Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11934 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet kulturali — Kontribuzzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għaqdiet kulturali li matul l-1999 ngħataw xi kontribuzzjoni finanzjarja mill-ministeru? Liema kienu u kemm ingħataw f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minbarra dawk l-entitajiet governattivi msemmija fl-Estimi Ġenerali dawn l-organizzazzjonijiet kulturali ngħataw għajnuna finanzjarja mid-Dipartiment tal-Kultura fl-1999 fl-ammont kif se nsemmi: LM Banda San Ġorġ - Bormla 200 Kunsill Lokali Żebbuġ 200 The Malta Cultural Institute 350 Holy Trinity Band Club - Marsa 100 Euro Institute of Music and Arts 300 Għaqda Letterarja Maltija 50 Malta Photographic Society 200 Soċjeta` Filarmonika Sliema 200 King's Own Band Club 200 Soċjeta` Santa Marija - Banda Re Ġorġ V - Mqabba 200 Kumitat Festa Kristu Re - Paola 100 Għaqda Każini tal-Banda 100 Għaqda Dilettanti Mudelli tal-Knejjes 100 Banda Sant' Antnin - B'Kara 200 European Piano Teachers Association 200 Soċjeta` Mużikali San Lawrenz - Vittoriosa 200 Malta Society of Arts, Commerce & Manufacture 500 Teatru Jien u l-Oħrajn 565 Kumitat Festi Esterni Parroċċa Madonna ta' Lourdes - Paola 300 Kunsill Lokali Xagħra 300 Stella Maris College Choir 200 Kumpannija Teatrali Talent Żebbuġi 300 Mafkar ta' Francis Ebejer - Dingli 350 Ms Joan Schranz - Sponshorship 90 Actel Ltd - Sponsorship - Down Syndrome 1000 Merlin Library Ltd - Sponsor International Year of Older Persons 100 John Bonniċi & Andrew Bugeja - Concert 180 Richmond Fellowship of Malta - Concert 1225.5 Hamilton Travel Co. - Cultural Tour 735 A.I.E.S.E.C. - Global Theme Conference Sponsor 920 Hamilton Travel Co. - Cultural Tour 1265 National Student Travel - Mini-European Assembly 3000 Sasha Rosen - Sponsorship - US/ICOMOS 1604 Ms Francesca Abela Tranter - Sponsorship 2000 Mr Lono Zahra - Sponsorship 200 Zurrieq FC - Sponsorship - Gym Project 2000 Malta Medical Students Association - Sponsorship - Exchange Officers Meeting 2500 Mr Francis Stivala - Sponsorship - European Youth Parliament 2250 Mr Joseph Chetcuti - Sponsorship - Poster Calendar 400 Ta' min isemmi wkoll li t-Teatru Manoel jissussidja lill-Kumpaniji tad-Drama permezz ta' rati mhux kummerċjali għal kiri tat-teatru.
Leg 9 PQ #12189 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teknoloġija dentali — Board of studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-board of studies tat-teknoloġija dentali u kemm-il darba ltaqa' fis-snin 1997, 1998 u 1999? Min jagħżel il-membri fuq il-board of studies? Fuq liema kriterji kienu jintgħażlu il-membri? Fuq liema kriterji kien jintgħażel iċ-Chairman? Qabel ix-xahar ta' Novembru, 1999 meta kienet l-aħħar darba li ltaqa' dan il-board of studies u min kienu l-membri preżenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ta' l-Institute of Health Care ta' l-Universita` ħatar Board of Studies sabiex jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jibda kors tat-Teknoloġija Dentali. Il-Board of Studies bagħat ir-rapport tiegħu fit-18 ta' Ġunju 1997. Il-Board of Studies kien jikkonsisti fid-Dekan tal-Fakulta` tal-Kirurġija Dentali (Professur J.M. Portelli), is-Senior Dental Teknologist ta' l-Universita` (is-Sur J. Zarb) u l-Principal Dental Technologist tad-Dipartiment tas-Saħħa (J. Salamone Reynaud). Dwar ir-raġuni għaliex il-kors ma fetaħx nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 10250.
Leg 9 PQ #12181 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Estimi Supplimentari — Vot 24, item 5488

