Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11440 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Vetturi — Ikklampjar/Ittowjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Ġunju sa Ottubru - kull xahar separatament - kemm sar: (1) ittowjar; (2) ikklampjar ta'vetturi f'dawn l-inħawi: (a) San Ġiljan, inkluż Paceville; (b) Sliema; (c) Valletta/Floriana? X'kien id-dħul ta' flus totali matul dawn ix-xhur u kif skond il-liġi, jiġi mqassam bejn stat u l-kumpannija responsabbli għal dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej : - Lokalita` Tow Clam Tow Clam Tow Clam Tow Clam Tow Clam San Ġiljan/ Paceville 50 xejn 67 1 237 xejn 121 xejn 158 xejn Sliema 49 xejn 43 xejn 57 xejn 46 xejn 20 xejn Valletta/ Floriana 34 xejn 67 xejn 80 xejn 50 xejn 46 1 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li d-dħul totali minn dan l-irmonk / klampjar kien ta` Lm50,505. Il-kuntrattur responsabbli jitħallas Lm35 għal rmonk u Lm20 għal klampjar.
Leg 9 PQ #11455 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing/clamping

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-proċedura biex vetturi jiġu kklampjati/ittowjati minn post fejn ikunu? Membru tal-pubbliku jista' jċempel lill-kumpannija li tieħu ħsieb dan ix-xogħol? Fil-Korp tal-Pulizija hemm xi taqsima li speċifikament għandna x'taqsam u tieħu ħsieb it-towing u l-clamping li allura tkun f'kuntatt kontinwu mal-kumpannija konċernata? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid ukoll meta jinbidlu u kemm ilhom f'dan ix-xogħol f'dawk li hemm preżenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li meta uffiċjal tal-Pulizija josserva vettura f`żona ta` ikklampjar / irmonk, filwaqt li jibqa` fuq il-post, l-uffiċjal jinforma b`dan lill-Għassa tal-lokal. Minn hemm jiġi nfurmat il-kuntrattur sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa. Wara li l-kuntrattur jikklampja / jirmonka l-vettura, l-uffiċjal tal-Pulizija jinforma l-għassa sabiex il-kontravenzjoni tiġi rekordjata fir-reġistru. Il-kuntrattur jista` jaġixxi biss fuq ordni tal-Pulizija u mhux tal-pubbliku. Ninsab infurmat ukoll li fil-Korp m`hemmx taqsima speċifikament responsabbli għall-ikklampjar / irmonk.
Leg 9 PQ #11456 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' karozzi

Question

Matul din is-sena u minbarra l-allegazzjonijiet li saru dwar ittowjar ta' vetturi minn PC Lawrence Gabriel quddiem numru ta' pulizija - anke superjuri tiegħu - f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi ittra/ilmenti simili minn membri tal-pubbliku? Jekk fl-affermattiv, kemm saru, x'kienu lmenti, meta sar kull ilment u kif investigat?

Response (BORG, TONIO)

Ma rċevejt ebda lment dwar ittowjar ta` vetturi f`San Ġiljan.
Leg 9 PQ #11457 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri tal-korp

