partijiet ewlenin u li kienu kollha obbligatorji:
1. Line Drawing
2. Integration (b'għażla minn wieħed jew aktar mill-4 setturi
ta' speċjalizzazzjoni)
3. Academic & Personal Aptitude (maqsum bejn eżamijiet bil-
miktub u orali)
Informat li żewġ studenti talbu reviżjoni tal-karti.
Dawn l-istudenti sejrin jiġu mgħallma minn għadd ta' għalliema Maltin u barranin, kemm part-time u kemm full-time. Dawn l-għalliema huma:
1. Restawraturi Maltin u Taljani, kemm full-time kif ukoll
part-time, li intgħażlu wara sejħa pubblika imxandra f'
gazzetti Maltin u Taljani jew/u
2. Gradwati Maltin f'kampijiet diversi bħall ma huma l-Istorja
ta' l-Arti, l-Istorja ta' l-Arkitettura, l-Arkejoloġija, li
intgħażlu bħala lecturers part-time wara sejħa publika
imxandra f'gazzetti Maltin jew Taljani jew/u
3. Lecturers fuq bażi part-time nominati jew rakkomandati minn
diversi dipartimenti ta' l-Universita` ta' Malta: jew
4. Restawraturi jew lecturers nominati bħala guest lecturers
mill-Istituto Centrale per il Restauro u l-Istituto Centrali
per la Patologia del Libro ta' Ruma (ħafna drabi hu prevst
li dawn jinżlu Malta għal xi ġimgħat, skond is-suġġett ta'
speċjalizzazzjoni)
5. Occasional lecturers li jistgħu jiġu mistiedna mill-kap
tad-dipartiment biex jagħtu taħdita jew ftit taħditiet fuq
xi suġġett li fihom huma speċjalizzati.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi possibbilta' li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tikkonsidra favorevolment ix-xewqa tan-nies tal-Baħrija li jkollhom ċimiterju fl-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta qiegħed jikkunsidra u jeżamina l-possibilita` li jinstab sit għall-ċimiterju għar-residenti tal-Baħrija.
26.10.99 (a.m.)
B'riferenza għat-tweġiba li tani l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 7314, jista' l-Ministru jgħid:
(a) għaliex Dr Noel Buttigieg Scicluna u s-Sur Charles Vella ngħata faċilitajiet tal-VIP Lounge għalkemm m'għandhomx ambaxxaturi u Dr J. Licari ngħatawlu l-faċilitajiet qabel ma reġa' sar ambaxxatur; (b) x'inhuma l-linji ta'gwida li juża l-ministeru biex jagħti dawn il-faċilitajiet lill-diplomatiċi Maltin u barranin; (ċ) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji ta' gwida; u (d) liema ambaxxaturi Maltin u f'liema dati (wasla u tluq) użaw dawn il-faċilitajiet bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru, 1999?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux korrett meta jgħid li Dr Noel Buttigieg Scicluna m`għadux Ambaxxatur. Dr Noel Buttigieg Scicluna nħatar mill-ġdid Ambaxxatur għall-Olanda fil-bidu ta` din is-sena u l-użu tal-VIP lounge ngħatatlu minħabba f`xogħol tal-Gvern konness man-nomina tiegħu.
Rigward is-Sur Charles Vella nixtieq ngħid li l-faċilitajiet ingħatawlu meta kien għadu fil-kariga ta` Ambaxxatur ta` Malta fiċ-Ċina.
Fil-każ ta` Dr Joe Licari, dan kien imsejjaħ jiġi Malta uffiċjalment dwar l-ħatra tiegħu ta` Ambaxxatur (Rappreżentant Permanenti) ta` Malta fil-Kunsill ta` l-Ewropa.
Il-Ministeru jagħti l-faċilitajiet imsemmija skond iċ-ċirkolari numru 2/97 tas-7 ta` Jannar 1997 li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ ta` l-Ambaxxaturi Maltin, dawn jiġu fuq xogħol uffiċċjali bil-permess tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin.
