Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10590 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni rapportati nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet irrapportata nieqsa mill-1 ta' Jannar, 1999? Min kienu? Kemm minnhom instabu? X'inhu n-numru ta' persuni li ġew irrapportati nieqsa f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom għadhom neqsin? Liema huma dawk li ma nstabux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u d-19 ta` Ottubru 1999, ġew irrappurtati lill-Pulizija 143 persuna bħala nieqsa. Minn dawn persuna waħda għadha tidher nieqsa. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta` persuni rrappurtati nieqsa matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej : - Sena Persuni rrapurtati nieqsa Għadhom nieqsa --- ------------------------- -------------- 1995 179 xejn 1996 151 1 1997 159 xejn 1998 157 1 1999* 143 1 * Sad-19 ta` Ottubru. Dwar l-identita` tal-persuni nvoluti ma jidhirlix li għandi nagħmel pubbliku din l-informazzjoni.

San Ġiljan — Sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10328 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jara li jsiru d-double yellow line quddiem u ħdejn ir-residenzi privati kollha fi Triq il-Kbira, f'San Ġiljan, qrib is-City of London Bar peress li qed ikun hemm żewġ jew tliet ringieli ta' karozzi jgħalqu r-residenti priġunieri fi djarhom u allaħares ikollhom bżonn xi ambulanza għax ma jkunux jistgħu jipparkjaw hemm?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qiegħed jieħu passi biex is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant jiġi attwat.
Leg 9 PQ #10651 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm dam il-ħabs il-Libjan Azzabi qabel ma ħarab? Kemm-il darba għamel visti fl-isptar? F'liema sptarijiet ingħata l-kura? Jista' l-Ministru jgħid għal-liema mard ġie kkurat? Minbarra l-visti fl-isptar, inħareġ xi drabi oħra? Fejn mar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet ilha tinżamm il-ħabs mill-11 ta` Novembru 1998. Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna ġiet meħuda darba l-isptar San Luqa u darbtejn oħra, inkluż dakinhar tal-ħarba, l-isptar Boffa. Ma nħossx li għandi niżvela tagħrif dwar l-aspett purament mediku iżda kull darba li mar l-isptar, dan sar fuq rakkomandazzjoni speċifika tat-tabib tal-ħabs. Minbarra l-visiti fl-isptar, din il-persuna ttieħdet diversi drabi l-Poliklinika ta` Raħal Ġdid u l-Qorti.
Leg 9 PQ #10652 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Taħriġ barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm-il membru tal-korp tal-pulizija ntbagħtu barra minn Malta għat-taħriġ? Fejn marru? Fuq liema tip ta' xogħol? Ta'liema rank kienu? Kemm dam f'kull każ dan it-taħriġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10505 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet Maltin — Pazjenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti barranin li użaw sptarijiet Maltin għall-kura matul din is-sena? Kemm minn dawn ma kienux koperti minn ftehim ta' saħħa u b'hekk kellhom iħallsu għall-kura? Fil-każ ta' (2) ta' liema nazzjonalita' kienu? Kemm kien it-total ta' ħlas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10583 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College - Lecturers

Question

Il-Ministru jikkonferma li għas-sitt klassijiet ta' l-Ingliż (Intermediate) hemm lecturer wieħed biss fil-Junior College? X'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? Kemm hemm studenti li qed isegwu dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-ewwel sena tal-Junior College hemm 599 student li qed jieħdu l-Ingliż f'livell Intermedjarju. Dawn imqassmin f'sitt gruppi. Is-sitt gruppi jerġgħu jitqassmu fi ħmistax-il 'sub group' li kull wieħed jieħu sagħtejn fil-ġimgħa ta' lezzjonijiet. Ebda lecturer ma jgħallem fil-livell Intermedjarju biss. Għad hemm xi gruppi li għad ma nstabx lecturer għalihom iżda l-awtoritajiet qed jieħdu l-passi kollha biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata f'qasir żmien.
Leg 9 PQ #10584 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kors Universitarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li bħalissa qegħdin jagħmlu kors fl-Universita'? Min huma? X'kors qegħdin isegwu? Meta bdew il-kors? Meta huwa mistenni li kull wieħed jintemm? Meta membru tal-korp jingħata permess isegwi kors fl-Universita' dan isirulu xi kondizzjonijiet dwar is-servizz tiegħu fil-korp wara li jintemm il-kors?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-ewwel ħames partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li minbarra l-kondizzjonijiet vigenti għall-impjegati tal-Gvern li jingħataw l-opportunita` jattendu korsijiet l-Universita`, il-membri tal-Korp ikollhom il-kundizzjoni li jservu fil-Korp tal-Pulizija għal sena minn meta jtemmu b`suċċess il-kors.

