Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li toħroġ sejħa għall-kwotazzjonijiet għall-provvista ta' żraben tas-sigurta' għaċ-Ċentru Malti għar-Restawr fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Ottubru 1999, filwaqt li jgħid kemm hu antiċipat li tkun in-nefqa għax-xiri ta' dawn iż-żraben u kemm sejrin jinxtraw u mil-liema cost centre u vot sejrin jitħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Inforamt li seta' kien hemm żball amministrattiv fis-sejħa għall-kwotazzjonijiet għall-provvista ta' żraben tas-sigurta` fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Ottubru 1999 peress li l-avviż kelu jinħareġ f'isem id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li bħalissa hi risponsabbli għall-ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni tar-Restawr Ġlormu Cassar (GCRS) u li għalihom teżisti l-ħtieġa għal dawn iż-żraben. L-iżball seta' sar minħabba l-fatt li ħafna minn dawn il-ħaddiema bħalissa qiegħdin jagħmlu xogħol ta' restawr fil-kumpless ta' Bighi fejn twaqqaf ukoll iċ-Ċentru Malti għar-Restawr.
Iż-żraben ta' dawn il-ħaddiema (li jlaħħqu aktar minn ħamsin u li l-maġġoranza tagħhom jaħdmu fix-xogħol tal-ġebel u kostruzzjoni,) ilhom ma jinbidlu madwar sentejn u ħafna mill-ħaddiema għandhom żraben imqattgħin. Informat li għalhekk ġew ornati mitt (100) par żarbun (Kategorija S3) li se jiswew globalment disgħa mija u għoxrin lira Maltin (Lm920). Il-fondi sejrin jitħallsu mill-Cost Centre Numru 001 (Administration), Vot 21 tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. B'hekk mistenni li l-ħaddiema bi żraben tas-sigurta` mqatta' jistgħu jingħataw żarbun ġdid u tinżamm riserva ta' medja ta' żarbun ġdid għal kull ħaddiem fis-sezzjoni li jista' jinħareġ lill-ħaddiem meta l-ġdid jitherra u sakemm issir l-ordni sussegwenti.
Jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, l-indirizz u kopji tal-curriculum vitae ta' l-applikanti li applikaw għall-post ta' perit/perit junior fid-Dipartiment tal-Mużewijiet kif ukoll jgħid minn min sejjer ikun kompost il-bord ta'l-għażla, filwaqt li jagħti d-dati li fihom sejrin isiru s-sejħiet għal dan il-post?
B'rifereza għall-istess dipartiment, jista' l-Ministru jagħti struttura organizzattiva li fiha sejjer jaħdem l-istess perit/perit junior, kif ukoll jgħid liema postijiet f'din l-istruttura huma diġa' mimlija u għal-liema postijiet id-dipartiment jonqsu joħroġ is-sejħiet għall-applikazzjoni biex jintlaħaq il-full-complement?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess ta' l-għażla għall-post ta' Perit/Perit Junior fid-Dipartiment tal-Mużewijiet għaddej mill-proċeduri normali tal-Public Sservice Commission. Għaldaqstant, l-informazzjoni dwar il-kandidati, preżentement hija materja li taqa' taħt ir-responsabilta` tal-Public Service Commission.
Informat ukoll li l-Perit ser jaħdem fi strutturi eżistenti li huma ippublikati fl-Estimi għas-sena 2000. Dan il-kompliment jinkludi uffiċċjal tekniku fi grad għoli.
Fl-aħħarnett informat ukoll li qabel ma jinħolqu postijiet ġodda, ser jiġu ffinalizzati strutturi operattivi ġodda li bħalissa qed ikunu konsidrati.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista, bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista'l-Ministru jagħti lista, bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabdel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
`Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta` l-impjegati kollha fi hdan is-Segretarjat privat tieghi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.`
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista l-Ministru jagħti lista, bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati kollha fi ħdan iċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr billi jelenka l-isem, il-kunjom, l-indirizz, is-salarji u l-benefiċċji oħra li dawn igawdu filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum vitae ta' kull individwu li jissemma?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta ħlief għal ċertu dettalji personali.
Informat li bħalissa, il-lista ta' l-istaff tekniku u akkademiku flimkien ma' ritratti u resume' qasira tas-C.V. qiegħda titħejja biex matul ix-xhur li ġejjin din tiġi ppubblikata fil-Prospectus taċ-Ċentru li ser ikun ukoll fuq l-Internet.
