Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11992 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Party tal-Milied

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11458. Bl-allegazzjoni ta'Lm3 għal kull membru tal-Korp fid-diversi taqsimiet/diviżjonijiet biex jiġi organizzat party tal-Milied, jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-somma totali li se tinħareġ din is-sena? Għal kemm, skond it-tweġiba għall-istess mistoqsija, huwa pprojbit li jsir ġbir ta'flus jew affarijiet oħra, jista' jiżgura li dan ma jsirx u jgħabbi b'inkarigu speċjali lill-uffiċjali għolja tal-Korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Lm3 allokati għal kull membru tal-Korp li jammontaw għal Lm5,445 jinħarġu mill-Police Fund li għalih jikkontribwixxu l-membri tal-Korp. Ninsab infurmat ukoll li diġa` ħarġu struzzjonijiet bil-miktub kontra kull forma ta` ġbir għal dawn il-parties. Huwa d-dover ta` kull uffiċjal li jassigura li ma jkunx hemm abbużi mis-subalterni tiegħu.
Leg 9 PQ #11993 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Projects co-ordinator

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11348, jista' l-Ministru jgħid kemm għandu salarju u allowances is-Sur Silvio Zammit fil-kariga tiegħu fis-segretarjat privat? Jista' l-Ministru jwieġeb liema huma dawk il-proġetti li fil-preżent qed jikkordina s-Sur Zammit?

Response (REFALO, MICHAEL)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija b'risposta għal P.Q. 11063. Dwar it-tieni parti ninforma lill-Onor Interpellant li l-'proġetti' li fil-preżent qed jieħu ħsieb il-persuna msemmija fil-mistoqsija huma kif ġej:- 1) Tmexxija u koordinament tal-'Customer Care Unit' tal-Ministeru; 2) Koordinament ta' attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-media; 3) Relazzjonijiet ma' Kunsilli Lokali rigward tiżjin, dawl fit-toroq u sehem il-Ministeru fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Leg 9 PQ #11342 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — 3-phase meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex 3-phase meters? Kemm ilhom neqsin? Għaliex huma neqsin? Kemm ilhom ordnati? Fl-aħħar tliet xhur ġew ordnati minn dawn il-meters? Kemm waslu minnhom? Minn fejn inxtraw? Fejn twaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 11659.
Leg 9 PQ #11926 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozza mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-risposta li ta l-Ministeru tal-Finanzi lill-Awditur Ġenerali dwar il-mistoqsijiet imqajma fir-Rapport għall-1998 li l-kiri tal-karozza tal-Ministru se tqum Lm25,678 u għaliex ġiet mikrija flok mixtrija?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-riposta li ngħatat lill-Awditur Ġenerali.
Leg 9 PQ #11982 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Bord - Rakkmandazzjonijiet