Question

Meta jsiru allegazzjonijiet fuq membri tal-korp tal-pulizija jew fuq l-operat ta' xi membru ta' xi korp tal-pulizija fil-qadi ta' dmirijiethom li jistgħu jinkludu allegazzjonijiet serji, għaliex - bħal fil-każ ta' PC Lawrence Gabriel - ma ssirx inkjesta mmexxija minn uffiċjali għoli li m'għandux x'jaqsam mat-taqsima/distrett ta' dak li jkun hemm l-allegazzjoni u lanqas minn xi ħadd tat-taqsima/distrett fejn tkun saret l-allegazzjoni? Ma jaħsibx il-Ministru li bord indipendenti mill-korp għandu jinħatar biex jisma' u jirrkmanda fuq dawn l-affarijiet serji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dak li qed jipproponi l-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija, beda fis-seħħ mill-1 ta` Jannar 1999, meta ġiet introdotta sistema ġdida ta` complaint handling fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Dwar is-suġġeriment fit-tieni parti tal-Mistoqsija, dan qed ikun proponut fl-abbozz tal-liġi dwar il-Korp tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #11345 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fix-xogħol li sar ta' riabilitazzjoni fuq l-iskola primarja tal-Mellieħa baqa' ma nbidilx bieb fi stat ħażin u bibien oħra ġodda li saru, diġa' nqasmu u nfetħu? Tista' ssir verifika fuq il-kwalita' tax-xogħol li saru u jekk tirriżulta kwalita' fqira l-kuntrattur jirrimedja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma ħassitx il-ħtieġa li l-bieb li saret referenza għalih kellu jinbidel peress li kien għadu fi stat tajjeb fiż-żmien li fihom saru x-xogħlijiet. Minn survey li saret jirriżulta li l-bieb jista' jiġi rranġat min-nies li hemm fl-iskola li d-doveri tagħhom jinkorporaw tali xogħlijiet u sejjer nieħu l-passi meħtieġa biex dan jagħmluh. Rigward bibien oħra ġodda li saru u li diġa' nqasmu u nfetħu, qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-Kuntrattur li mmanifatturhom jirranġhom.

Impjiegi — Każ ta' impjegat

Question

Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid x'jista' jagħmel l-impjegat, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li skond ċertifikat mediku tal-kirurgu kardjologu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, wara operazzjoni li għamel jista' jsuq imma ma jistax iġorr u x-xogħol tiegħu jikkonsisti kemm f'sewqan kif ukoll f'ġarr? X'jagħmel jekk il-bord mediku jikkonferma dan, imma fejn jaħdem iriduh isuq u jġorr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li "employer" ma jistax jiġi sfurzat iżomm fuq il-kotba tiegħu ħaddiem li ma jkunx f'pożizzjoni li jaqdi dmirijietu kif mitluba u kif miftehema, minħabba raġunijiet ta' saħħa. Madanakollu, il-ħaddiem konċernat jista' jirreferi l-każ tiegħu lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg għal parir jew xi għajnuna li jista' joffri.
Leg 9 PQ #11348 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Projects co-ordinator