Qed nagħti lista ta` l-Ambaxxaturi Maltin li għamlu użu minn dawn il-faċilitajiet bejn l-1 ta` Mejju u t-30 ta` Settembru, 1999 kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Dati tal-Wasla (Arrivals)
Ambaxxatur Data
Dr Mario Costa 13/05/99
Mr Albert Vella 20/05/99
Dr George Bonello du Puis 21/05/99
Dr Jimmy Farrugia 23/05/99
Mr Victor Camilleri 26/05/99
Mr Victor Camilleri 01/06/99
Mr John Lowell 03/06/99
Prof David Attard 04/06/99
Mr Alfred Zarb 09/06/99
Mr Victor Camilleri 12/06/99
Mr John Lowell 25/06/99
Mr Victor Camilleri 30/06/99
Prof David Attard 01/07/99
Dr Noel Buttigieg Scicluna 04/07/99
Mr John Lowell 11/07/99
Mr George Doublesin 17/07/99
Mr Michael Bartolo 21/07/99
Dr Mario Costa 22/07/99
Mr Albert Vella 31/07/99
Dr George Bonello du Puis 31/07/99
Mr John Lowell 02/08/99
Mr John Lowell 27/08/99
Prof David Attard 29/08/99
Mr John Lowell 13/09/99
Dr Jimmy Farrugia 17/09/99
Mr Albert Vella 21/09/99
Mr John Lowell 27/09/99
Data tat-tluq (Departures)
Ambaxxatur Data
Prof David Attard 03/05/99
Dr Noel Buttigieg Scicluna 05/05/99
Prof Salvino Busuttil 06/05/99
Dr Joe Cassar 06/05/99
Dr Noel Buttigieg Scicluna 09/05/99
Mr Albert Vella 15/05/99
Dr Jimmy Farrugia 18/05/99
Dr Mario Costa 23/05/99
Dr George Bonello du Puis 24/05/99
Mr Victor Camilleri 27/05/99
Mr John Lowell 30/05/99
Prof David Attard 31/05/99
Mr Victor Camilleri 02/06/99
Mr Alfred Zarb 06/06/99
Dr Noel Buttigieg Scicluna 08/06/99
Mr Victor Camilleri 14/06/99
Mr John Lowell 20/06/99
Prof David Attard 27/06/99
Dr Noel Buttigieg Scicluna 27/06/99
Mr Victor Camilleri 01/07/99
Mr Richard Muscat 05/07/99
Mr John Lowell 06/07/99
Mr George Doublesin 09/07/99
Mr Michael Bartolo 10/07/99
Mr Walter Balzan 14/07/99
Dr Noel Buttigieg Scicluna 15/07/99
Prof David Attard 18/07/99
Mr John Lowell 21/07/99
Mr Gaetan Naudi 21/07/99
Mr Albert Vella 24/07/99
Dr George Bonello du Puis 01/08/99
Mr William Spiteri 01/08/99
Dr Mario Costa 01/08/99
Mr Michael Bartolo 04/08/99
Mr Saviour Borg 07/08/99
Mr John Lowell 07/08/99
Mr Richard Muscat 08/08/99
Mr George Doublesin 16/08/99
Dr Noel Buttigieg Scicluna 18/08/99
Mr Maurice Abela 22/08/99
Prof David Attard 26/08/99
Mr George Saliba 29/08/99
Dr Joe Licari 29/08/99
Mr Victor Camilleri 29/08/99
Prof Salvino Busuttil 05/09/99
Mr John Lowell 10/09/99
Mr Evarist Saliba 14/09/99
Dr Jimmy Farrugia 15/09/99
Dr Noel Buttigieg Scicluna 20/09/99
Mr John Lowell 23/09/99
Dr Jimmy Farrugia 27/09/99
Mr Alfred Zarb 28/09/99
Prof David Attard 30/09/99
Jista' l-Ministru jinvestiga ilment u jieħu l-passi neċessarji biex jinstab rimedju dwar rapporti li wasluli li fl-Iskola Primarja B taż-Żejtun tfal ta' Klassi 5E tawhom ktieb tal-matematika bejn tnejn u dan qed jitfa' lura lill-istudenti?
Jista' l-Ministru jara li ma jibqgħux jiġu stmati b'dan il-mod ħażin it-tfal li l-aktar għandhom bżonn attenzjoni u appoġġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola msemmija ġiet provduta bil-kopji kollha tal-kotba tal-matematika li għandha bżonn. Kien hemm xi dewmien fit-tqassim ta' dawn il-kotba minħabba problemi ta' printjar. Dawn issa ġew solvuti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi investigazzjonijiet dwar imwiet li seħħew fl-iSptar San Filep tul ix-xahar ta' Ottubru 1999? X'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Isptar San Filippu kien hemm mewta waħda mill-1 ta' Ottubru 1999 sat-13 ta' Ottubru 1999.
Minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ, l-awtoritajiet ta' l-Isptar San Filippu infurmaw lill-puluzija. Issejjaħ il-Maġistrat ta'l-għassa li min-naħa tiegħu ordna awtopsja u fetaħ inkjesta fuq il-każ. L-investigazzjoni għadha ma ġietx konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna se tingħata t-tifla li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi l-ħames sena ta'l-iskola primarja Alfred Buhagiar tar-Rabat, Malta, u għandha bżonn l-għajnuna biex ma tkomplix taqa' lura fl-edukazzjoni tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifla konernata għad trid tiġi evalwata mill-Istatementing Board. Tlabt li l-każ ikun segwit.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex jinvestiga x'bażi kien hemm dwar ilmenti li waslulu minn studenti li qagħdu għall-eżamijiet silettivi taċ-Ċentru tar-Restawr biex jikkwalifikaw għal xi kors? Għaliex l-istudenti ntalbu jħallsu Lm30 għar-reviżjoni tal-karti ta' l-eżami? Min ħa d-deċiżjoni u kif wasal għad-deċiżjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Sa nhar is-Sibt, 25 ta' Settembru, saru żewġ ilmenti mingħand żewġ studenti li weħlu fl-Eżami tad-Dħul taċ-Ċentru tar-Restawr. Tlabt rapport mingħand il-Bord of Governors taċ-Ċentru Malti tar-Restawr, li ingħata fis-27 ta' Settembru. Sat-12 ta' Ottubru saru lmenti mingħand żewġ studenti oħra u erġajt tlabt rapport fuq il-każijiet rispettivi tagħhom. Ir-rapporti fuq iż-żewġ każijiet waslu fit-13 ta' Ottubru. Ir-rapporti sostnew li ma hemmx bażi ġustifikata għall-ilmenti.