Question

Issa li għaddew erba' xhur mindu l-Ministru rċieva r-rapport tal-bord ta' l-inkjesta dwar l-eżamijiet organizzati mill-MATSEC bord f'Mejju-Ġunju 1999, jista' jgħid liema huma dawk ir-rakkmandazzjonijiet li se jiġu attwati b'mod immedjat, u dawk li se jiġu implimentati qabel l-eżamijiet li jmiss fi ftit xhur oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Senat ta' l-Universita` u l-Bord tal-MATSEC (li jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-Universita`, tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, u l-Private Schools Association) studjaw is-suġġerimenti magħmula fir-rapport ta' l-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Silvio Meli u ħadu jew ser jieħdu dawn il-passi biex jissaħħaħ l-operat tas-sistema ta' l-eżamijiet għas-sessjoni tas-sena 2000. 1. Għall-parti akkademika, il-Bord tal-MATSEC ser ikompli jinsisti, billi jagħti struzzjonijiet bil-miktub lill- eżaminaturi, bħal ma għamel fi snin oħra, li: a) kull domanda trid tkun tinħadem; b) tingħata 'marking scheme' għal kull domanda; c) jittieħdu l-passi kollha biex ħadd ma jkun jaf bid-domandi minn qabel; d) fil-każ ta' żball, dan ikun irrimedjat mingħajr konsegwenzi għas-sistema edukattiva. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet hemm ipproġettat ukoll li jinżammu numru ta' seminars għall-panels tal-'paper setters' u oħrajn għall-panels tal-'markers' qabel is-sessjonijiet ta' l-eżamijiet tas-sena 2000. Qed jissaħħu ukoll il-kuntatti ma' l-EDEXCEL Foundation ta' Londra biex il-MATSEC Bord ikun f'pożizzjoni li jieħu pariri esperti meta jkun hemm bżonn. Is-suġġeriment ta' 'questions bank' jinħtieġlu studju ddettaljat fil-każ ta' kull suġġett. 2. L-Universita` diġa' ħadet ħsieb biex tissaħħaħ il-parti strutturali tas-sistema billi: a) imliet il-postijiet vakanti ta' Principal Subject Area Officer (Science) u ta' Research and Development Officer; b) qed tistudja s-sostenibilita` ekonomika tas-sistema biex jittieħdu passi ħalli din titjieb; c) fiż-żmien meta jkun hemm konċentrazzjoni kbira ta' xogħol tassenja skrivani oħra biex jissupplimentaw dawn ta' l- Uffiċju tal-MATSEC u b'hekk ix-xogħol isir b'mod iktar effiċjenti u b'serenita`; d) ressqet applikazzjoni quddiem il-Planning Authority għall- bini ta' sular ieħor fuq l-istruttura eżistenti ta' l-Uffiċju tal-MATSEC; e) flimkien mal-Ministeru jiġi studjat kif ikun hemm kordinazzjoni aktar sħiħa bejn il-MATSEC Support Unit u d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet biex tikber l-effiċjenza fl-amministrazzjoni ta' l-eżamijiet.
Leg 9 PQ #11983 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Maria Teresa Nuzzo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdumu ma jittieħdu passi biex bniet li jattendu Skola Maria Teresa Nuzzo mill-Mellieħa ma jibqgħux jittieħdu lejn l-iskola fl-istess karozza ma' subien u joqogħdu wkoll jiddewmu siegħa barra l-iskola qabel jittieħdu lura lejn id-dar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ittieħdu passi biex tfal li jmorru l-iskola Maria Tereza Nuzzo mill-Mellieħa ma jużawx l-istess vettura mas-subien, u kemm il-darba dawn it-tfal jirkbu flimkien il-ħlas tal-vjaġġ ma jsirx. Sar ftehim bejn ix-xufier u l-kap ta' l-iskola biex sakemm tasal il-vettura t-tfal jibqgħu jistennew ġewwa l-iskola minħabba li huwa diffiċli biex issib vettura lejn il-Mellieħa dak il-ħin li tispiċċa l-iskola (2.00pm).
Leg 9 PQ #11984 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kurrikulu Minimu Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jiżgura li l-iskejjel kollha - speċjalment dawk privati u tal-Knisja - ikunu konformi mal-kurrikulu nazzjonali ġdid meta jidher li bħalissa hemm xi skejjel li ma jgħallmux ċerti suġġetti bażiċi, bħal studju soċjali u personal life skills? Il-ħsieb huwa li dawn jidħlu fil-kurrikulu ta' kull skola u jiġu skadati bħala parti mit-time-table? Saru xi laqgħat mal-kapijiet ta' l-iskejjel privati u tal-Knisja dwar l-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali? Jekk fl-affermattiv, jista'l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm saru laqgħat, meta u min attenda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, permezz tad-Dipartiment ta' l-Ippjanar u Żvilupp, jiżguraw li l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jiġi segwit kollu. L-iskejjel kollha jibgħatu l-informazzjoni rilevanti fil-bidu tas-sena skolastika u, fejn ikun hemm diverġenzi mal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, tinġibed l-attenzjoni biex tittieħed azzjoni rimedjali. Jekk l-Onor. Membru jaf b'xi informazzjoni hu mitlub jgħarrafni. Informat ukoll li l-iskejjel privati u tal-Knisja se jkunu huma wkoll membri fuq boards maħtura biex imexxu l-implimentazzjoni tal-kurrikulu.