Question

B'riferenza għal Vot 24 line item 5488 ta' l-estimi supplimentari, x'kienet l-"unforeseen increase in the costs of the National Swimming Pool, Complex" li rrikjediet nefqa addizzjonali ta' Lm19,000? Fiex intnefqet is-somma ta' Lm99,000 mill-Pixxina Nazzjonali tul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa addizzjonali li għaliha hemm riferenza fl-ewwel parti tal-Mistoqsija kienet dovuta għas-somma ta' kumpens lill-ex Operations Manager tal-Pixxina Nazzjonali. Audited Accounts tat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali għas-sena 1999 li għadha kemm skadiet mistennija li jkunu disponibbli fi ftit żmien ieħor.
Leg 9 PQ #12184 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors ta' l-arkitettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-kors universitarju ta' l-Arkitettura li weħlu fl-eżamijiet tagħhom? F'liema sena? Kemm minn dawn l-istudenti għamlu resits? Kemm għaddew u kemm weħlu minn dawn ir-resits? Kemm talbu revision of paper wara r-resits? Kemm għaddew wara r-revision of paper? Meta ħareġ ir-riżultat tar-revision of papers? Tista' f'kull każ tagħti l-isem ta' l-istudenti involuti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-ewwel sena fil-kors ta' l-arkitettura kien hemm 44 student. Wara l-eżamijiet ta' Ġunju kien hemm għaxar (10) studenti li ġew promossi għat-tieni sena, erba (4) studenti li weħlu minn iktar minn erba' suġġetti, u skond ir-regolamenti tal-Fakulta`, dawn ġew mitluba jirrepetu s-sena. Kien hemm student li ntalab jirriżenja mill-kors, għax weħel minn iżjed minn erba' suġġetti u kien diġa' rrepeta s-sena; dan talab revision of paper u r-riżultat, li kien fin-negattiv, ġie kkomunikat lilu verbalment fil-bidu ta' Settembru. Kien hemm disa' u għoxrin (29) student li kellhom re-sits f'Settembru, u minn dawn tlieta u għoxrin (23) ġew promossi wara li għaddew mill-eżamijiet tagħhom; student ieħor ġie promoss wara appell li għamel biex jiġi rivedut ir-riżultat tiegħu. Erba' (4) studenti ġew mitluba jirrepetu s-sena, u student ieħor ġie mitlub jirriżenja mill-kors minħabba li baqa' ma għaddiex mill-eżamijiet tiegħu u kien diġa' rrepeta s-sena. Wieħed mill-erba' studenti talab reviżjoni tal-karta iżda r-riżultat ma tbiddilx. Dan ir-riżultat ħareġ fis- 26 ta' Novembru 1999. Informat ukoll li fit-tieni sena tal-kors, kien hemm ħamsa u għoxrin (25) student, li minnhom tnax (12) ġew promossi wara l-eżamijiet ta' Ġunju, tnax (12) oħra ġew mitluba joqgħodu għal re-sits f'Settembru u student ieħor ġie mitlub jirriżenja għax weħel minn iktar minn erba' suġġetti u kien diġa' rrepeta s-sena. Wara l-eżamijiet ta' Settembru, ħdax (11)-il student ġew promossi; l-istudent l-ieħor talab revision of paper u wara li l-Bord ta' l-Eżaminaturi flimkien ma' eżaminatur ieħor irrakomandaw li għandu jgħaddi mill-eżami, ġie promoss ukoll. Dan ir-riżultat ħareġ fil-15 ta' Diċembru 1999. Fit-tielet sena tal-kors, kien hemm disgħa u għoxrin (29) student; wara l-eżamijiet ta' Ġunju, ħmistax (15) ġew promossi, u l-erbatax (14) l-oħra intalbu jagħmlu xi resits. Wara l-eżamijiet ta' Settembru, dawn kollha għaddew mill-eżamijiet tagħhom u ġew promossi. Fir-raba' sena kien hemm erbgħa u tletin (34) student li kollha għaddew mill-eżamijiet ta' Ġunju u ġew promossi. Ma kien hemm ħadd li kellu resit f'Settembru. Fil-ħames sena kien hemm disgħa u tletin (39) student. Minn dawn kien hemm student li ngħata special session f'Settembru minħabba raġunijiet ta' mard, fejn ippreżenta t-teżi b'suċċess. Kien hemm student ieħor li t-teżi tiegħu ma ntlaqgħetx f'Ġunju, ġie mitlub jerġa' jippreżentaha f'Settembru, u wara li ġiet approvata, ingħata l-grad ta' perit mingħajr unuri. Informat li bħal f'kull universita` serja oħra, ir-rekords akkademiċi ta' l-istudenti huma kunfidenzjali u għalhekk mhix prattika li l-Universita` tagħmel pubblika l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #12185 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti differenti li qed jiġu kkonsidrati meta jingħalaq il-Magħtab? Meta huwa maħsub li jibda jintuża s-sit differenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Diskussjonijiet fuq dan is-suġġett qegħdin isiru ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u meta dawn jiġu ffinalizzati nkun nista' nagħti aktar informazzjoni.
Leg 9 PQ #12186 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors fl-Arkitettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament qed jitħalla jkompli l-kors universitarju fl-Arkitettura meta weħel fl-eżamijiet biex mit-tieni sena jgħaddi għat-tielet sena? Min ħa d-deċiżjoni biex ikun jista' jkompli t-tielet sena? Fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni? Meta ttieħdet id-deċiżjoni? Ir-reġistrar ta' l-Universita' kien involut fid-deċiżjoni? B'liema mod?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudent indikat mill-Onor. Membru għadda mill-eżamijiet kollha (f'wieħed mis-suġġetti għadda wara li talab reviżjoni tal-karta u l-Bord ta' l-Eżaminaturi, flimkien ma' l-eżaminatur addizzjonali, qabel li l-istudent kellu jgħaddi). Informat li b'hekk kellu dritt ikompli t-tielet sena skond ir-regolamenti tal-kors peress li għadda mill-eżamijiet kollha. Informat li r-Reġistratur ta' l-Universita` b'ebda mod ma kien involut fid-deċiżjoni.
Leg 9 PQ #12187 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imħejji mid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar l-assenteiżmu fost l-istudenti tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport imħejji mit-Taqsima tal-Welfare fid-Dipartiment għas-Servizz ta' l-Istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kellu l-għan li jgħin lit-Taqsima tal-Welfare u lill-iskejjel konċernati jidentifikaw il-problema u l-kawżi ta' l-assenteiżmu bil-għan li jittieħdu l-passi meħtieġa kemm mit-Taqsima tal-Welfare kif ukoll mill-iskejjel biex il-problema tonqos kemm jista' jkun. Ġejt mogħti l-parir li, minħabba li r-rapport fih data u informazzjoni dwar skejjel partikulari, ma għandix inpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, iżda lest li b'mod konfidenzjali ngħaddi kopja tar-rapport lill-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #12188 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Matul din is-sena skolastika x'miżuri konkreti ttieħdu dwar l-assenteiżmu ta' l-istudenti li huwa problema serjissima f'għadd ta' skejjel sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena skolastika s-Sezzjoni tal-Welfare fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq numru ta' skejjel sekondarji partikolari fejn il-problema ta' l-assenteiżmu hija sinifikanti. Is-Social Workers qegħdin jaħdmu mal-ġenituri u l-familji, staff ta' l-iskejjel u professjonisti oħrajn biex isibu l-kawżi speċifiċi ta' l-assenteiżmu u b'hekk inaqqsu l-assenteiżmu f'dawn l-iskejjel.