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' projects co-ordinator li ngħata lis-Sur Silvio Zammit? Liema proġetti qed jikkordina s-Sur Zammit? Xi kwalifiki u kompetenzi għandu s-Sur Zammit biex jagħmel ix-xogħol li ngħata?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kull meta kelli okkażjoni nagħżel min iservi fis-Segretarjat Privat tiegħi fittixt li l-persuni magħżula jkollhom kwalifiki bħal per eżempju onesta', sens ta' responsabilita', bżulija, lealta' lejn il-politika tal-gvern u lejja kif ukoll kapaċita' u ħeġġa li jgħinu lil kull min jersaq lejn il-Ministeru għall-informazzjoni u għajnuna. Nikkonferma li fil-fehma tiegħi s-Sur Zammit jippossjedi dawn il-kwalifiki. L-Onor Interpellant żgur jaf li l-Ministeru tat-Turiżmu kif ukoll l-industrija stess titlob u tinħtieġ għajnuna minn diversi oqsma u għalhekk anke fis-Segretarjat Privat tiegħi hemm lok ta' persuna jew persuni b'ħila li jikkoordina l-ħidma ta' għadd ta' oqsma bil-għan l-iskop u l-miri jintlaħqu. Fost inkarigi li jaqdi s-Sur Zammit hemm dak li jżomm 'liason' ma' Ministeri, Dipartimenti, u entitajiet governattivi kif ukoll privati. L-istess ħidma jagħmilha wkoll fil-konfront ta' xogħol li l-Ministeru jkollu ma' Kunsilli Lokali, proġetti u proposti li jitressqu mis-settur privat li jkunu ta' siwi għall-industrija tat-turiżmu.
Leg 9 PQ #11349 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Nawtika — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema neqsin f'kull suġġett f'kull kors ta' l-iskola nawtika? X'qed isir biex l-istudenti ma jibqgħux mingħajr dawn l-għalliema? Kemm hemm għalliema part-time u kemm hemm fulltime? Kemm hemm għalliema filgħodu u kemm hemm għall-korsijiet ta' filgħaxija? Hemm għalliema nieqsa f'korsijiet ta' filgħaxija? Liema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Nawtika baqa' biss bżonn ta' għalliem għal żweġ lezzjonijiet tal-Liġi Marittima. Ġie identifikat bniedem biex jagħmel dawn iż-żewġ lezzjonijiet. Bħalissa hemm tlett għalliema full-time u għaxar għalliema part-time li sitta minnhom jgħallmu fil-korsijiet ta' filgħaxija. M'hemm ebda għalliem nieqes fil-korsijiet ta' filgħaxija.
Leg 9 PQ #11350 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Nawtika — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull kors ta' l-iskola nawtika? Xi stipendju qed jingħataw f'kull każ? Hemm xi studenti li mhux qed jingħataw stipendju? X'inhi r-raġuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-numru ta' studenti f'kull kors ta' l-iskola nawtika hu kif ġej: Deck Officer Phase I - 17-il student Phase II - 9 studenti Phase III - 14-il student Engineering Officer - 2 studenti Class 2 Certificate of Competency - 2 studenti TOTAL ta' 44 student fl-iskola. Informat ukoll li l-istudenti fil-korsijiet ta' Deck Officer (Phase I u III) u l-Engineering Officers, jirċievu għotja ta' manteniment ta' Lm40 fix-xahar, bejn 1 ta' Ottubru u t-30 ta' Ġunju, sakemm idum il-kors. Barra minn hekk jirċievu Lm100 darba fis-sena tul il-kors. Studenti fil-Phase II ma jirċevux għotja għax ikunu mpjegati fuq il-baħar. L-istudenti fil-kors Class 2 Certificate of Competency mhumiex intitolati għal għotja għaliex normalment dawn ikunu studenti li ġa qegħdin jaħdmu u jiġu mgħotija permess biex jattendu mill-post ta' l-impieg tagħhom. Fil-Kors ta' Deck Officers hemm tlett studenti fil-Phase I li mhumiex intitolati għal għotja għax qegħdin jirrepetu s-sena u hemm żewġ studenti barranin fil-Phase III li ukoll ma jiħdux għotja.
Leg 9 PQ #11351 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull kors ta' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi? Kemm minnhom għandhom stipendju u x'ammont jingħataw f'kull sena? Kemm hemm studenti li m'għandhomx stipendji? X'inhi r-raġuni li tħallew bla stipendju, jekk dan hu l-każ?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nixtieq nirrileva lill-Onor Interpellant li tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija ngħatat lill-Onor Joseph Cuschieri fil-Mistoqsija numru 9100. L-istudenti kollha li jattendu korsijiet 'full-time' fl-Istitut jingħataw stipendju kif ġej:- l-Ewwel Sena Lm 12 fil-ġimgħa it-Tieni Sena Lm 17 fil-ġimgħa it-Tielet Sena Lm 22 fil-ġimgħa Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li ma jingħatawx stipendju huwa ta' ħdax: tmien studenti li m'għandhomx ċittadinanza Maltija iżda li għandhom ġenitur Malti. Dawn ma jħallsux 'tuition fees' iżda ma jingħatawx stipendju; u tliet studenti ta' nazzjonalita' barranija li ma jirċevux stipendju u huma obbligati li jħallsu t-'tuition fees'.
Leg 9 PQ #11339 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Prezzijiet taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema prezzijiet taż-żejt huwa maħdum il-pjan u l-estimi għas-sena 2000 li l-Enemalta għadha kemm ħarġet fir-rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Kif jitqabblu dawn il-prezzijiet mal-prezz taż-żejt tal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u sa fejn naf jiena nfurmat qatt ma ġiet pubblikata f'dan l-istadju. Barra minn hekk il-figuri huma maħdumin fuq perjodu ta' sena u għalhekk wieħed ma għandux iħares lejn dawn iċ-ċifri fuq perjodu qasir. Il-prezzijiet, daqs kemm jistgħu jitilgħu, daqstant ieħor jistgħu jinżlu.
Leg 9 PQ #11340 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Hedging Agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Ottubru 1999 kemm irċeviet flus taħt il-hedging agreement li ffirmat il-Korporazzjoni Enematla fi żmien il-Gvern Laburista?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fiz-zewg ftehim dwar il-hedging li saru mill-Gvern precedenti, bejn l-1998 u l-1999, sa l-ahhar ta` Ottubru, l-Enemalta ghadha minn taht madwar 5 miljuni Dollari Amerikani. Dan wara li ttiehed in konsiderazzjoni li matul l-ahhar xhur gie registrat qliegh ta` madwar 4 miljuni dollari Amerikani minhabba zieda fil-prezz taz-zejt.
Leg 9 PQ #11341 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Sixth Form