Leg 9 PQ #11985 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC f'livell ordinarju, intermediate u avanzat? Kemm minn dawn huma subien u kemm bniet? Kemm huma minn skejjel privati u tal-Knisja? Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' studenti li se joqogħdu għal kull suġġett f'kull livell?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjonijiet tas-SEC jagħlqu nhar it-Tlieta 14 ta' Diċembru 1999. Sal-Ħamis 9 ta' Diċembru d-Dipartiment irċieva 8008 applikazzjoni, 7293 kandidati Maltin u 717 ta' kandidati Għawdxin. L-applikazzjonijiet fil-livelli Avvanzat u Intermedjarju jiftħu minn nhar it-Tnejn 3 ta' Jannar 2000 sa nhar il-Ġimgħa 14 ta' Jannar 2000. Għalhekk dettalji dwar in-numru ta' applikazzjonijiet tkun tista' tingħata aktar il-quddiem. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija dawn id-dettalji ikunu jistgħu jingħataw bejn it-tieni ġimgħa ta' Frar meta l-applikazzjonijiet ikunu ipproċessati.
Leg 9 PQ #11986 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11266 dwar in-numru ta' studenti fl-iskejjel? Hekk hemm xi skejjel li għadhom ma bagħtux l-informazzjoni meħtieġa, jista' l-Ministru jgħid liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta. Informat li l-istatistika dwar l-istudenti post-sekondarji għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #11987 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Issa li dalwaqt wasal biex jintemm l-ewwel term ta' l-iskola, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11267 dwar in-numru ta' għalliema fl-iskejjel? Jekk hemm xi skejjel li għadhom ma bagħtux l-informazzjoni, jista' l-Ministru jgħid liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta. L-informazzjoni mogħtija ma tinkludix għalliema jew staff ieħor li jgħallem li bħalissa qegħdin fuq maternity jew paternal leave jew unpaid sick leave. Informat li n-numru ta' għalliema fl-iskejjel tal-Knisja u Privati huwa kif ġej: Skejjel tal-Knisja - 1253 Skejjel Privati - 632
Leg 9 PQ #11975 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Speċjali - Miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-miżuri konkreti li se jittieħdu biex ngħinu studenti żgħażagħ fl-iskejjel speċjali jagħmlu korsijiet transizzjonali bħala tħejjija għal ħajja u għax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Taqsima Edukazzjoni Speċjali għandha għall-ewwel darba għalliema mħarrġa apposta li qed tagħmel ix-xogħol ta' Transition Co-ordinator. Bdiet taħdem mat-Taqsima mill-bidu ta' din is-sena skolastika. S'issa din l-għalliema għamlet il-kuntatti kollha neċessarji mal-kapijiet u l-istaff ta' l-Iskejjel Speċjali, u mal-ġenituri tat-tfal li ġew identifikati u li jistgħu jgawdu minn programm transizzjonali. Saru ukoll laqgħat mal-Kapijiet ta' l-Adult Training Centres u ma' l-Employment and Training Corporation. Ser isiru issa kuntatti ma' l-amministrazzjoni mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali sabiex flimkien jiġu diskussi l-ħtiġijiet kollha li hemm bżonn sew bħala faċilitajiet, nies imħarrġa apposta, apparat speċjali u l-programm ta' transizzjoni nnifsu. It-Taqsima Edukazzjoni Speċjali kif ukoll l-Iskejjel Speċjali ser ikollhom konsultazzjoni kontinwa mal-ġenituri ta' l-istudenti kkonċernati dwar dak kollu li jkun qed isir għall-ġid ta' uliedhom. F'dan il-proċess qed tiġi kkonsultata ukoll il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita`.
Leg 9 PQ #11976 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Negozjati dwar il-privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux lesti n-negozjati dwar il-privatizzazzjoni tal-Kumpannija Kalaxlokk? Tista' xxandar il-konklużjonijiet ta' dawn in-negozjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 11884 waqt is-Seduta numru 201.
Leg 9 PQ #11977 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Nawtika - Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex tiġi riabilitata l-iSkola Nawtika peress li aktar ma tibqa' fl-istat diżastruż li tinsab fih qed tbiegħed minnha studenti prospettivi? Meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm pjan biex l-Iskola Nawtika tiġi riabilitata. Id-data meta ser jibda x-xogħol għadha ma ġietx deċiża.
Leg 9 PQ #11978 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola tal-Hairdressing u Beauty Therapy