B'riferenza għal avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 15 ta' Ottubru, 1999, jista' l-Ministru jgħid x'inhu antiċipat li jkunu s-salarju u benefiċċji oħra li sejjer igawdi minnhom id-direttur li sejjer jintgħażel għaċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr kif ukoll jgħid minn min sejjer ikun kompost il-bord ta' l-għażla għal din is-sejħa għall-applikazzjoni filwaqt li jagħti lista ta' dawk li applikaw għal dan il-post bl-isem, il-kunjom, il-kwalifiki u l-indirizz tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hu mistenni li s-salarju u l-benefiċċji ta' Direttur li sejjer jintgħażel biex jaħdem fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr ikun bejn Lm8,000 u Lm9,500 skond il-kwalifiċi u l-esperjenza tal-kandidat magħżul.
Il-Bord ta' l-Għażla għal din is-sejħa hu kompost miċ-Chairman taċ-Ċentru Malti tar-Restawr, Dr J. Cannataci flimkien ma' żewġ membri oħra tal-Board of Governors, Dr Alex Torpiano u Mr Robert Cassar waqt li s-Sur Louis Borg sejjer ikun is-Segretarju tal-Bord ta' l-Għażla.
Ġejt mogħti l-parir biex f'dan l-istadju ma jiġux ppublikati d-dettalji ta' dawk li applikaw għal dan il-post qabel jiġi finalizzat il-proċess ta' l-għażla, u dana speċjalment meta wieħed jikkunsidra li ħafna minnhom jista' jkun li ma jridux juru lil min qiegħed jimpjegahom bħalissa li qiegħdin ifittxu xogħol ieħor.
Ċentru ta' Malta għar-Restawr — Assistent Amministrattiv
Question
B'riferenza għal avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 15 ta' Ottubru, 1999, jista' l-Ministru jgħid x'inhu antiċipat li jkunu s-salarju u l-benefiċċji l-oħra li sejjer igawdi minnhom l-Assistent Amministrattiv li sejjer jintgħażel biex jaħdem fiċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr, kif ukoll jgħid minn min sejjer ikun kompost il-Bord ta' l-Għażla għal din is-sejħa għall-applikazzjoni filwaqt li jagħti lista ta' dawk li applikaw għal dan il-post bl-isem, il-kunjom, il-kwalifiki u l-indirizz tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hu mistenni li s-salarju u l-benefiċċji ta' l-Assistent Amministrattiv li sejjer jintgħażel biex jaħdem fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr ikun bejn Lm3,600 u Lm5,800 skond il-kwalifiċi u l-esperjenza tal-kandidat magħżul.
Il-Bord ta' l-Għażla għal din is-sejħa hu kompost miċ-Chairman taċ-Ċentru Malti tar-Restawr, Dr J. Cannataci flimkien ma' żewġ membri oħra tal-Board of Governors, Dr Alex Torpiano u Mr Robert Cassar waqt li s-Sur Louis Borg sejjer ikun is-Segretarju tal-Bord ta' l-Għażla.
Ġejt mogħti l-parir biex f'dan l-istadju ma jiġux ippublikati d-dettalji ta' dawk li applikaw għal dan il-post qabel jiġi finalizzat il-proċess ta' l-għażla u dana speċjalment meta wieħed jikkunsidra li ħafna minnhom jista' jkun li ma jridux juru lil min qiegħed jimpjegahom bħalissa li qiegħdin ifittxu xogħol ieħor.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu kif ukoll jgħid xi gradi jew poizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-Segretarjat Privat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukol jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 3456 u 6627, jien infurmat li s-salarji, benefiċċji jew `allowances` oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari li jaqgħu taħtu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad prezenti ta` l-impjegati is-segretarjat privat tieghi u taz-zewg Segretarji Parlamentari fi hdan il-Ministeru tieghi, kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, beneficcji jew allowances ohra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta` l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi u dak tas-Segretarjat Parlamentari kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-Mistoqsija.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukol jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u il-grad preżenti ta' l-impjegati fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
Peress li tidher li f'dawn l-aħħar snin saret tradizzjoni li biex jiġi ċċelebrat xi party bħal tal-Milied, membri tal-Korp tal-Pulizija jitolbu flixken tax-xorb alkoħoliku mingħand sidien ta' bars jew restaurants fid-distrett fejn ikunu stazzjonati, kif jiġi żgurat li dak kollu li jingħata fil-fatt imur għal dan il-għan speċifiku?
Jeżisti fond speċjali, anke fuq bażi ta' distrett, fejn hemm min jieħu ħsieb dan il-ġbir?
Jikkonferma li jkun hemm xi ħwienet tax-xorb/restaurants li jintalbu jagħtu anke flus għal dawn il-parties?
Jekk huwa veru, x'kontrolli hemm li dawn il-flus kollha jidħlu għal għan li jkunu ngħataw?