Karozzi — Towing

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1999 kemm kien hemm towing ta' vetturi? Jista' jgħid kemm kien hemm dħul finanzjarju totali minn dan it-towing? Jista' jgħid kif tqassam id-dħul bejn gvern u kuntratturi? F'liema lokalitajiet sar it-towing u kemm-il vettura f'kull post ġiet ittowjata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #10586 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Furjana - Excelsior Hotel

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' dik li qabel kienet l-lukanda Excelsior fil-Furjana? L-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija sodisfatta bix-xogħol u li kollox sar skond il-permessi maħruġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-iżvilupp fuq l-ex Lukanda Excelsior jinsab fi stadju fejn qiegħed jiġi finalizzat xogħol fuq ġewwa tal-lukanda, bħal kisi, irtokki, żebgħa, eċċ. Ninsab infurmat ukoll li minn żmien għall-ieħor l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tagħmel spezzjjonijiet biex tassigura li l-kundizzjonijiet tal-permessi jibqgħu jiġu osservati. Sa l-aħħar spezzjoni li saret, l-iżvilupp kien qed isir skond il-permess.
Leg 9 PQ #10587 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żgħażagħ arrestati

Question

Wara li l-ġimgħa li għaddiet żewġ żgħażagħ - wieħed ta' 17-il sena minn Ħ'Attard u l-ieħor ta' 16-il sena mill-Imtarfa - ma ingħatawx pleġġ mill-qorti wara akkużi ta'serq, fejn inżammu arrestati? Hemm post li huwa separat minn priġunieri ferm akbar minnhom biex ma jkunux esposti għall-perikoli fiżiċi jew xorta oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ż-żewġ żgħażagħ li għalihom qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant qegħdin jinżammu fis-sezzjoni ġdida tal-YOURS li nfetħet f`Ġunju li għadda, li fiha jinżammu priġunieri ta` bejn is-16 u l-21 sena. Billi din it-taqsima hija totalment separata mill-bqija tal-ħabs, il-priġunieri li hemm fiha ma jistgħux jitħalltu ma` oħrajn u għalhekk ma jistgħux jiġu esposti għall-perikoli fiżiċi jew ta` xorta oħra minn priġunieri ta` eta` akbar.
Leg 9 PQ #10499 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ta' Kandja - Persuni Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm persuni barranin miżmuma f'Ta' Kandja jew f'postijiet oħra li huma taħt il-kustodja tal-Gvern Malti? Ta' liema nazzjonalista' huma? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom hawn dawk li waslu l-ewwel? Kien hemm xi talba għal status ta' refuġjati f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm ġew milqugħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija hu kif ġej : PAJJIŻ NUMRU PAJJIŻ NUMRU Alerġija 10 Tuneżija 1 Iraq 2 Liberja 1 Sierra Leone 2 Somalja 1 Ghana 1 Niġerja 1 Georgia 1 Eġittu 1 Ġordan 2 Libja 8 Palestina 1 Indja 45 Pakistan 25 Sri Lanka 5 Dawk li l-aktar li ilhom huma tnejn li ilhom ħames snin. Dwar ir-raba` u l-ħames parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tagħrif ma jinżammx mill-Pulizija. Hu l-Uffiċċju ta` l-U.N.H.C.R. f`Malta li jieħu ħsieb l-interessi ta` persuni meqjusa bħala refujati.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet importata fl-aħħar ħames snin biex topera bħala karozza tal-linja? X'inhi l-politika tal-gvern biex karozzi tal-linja antiki jitneħħew u oħrajn jidħlu flokhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi kienu importati ħames karozzi tal-linja ġodda. Il-politika tal-Gvern preżenti għadha dik li karozzi tal-linja qodma jibdew jinbidlu m'oħrajn ġodda.

Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' karozzi tal-linja li qed joperaw fuq ir-rotot f'Malta bħalissa? Kemm qed joperaw f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom ilhom joperaw għal: (a) aktar minn 25 sena; (b) aktar minn għaxar snin; (c) anqas minn ħames snin? Kemm-il vettura tneħħiet u/jew ġiet irtirata matul dawn l-aħħar ħames snin? Kull meta ssir spezzjoni fuq dawn il-vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 6197 jien infurmat li ħamsa minn dawn il-karozzi għandhom anqas minn ħames snin waqt li l-kumplament għandhom 'l fuq minn għoxrin sena fil-każ ta' Malta. Fil-każ ta' Ghawdex, jien infurmat li fl-aħħar sentejn in-numru ta' 'coaches' żdied b'39 li lkoll għandhom anqas minn tnax-il sena. Dan kif stipulat fi ftehim li sar bejn il-Gvern preċedenti u l-'Gozo Bus Owners Association'. Dawn il-vetturi ssirilhom test darba fis-sena qabel tiġġedded il-liċenzja kif ukoll testijiet oħra meta tinħass il-ħtieġa.