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex żagħżugħ Amerikan b'ġenituri Malti, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kellu biżżejjed kwalifiki biex jibda jistudja l-Kors B.Sc (Business and Computing) fl-4 ta' Novembru, 1999 bla ma spjegawlu xejn ġie informat li ma ġiex aċċettat għall-kors? X'inhuma r-raġunijet, meta lil dan iż-żagħżugħ meta ġie għas-Sixth Form ingħata l-parir x'jistudja, fost affarijiet oħra li jiġi eżentat mill-Malti, għax twieled, trabba u ħa kważi l-edukazzjoni sekondarja kollha tiegħu fl-Istati Uniti? Peress li għandu l-Accounts u l-Economics fil-livell avvanzat, Systems of Knowledge, Ingliż, Pure Maths u IT fil-livell intermediate, xi kriterji tad-dħul m'għandux biex ikun jista' jidħol? Jista jiddaħħal probationary?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ż-żgħażugħ li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru għandu ċittadinanza doppja u barra li hu Amerikan hu wkoll Malti. Bħala Malti hu suġġett għar-rekwiżiti bħall-Maltin l-oħra kollha. Ir-rekwiżiti għad-dħul f'kull kors Universitarju għall-korsijiet li bdew f'Ottubru 1999 jinkludu li l-applikant irid ikollu ċertifikat li għadda fl-Eżami biċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja bi Grad 5 jew aħjar fil-Malti. Dan ir-regolament kien ippublikat fil-gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta' Lulju 1998 meta l-Onor. Membru kien Ministru ta' l-Edukazzjoni. Jien infurmat li l-Universita` daħħlet dan ir-regolament fuq suġġeriment insistenti tal-Gvern ta' dak iż-żmien. L-awtoritajiet akkademiċi ta' l-Universita` sostnew li l-istudent li rrefera għalih l-Onor. Membru kellu żmien sodisfaċenti biex joqgħod għall-eżami tal-Malti, tant li hu kien qagħad għall-eżami f'Mejju ta' l-1996 u dak in-nhar kien ġab Grad 6. L-Universita` tħoss li fit-tlett snin ta' wara, l-istudent seta' itejjeb il-grad minn 6 għall-grad 5. Ġejt informat ukoll li student Malti, skond ir-regolamenti, jista' jkun eżenti mir-rekwiżiti li jkollu l-Malti jekk l-istudent "ikun jgħix jew studja barra minn Malta għal perjodu sinifikattiv fl-aħħar erba' snin". Dan l-istudent jirriżulta li ilu Malta għal aktar minn erba' snin. L-Onor. Membru jaf li student jiddaħħal bħala 'probationary student' fuq il-parir tal-Fakulta` konċernata. Il-Fakulta` ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy, li magħha jsir il-kors li applika għalih dan l-istudent, ħadet id-deċiżjoni, indipendentement minn dan il-każ, li ma jiddaħħlux 'probationary students' fil-korsijiet li toffri l-Fakulta`. Dan il-każ partikolari ingħata konsiderazzjoni speċjali, iżda minħabba r-raġunijiet kif spjegat aktar 'l fuq il-Fakolta` iddeċidiet li ma kellhiex tbiddel is-sitwazzjoni imposta fuqha bir-regolamenti li semmejt.
Leg 9 PQ #11342 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — 3-phase meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex 3-phase meters? Kemm ilhom neqsin? Għaliex huma neqsin? Kemm ilhom ordnati? Fl-aħħar tliet xhur ġew ordnati minn dawn il-meters? Kemm waslu minnhom? Minn fejn inxtraw? Fejn twaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #11343 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Luca Cigogna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratt sar bejn l-orkestra nazzjonali u Luca Cigogna? X'kien se jkun is-sehem tiegħu? X'kunċert kien se jsir miegħu u li għalih anke tħejja l-programm biex jiġi stampat? X'kondizzjonijiet kienu qed jiġu nnegozjati ma' Luca Cicogna? Għaliex ma sar ebda kuntratt ma' Cicogna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, wara konsiderazzjoni xierqa, l-Orkestra Nazzjonali ma għamlet ebda kuntratt ma' Luca Cicogna.
Leg 9 PQ #11344 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal bl-antism