Question

Jista' l-Ministru hemm xi pjan biex tiġi żviluppata u mkabbra l-iSkola tal-Hairdressing u Beauty Therapy ta' Tas-Sliema peress li hemm żgħażagħ li qed jitħallew barra milli jsegwu kors f'din l-iskola? Meta se jitwettaq dan il-pjan ta' żvilupp u kemm se jqum u fuq kemm żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar approvat il-pjanti għat-tkabbir kif proposti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, it-Taqsima Bini ta' Skejjel ta' l-istess Diviżjoni ippreparat id-dokumenti ta' l-offerti flimkien mal-pjanti relevanti. Informat ukoll li x-xogħlijiet ta' konkos, ġebel u finitura huma stmati li se jkunu madwar Lm70,000. Ix-xogħlijiet fuq servizzi elettriċi u mekkaniċi huma stmati li se jiswew madwar Lm35,000. Fl-aħħar nett informat li huwa maħsub li dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew f'nofs is-sena 2000 u jieħdu madwar sena, jiġifieri sa Awissu 2001.
Leg 9 PQ #11979 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Servizz Mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni fis-servizz mediku fl-iskejjel? Mindu bdiet is-sena skolastika, fiex kienet tikkonsisti fid-dettal il-ħidma ta' dan is-servizz?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li: 1. Is-servizz mediku fl-iskejjel jikkonsisti; * Sitt tobba li jaħdmu fl-iskejjel; * Disa' infermieri li jaħdmu fl-iskejjel; * Tabiba li tiddiriġihom; * Infermiera li tikkoordina xogħlhom. Mindu bdiet is-sena skolastika fis-27 ta' Settembru 1999, il-ħidma tagħhom kienet: * Visti ta' rutina lit-tfal ta' l-ewwel, it-tielet u s-sitt sena fl-iskejjel ta' l-Istat u tal-Knisja; * Visti ta' rutina tat-tfal li għandhom jibdew il-kindergarten f'Jannar 2000; * Iċċekkjar tax-xagħar tat-tfal meta mitlubin biex jagħmlu hekk mill-iskejjel; * Tilqim ta' Hepatitis B, MMR u influwenza. 2. Is-servizz mediku ta' l-Edukazzjoni jikkonsisti f'tabib u Assistenta tas-Saħħa. Mindu bdiet is-sena skolastika 1999, il-ħidma tagħhom kienet: * Servizz ta' pariri mediċi lill-Head Office u s-sezzjonijiet (17-il każ), lill-iskejjel (27 każ) u lil persuni li qegħdin barra mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (7 każi); * Wieħed u għoxrin taħdita lill-għalliema; * Sittax-il viżta lill-iskejel ta'l-Istat; * Kontinwazzjoni tal-koordinament tat-tilqim kontra l-Hepatitis B lill-istaff ta' l-iskejjel speċjali, u tat-testijiet tad-demm li jsiru wara t-tilqim; * Programm organizzat ta' ċċekkjar tar-ras tat-tfal kollha (1408) ta' l-iskejjel primarji ta' l-Istat. 3. L-infermiera residenti fl-iskejjel speċjali huma sitta f'Malta u waħda f'Għawdex. Dawn jieħdu ħsieb id-diversi bżonnijiet tat-tfal bi bżonnijiet speċjali u jgħinu lit-tobba fil-viżti tagħhom. 4. Servizz ieħor f'Għawdex jikkonsisti f'tabib u infermiera. Mill-bidu ta' din is-sena skolastika l-ħidma tagħhom kienet: * Kontinwazzjoni ta' l-eżamijiet fiżiċi ta' rutina lit-tfal li bdew il-kindergarten ta' l-Istat u tal-Knisja; * Tilqim ta' Hepititis B, DDT pol, MMR u BCG.
Leg 9 PQ #11981 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Social Work - Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet (anke jekk jingħatawli b'mod kunfidenzjali) li wasslu lill-Universita' biex iċċaħħad żewġ persuni mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin biex isegwu kors degree fil-qasam tas-social work?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sabiex persuna tkun tista' tiġi reġistrata bħala student fil-kors tal-B.A.(Hons.) Social Work għandha bżonn tissodisfa r-regolamenti ta' l-istess kors. Fost dawn hemm regolament numru 4 li jgħid li kandidat jista' jkun reġistrat fil-kors jekk: a) ikun eliġibbli għad-dħul fl-Universita` bħala student regolari skond it-termini ta' l-Admission Regulations ta' l-Universita`; u b) jissodisfa lill-Bord ta' Intervisti maħtur apposta għal dan il-għan li huwa għandu l-ħajra li jsegwi dan il-kors. L-istess regolament ikompli jgħid li għalkemm ir-rekwisiti hawn fuq imsemmija huma r-regola, fil-każ ta' gradwati mill-Universita` u wkoll persuni ta' aktar minn 23 sena li l-Bord hawn fuq imsemmi jidhirlu li l-kwalifiki tagħhom huma suffiċjenti, jistgħu jkunu eżenti mill-istess rekwiżiti ħlief għar-rekwiżit ta' l-intervista mill-Bord. Informat li ż-żewġ applikanti msemmija naqsu li jissudisfaw dan ir-rekwiżit ta' l-intervista mill-Bord.
Leg 9 PQ #11954 Sitting 209 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali ta' l-ispejjeż tat-trasport minn Novembru 1998 sa Novembru 1999 fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt il-ministeru? Mil-liema voti differenti ttieħdu l-flus biex tiġi koperta n-nefqa totali? Tista' tagħti l-ammonti differenti minn voti differenti? X'passi qed jittieħdu biex ma jkunx hemm ħela f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biex jinġabar it-tagħrif kollu, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