Vetturi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li bħalissa huma liċenzjati biex joperaw bħala coaches għat-turisti? X'inhu n-numru ta' vetturi reġistrati bħala mini-buses? Kull meta ssir spezzjoni, kemm fuq il-coaches kif ukoll fuq il-mini-buses, biex jiġi żgurat li huma fi stat tajjeb biex joperaw?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 7131, jien infurmat li hawn ukoll 394 vettura registrati bħala 'mini buses`. It-test fuq dawn it-tip ta' vetturi jrid isir kull sena qabel tiġġedded il-liċenzja kif ukoll testijiet oħra meta tinħass il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #10503 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi tat-turisti

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm kontroll tal-pulizija meta numru ta' vetturi li jġorru t-turisti jipparkjaw b'mod ħażin fejn ir-Roman Villa, ir-Rabat, u barra l-Bieb ta' l-Imdina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ngħataw struzzjonijiet sabiex il-kuntistabbli li jkun għassa l-Imdina jissorvelja dawn l-inħawi sabiex jittrażżnu l-abbużi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #10504 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trattat għal kura reċiproka

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi Malta għandha trattat għal kura reċiproka? Matul din is-sena, kemm-il persuna ntbagħtet barra minn Malta għall-kura? F'liema pajjiżi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Il-pajjiżi li magħhom hawn trattat għal kura reċiproka huma l-Ingilterra u l-Awstralja. 2. Din is-sena (sal 21-10-99) ntbagħtu 226 pazjent, kollha l-Ingilterra.
Leg 9 PQ #10493 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — CDAU

Question

Tista' s-CDAU tassessja lit-tifel ta' seba' snin li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li mhumiex iżommuh l-iskola minħabba l-imġieba tiegħu u għandu bżonn l-għajnuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna msemmija ġiet assessjata mit-team tas-CDAU. L-assessment team tas-CDAU m`għandux x`jaqsam u ma jindaħalx f`deċiżjonijiet li tagħmel l-iskola.
Leg 9 PQ #10494 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għajnuna lil tifel bi problemi

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata għajnuna lill-għalliema tat-tifel ta' seba' snin, u lit-tifel innifsu, li l-iskola qed tibgħatu d-dar minħabba l-imġieba tiegħu? Meta se jkun jista' jattendi regolarment l-iskola dan it-tifel kif inhu d-dritt li jagħmel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm riżenji fil-bidu tas-sena fost il-Kindergarten Assistants li jgħinu lit-tfal bi bżonnijiet speċjali u l-iskola f'dawn iċ-ċirkostanzi għamlet użu bil-Kindergarten Assistants li kellha biex tlaħħaq mat-tfal kollha. L-iskola ppruvat ukoll tintegra iżjed lit-tifel konċernat. Intbagħtet aktar għajnuna fl-iskola u għalhekk dan it-tifel u oħrajn se jkollhom l-għajnuna meħtieġa.

Għajnuna soċjali — Rata tal-kera wara korriment serju

Question

Peress li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ilha erba' xhur u nofs ma taħdimx għax weġġgħet serjament fuq ix-xogħol, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi kkunsidrat li titbaxxielha r-rata tal-kera li jkollha tħallas lill-gvern għall-post fejn toqgħod mal-familja tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi r-rata ta' sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata ġiet riveduta din is-sena skond id-dħul tal-inkwilin matul l-1998, u dan skond il-ftehim ffirmat minnhu meta ġie allokat il-post. Ir-reviżjoni li jmiss issirlu fl-2001 fuq id-dħul tiegħu matul is-sena 2000. Iżda jekk minħabba ċirkostanzi speċjali, peress li tilef ix-xogħol wara li weġġa, naqaslu id-dħul, hu għandu, fil-bidu tal-2000, jitlob lid-dipartiment biex terġa ssirlu reviżjoni fuq id-dħul tiegħu matul l-1999.
Leg 9 PQ #10496 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Skejjel — Irċevuti fiskali

Question

Issa li l-iskejjel daħlu fit-tielet ġimgħa tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet fit-tuck shops ta' l-iskejjel tal-gvern, tal-Knisja u privati biex jaraw li jinħarġu l-irċevuti fiskali? Jekk saru, f'liema skejjel u x'instab? Jekk le, hemm il-ħsieb li jsiru fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hija l-prattika tad-Dipartiment li l-ispezzjonijiet li jagħmel jifrixhom fuq l-akbar numru possibbli ta` stabbilimenti tan-negozju differenti skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet eżistenti. Spezzjonijiet fit-tuck shops isiru meta jkun il-waqt.