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal bil-kondizzjoni ta' l-autism; (a) fl-iskejjel primarji tal-Knisja; (b) fi skejjel primarji ta' l-Istat; (c) fi skejjel sekondarji tal-Knisja; (d) fi skejjel sekondarji ta' l-Istat? Kemm minn dawn it-tfal autistic għandhom magħhom f'kull każ (a) facilitator kwalifikata fl-autism; (b) kindergarten assistant mhux imħarrġa fl-antisim; (c) supply kindergarten assistant mhux imħarreġ fl-antism?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Qrati — Każi ta' drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-1995, 1996, 1997 u 1998 separatament, kemm kien hemm sentenzi fuq każi ta' drogi fejn il-qrati (a) tal-Maġistrati; u (b) Kriminali Superjuri ordnaw is-sekwestru tal-beni tal-ħati? X'kien l-ammont totali kull sena? Fil-każ ta' bini li ġie mgħoddi għand il-gvern x'użu sar/se jsir minnu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed nannetti lista ta` kazi konnessi ma` drogi li ġew deċizi bejn l-1995 u l-1998 kif mitlubin fil-mistoqsija. Minn dawn il-kazi kollha hemm kaz wieħed biss li sa l-1998 ġie deċiz finalment mill-Qorti ta` l-Appell Kriminali fejn ġiet konfermata l-konfiska tal-beni tal-ħati. Mir-riċerka li saret fuq ordni tal-Qorti jirrizulta li hemm żewġ karozzi u mutur registrati f`isem l-akkuzati u ammont żghir ta` madwar LM9.44c biss. Ma jidhirx li kien hemm bini. Id-dipartiment qieghed jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex l-oġġetti hekk konfiskati jghaddu fil-pussess tal-Gvern. SENTENZI FUQ KAZI TA` DROGA BEJN l-1995 U 1998 QORTI KRIMINALI SUPERJURI 1995 Kontra John Bugeja (Att ta` Akkuza nru. 12`93) deċiza mill-Qorti Kriminali fid-29 ta` Novembru 1995 pendenti fl-Appell 1996 Kontra Aibrahim Bashir Ben Matue (Att ta` Akkuza nru. 4`95) deċiza mill-Qorti Kriminali fis-17 ta` Mejju 1996 pendenti fl-Appell 1997 Kontra Joseph Grech u Tracy Borg (Att ta` Akkuza nru 11`95) deċiza mill-Qorti Kriminali fil-konfront ta` Joseph Grech biss fis-27 ta` Ottubru 1997 liema kaz ghadu pendenti quddiem l-Appell. Il-kaz ta` Tracy Borg ghad hemm il-Guri pendenti. kontra Anthony Tanti, omissis u Kevin Tanti (Att ta` Akkuza numru 2`96 deciza mill-Qorti Kriminali fid-29 ta` April 1997 pendenti fl-Appell kontra Abdul Baset Mohammed Dberzi (Att ta` Akkuza nru 5`97) deċiza mill-Qorti Kriminali fis-27 ta` Ottubru 1997 pendenti fl-Appell kontra Christopher Borg, Mario Joseph Rodena u Allison Micallef (Att ta` Akkuza 23`97 deciza mill-Qorti Kriminali fid-28 ta` Mejju 1997 pendenti appell preliminali 1998 kontra Andrew Buhagiar (Att ta` Akkuza 14.97 deċiza mill-Qorti Kriminali fil-5 ta` Mejju 1998 pendenti fl-Appell kontra Nazzareno Abela (Att ta` Akkuza 29`97) deciza mill-Qorti Kriminali fit-12 ta` Ottubru 1998 pendenti fl-Appell kontra Meinrad Calleja (Att ta` Akkuza 20`97) inghatat deċizjoni preliminari fl-14 ta` Dicembru 1998 li ghadha pendenti fl-appell kontra Ali Ben Mohamed Hichm Bettaieb (Att ta` Akkuza 1`98 pendenti Guri kontra Mario Camilleri (Att ta` Akkuza nru 3`98) pendenti Guri. QORTI TAL-MAGISTRATI kontra Hisham Bashir Abugukhaz - pendenti quddiem il-Qorti ta` l-Appell Kriminali (nru. 263`98) kontra Saverina Borg, Josephine Grima, Anthony Borg u Raymond Borg - Appell Kriminali nru. 309`97 - deciz 31 ta` Lulju 1998.
Leg 9 PQ #11240 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — PC Lawrence Gabriel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10155, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet ta' PC Lawrence Gabriel dwar irregolaritajiet fit-towing ta' vetturi? Jekk intemmet, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dak li nstab?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-investigazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadha mhix konkluża.
Leg 9 PQ #11264 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — BOV