San Vinċenz de Paule — Pensjoni ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jdaħħal il-gvern matul is-sena 2000 mill-miżura mħabbra li mill-1 ta' Jannar, 2000 il-gvern se jibda jżomm 60% tal-pensjoni ta' l-anzjani residenti f'San Vinċenz de Paule? L-istess miżura hi maħsuba li tibda sseħħ fi djar ta' l-anzjani u sptarijiet oħra tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern ma jdaħħal xejn mill-persentaġġ tal-pensjoni għaliex dawn il-fondi jidħlu fil-fond amministrat mill-Welfare Committee skond il-liġi u jintużaw fl-interess esklussiv ta' l-istess anzjani. Fid-djar ta' l-anzjani r-residenti ilhom is-snin iħallsu 60% tal-pensjoni. L-isptarijiet oħra tal-Gvern huma b'xejn.
Leg 9 PQ #11956 Sitting 209 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Valletta/Furjana — Skulturi tal-bronz

Question

Minħabba s-sitwazzjoni ħażina li jinsabu fihom skulturi tal-bronz f'postijiet pubbliċi fil-Belt u fil-Furjana, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ir-restawr meħtieġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-pożizzjoni s'issa hi li l-manutenzjoni tal-monumenti pubbliċi fil-Belt u l-Furjana m'humiex responsabbilita` diretta tad-Dipartiment tal-Mużewijiet, imma tar-Restoration Unit tal-Works Division u tal-Valletta Rehabilitation Committee. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet jirritjeni skond ir-regolamenti għall-Ħarsien ta' Antikitajiet, is-Soprintendenza ta' din il-kura, billi kull entita` attiva f'dan il-kamp obbligata tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Mużewijiet qabel kull intervent jew restawr. L-istess Dipartiment diġa' ta parir tiegħu dwar il-kura meħtieġa għall-monumenti pubbliċi tal-bronz li jinsabu fil-Belt.
Leg 9 PQ #11957 Sitting 209 1999-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Venezja — Esebiti lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom l-esibiti lokali fil-Biennale ta' Venezja? Meta se jinġiebu lura u kemm se tqum din l-operazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-esibiti li nbagħtu għall-Biennale ta' Venezja huma propjeta` ta' l-artisti li f'din il-Biennale irrappreżentaw lil pajjiżna. Dawn l-esibiti bħalissa qegħdin fil-fażi li jiġu ippakkjati u jintbagħtu lura Malta. Huwa stmat li din l-operazzjoni tqum xi ftit inqas min Lm2000 inkluża l-insurance u xi ispejjeż anċillari oħra. Figura aktar preċiża tkun magħrufa fil-ġimgħatejn li ġejjin.