Ġejt informat li l-istudenti intalbu jħallsu Lm30 għar-reviżjoni tal-karta ta' l-eżami biex ikopru parti mill-ispejjeż involuti biex jerġa' jitlaqqa' l-Bord ta' l-Eżaminaturi din id-darba biż-żieda ta' l-eżaminatur ġdid meħtieġ f'dawn iċ-ċirkostanzi. Id-deċiżjoni fuq il-ħlas mitlub għar-reviżjoni tal-karti ittieħdet mill-Board of Governors taċ-Ċentru Malti tar-Restawr wara li ġew ikkunsidrati l-ispejjeż meħtieġa u n-numru ta' studenti involuti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mara li kienet tnaddaf tant tajjeb il-kindergarten taż-Żurrieq ġiet trasferita lejn parti oħra tal-bini ta' l-iskola biex issa nħolqot problema biex jinstab min jagħmel xogħol tajjeb fl-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna konċernata talbet it-transfer hi stess. Dan ġie mogħti lilha b'effett mil-11 ta' Ottubru 1999 għall-iskola Sekondarja tas-subien fiż-Żurrieq (Mons Pietru Paul Saydon).
Informat ukoll li persuna oħra marret minn flokha.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna se jingħata t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament li jattendi r-raba' sena ta' l-iskola primarja tan-Naxxar u għandu bżonn attenzjoni partikolari biex jitgħallem jikteb u jaqra sew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifel konċernat għadu ma ġiex evalwat mill-Istatementing Board, għar-raġuni li t-talba waslet fl-14 ta' Settembru. Id-dipartiment ikun jista' jagħti l-għajnuna meħtieġa meta jitlesta r-rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-organizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-13 ta' Marzu, 1999? Jista' jagħti breakdown ta' kif sar l-infiq?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija numru 5696 aktar kmieni fis-seduta tal-lum.
Jista' l-Minstru jgħid x'inhu jsir mid-Dipartiment ta' l-Ambjent biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dħaħen velenużi minn vetturi, ċmieni, eċċ. fl-arja? X'kontrolli jsiru u x'passi jittieħdu biex dan jiġi mrażżan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi mhux fil-poter legali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent li jiġi żgurat li ma jkunx hemm dħaħen velenużi minn vetturi, ċmieni, eċċ fl-arja.
Madankollu, d-dipartiment jinvestiga kull ilment li jkollu f'dan ir-rigward u jgħaddi l-ilment għall-attenzjoni tal-Pulizija u d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika skond il-ħtieġa.
Kien hemm każijiet fejn dan irriżulta f'persuni li ttellgħu l-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm inqabdu nies jitlajjaw għal skop ta' prostituzzjoni? F'liema lokalitajiet? Kien hemm persuni taħt it-18-il sena li nqabdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena l-Pulizija qabdu 278 persuna, li 2 minnhom kienu taħt it-18-il sena, f`ċirkostanzi li setgħu jagħtu wieħed x`jifhem li kienu jitlajjaw għal skop ta` prostituzzjoni. Dawn inqabdu f`dawn il-lokalitajiet : Ħal Qormi, Gżira, Msida, Ta` Xbiex, Marsa, Qala.
20.10.99 (p.m.)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9941 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' manutenzjoni li qed isir f'Villa Francia? Peress li s-sid li ħalla l-villa lill-Istat wera x-xewqa li tintuża bħala residenza tal-Prim Ministru, jista' jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar kif se tintuża l-villa mill-Istat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li qed isir programm ta' xogħol ta' restawr fuq l-aperturi ta' l-injam f'Villa Francia kif ukoll tindif ġenerali fil-ġonna tagħha.
Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor membru li għad m'hemmx deċiżjoni finali dwar użu tal-Villa. Għalkemm jien fil-preżent ma għandix l-intenzjoni li nabita fil-Villa nifhem pero' li forsi wasal iż-żmien li l-Prim Ministru Malti jkollu residenza uffiċjali.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9862, għalkemm ingħata permess tat-Traffic Control Board biex it-triq ħdejn is-Centenary Stadium issir "No Parking" dan qed joħloq inkonvenjent kbir għal dawk li jmorru għal-logħob fl-Istadium Nazzjonali u fis-Centenary Stadium stess, għaliex ma sarux "No Parking" signs fuq naħa waħda biss ta' din it-triq u b'hekk tittaffa l-problema. Jista' l-Ministru jitlob il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jerġa' jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu ħalli l-pubbliku in ġenerali jkun moqdi?
Response (BORG, TONIO)
Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma jaqgħax taħt il-Ministeru ta` l-Intern, u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi t-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.
20.10.99 (p.m.)