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Bank of Valletta, aktar minn sena ilu, ħadet f'idejha il-ġbir ta' flus tas-sidien li xtraw vetturi bin-nifs (hire purchase) mill-Universal Commerce Agency Ltd (UCA) billi ħarġet ukoll kotba tad-depożisti lil kull sid? Jikkonferma l-Ministru li l-irċevuti li qed joħorġu mill-Bank of Valletta, wara l-ħlas fix-xahar, fuq kambjali ta' l-istess kumpannija ma jikkorispondux mad-data tal-ħlas iżda huma f'ċerti ċirkostanzi bid-data ta' aktar minn sentejn ilu? Għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11073.
Leg 9 PQ #11265 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Irranġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-gvern isebbaħ dik il-parti ta' Ta' Qali li tintuża minn familji fi tmien il-ġimgħa għar-rikreazzjoni? Jista' l-Ministru jara li dan il-post jiġi mnaddaf regolarment u li jitqiegħdu reċipjenti għall-ġbir ta' skart?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dik il-parti ta' Ta' Qali li tintuża mill-familji fi tmiem il-ġimgħa għar-rikreazzjoni barra li ġiet imnaddfa qiegħda wkoll tiġi msebbħa. Tħawwlu mal-mitejn siġra ndiġena ġodda. Ġew mibdula numru kbir ta' siġar li kienu vvandalizzati. Ġew rinovati erbatax-il entratura għal dan il-post. L-arja kollha ġiet imdawra b'ħajt tal-ħamrija biex ma jidħlux karozzi u żwiemel. F'dan il-ħajt qegħdin jiġu miżrugħa għarbuxelli biex jiffurmaw ħajt tal-ħaxix madwar dan il-post. Hemm ukoll il-ħsieb li jsiru diversi affarijiet oħra bħal imwejjed għall-'picnics', sinjali ta' direzzjoni eċċ.