X'rendikont jinżamm u minn min dwar dak li jingħata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċedura stabbilita` biex jiġu organizzati parties fiż-żmien il-Milied fid-diversi Diviżjonijiet / Taqsimiet tal-Korp hi li kull Diviżjoni / Taqsima tinnomina r-rappreżentanti li jkunu ser jieħdu ħsieb li jorganizzaw tali parties. Il-membri nominati jridu jagħtu rendikont ta` l-ispejjeż kollha sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm abbużi.
Ninsab infurmat ukoll li l-Korp jalloka Lm3 għal kull membru stazzjonat fid-diversi Diviżjonijiet / Taqsimiet biex isiru dawn il-parties.
Huwa pprojbit li jsir ġbir ta` flus jew affarijiet għal dawn il-parties.
Jaqbel il-Ministru li għandu jkun hemm kumitat ċentrali, b'rappreżentanti ta' kull distrett/taqsima tal-korp tal-pulizija, biex jorganizza u jara xi jkun hemm bżonn biex isiru parties għall-Milied u/jew f'okkażjonijiet oħra? Jaqbel li jekk isir dan ikun hemm aktar kontroll u anqas possibbilita' ta' abbuż?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11458 f`din l-istess Seduta.
Issa li għaddew xahrejn u nofs minn mindu żdiedu n-nollijiet tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx jitwettqu xi riformi konnessi ma' dawn iż-żidiet? Japprezza li wara numru ta' ittri fil-gazzetti minn turisti rigward it-trattament tagħhom minn xufiera tal-linja għandu jsir xi ħaġa biex is-sitwazzjon tiġi rimedjata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa qed jiġu kkunsidrati numru ta` miżuri ġodda biex tiżdied id-dixxiplina fost l-operaturi ta dan is-servizz.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretaries" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Prim Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji, benefiċċji jew allowances oħra dawn igawdu kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-grad li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
Ma narax il-htiega li jingħataw l-indirizzi privati ta' l-impjegati u l-curriculum vitae ta' kull wiehed.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jispjega kif ġew ifformaolati r-regolatmenti finanzjarji li bihom l-Universita' ta' Malta stabbilit il-miżati li jħallsu studenti li qed jattendu korsijiet universitarji part-time? Jista' l-Ministru jispjega jekk studenti li jattendu part-time għall-korsijiet li jsiru waqt il-ħinijiet regolari ta' l-Universita' u cioe' waqt il-ġurnata filgħodu u wara nofsinhar, humiex soġġetti għall-ħlasijiet bil-legal notice l-ġdida li ħarġet dwar is-suġġett f'Settembru li għadda? Jekk iva, x'inhuma r-raġunijiet għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-korsijiet part-time li għalihom l-istudenti jattendu għal lectures matul il-ħin regolari m'humiex soġġetti għall-ħlasijiet. Hemm ħlas żgħir ta' Lm75 fis-sena għall-korsijiet fil-livell ta' Masters li jsiru b'riċerka u li kuntatt mas-supervisor jista'jkun kull ħin.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li waqt attivita' uffiċjali sponsorjata minn ditta ta' ġojjelli li saret fil-Palazz il-Belt, fl-aħħar ġimgħa ta' Ottubru, minbarra suldati li ssejħu għal xogħol ta' sigurta' kien hemm fizzjal u suldati oħra lebsin pajżana jagħmlu xogħol simili ta' sigurta' bħal sħabhom iżda fuq bażi privata?
Peress li dan ix-xogħol privat qed jitmexxa minn uffiċjal li ismu jidher separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol jidħolx f'konflitt dirett max-xogħol li l-istess membri ta' Armata huma mistennija jagħmlu mingħajr interessi personali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-fizzjal talabx permess biex jagħmel dan it-tip ta' xogħol u aktar minn hekk, iqabbad fizzjali u suldati oħra jidħlu għal dan ix-xogħol privat?
Jekk dan il-fizzjal għamel u qed jagħmel dan ix-xogħol privat li jmur direttament kontra l-interessi ta' l-Armata, qed jittieħdu passi dixxiplinarji kontrih kif jitolbu l-istess regolamenti ta' l-Armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li wara nvestigazzjonijiet li saru, jidher ċar li l-allegazzjonijiet fil-mistoqsija huma nfondati. Kien hemm biss suldat wieħed qed jagħmilha ta' driver mad-ditta tal-ġojjelli nvoluta f'din l-attivita uffiċjali b'risq il-Community Chest Fund. Dan kien qed jaħdem f'lok ħabib tiegħu li kien indispost u ma ħa l-ebda remunerazzjoni għal dan ix-xogħol.