Mellieħa — Toroq

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk hux se tintlaqa' t-talba tal-kunsill lokali tal-Mellieħa biex it-triq li minn ħdejn il-kumpless ta' Ħal Ferh u li twassal sal-Manikata u li tintuża mill-karozzi tal-linja tiġi rranġata sew mid-Diaprtiment tat-Toroq? Jikkunsidra li jekk din it-talba ma tintlaqax il-kunsill ikollu jagħmel din it-triq u hekk ikollu ferm inqas x'jonfoq mill-Lm40,000 li għandu għat-toroq u l-bankini tal-Manikata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ilu għal diversi snin jaħdem mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fir-rigward ta` din it-triq u xogħol fiha ikun jista jsir skond programm ta` prijoritajiet li qiegħed jitħejja mill-konsulenti Ġermaniżi għal `link roads` ta` dan it-tip.
Leg 9 PQ #12028 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk hux se jkun lest kollu l-bini ta' San Ġakbu l-Kavallier biex jiġi miftuh iċ-Ċentru ta' l-Arti għall-Millennju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol fil-bini ta' San Ġakbu Kavallier ser ikun fi stat li ċ-Ċentru ta' l-Arti jkun inawgurat fl-aħħar tas-sena fil-bidu tal-millennju l-ġdid.
Leg 9 PQ #11996 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Greenpeace

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Ministeru dwar ir-riżultati allarmanti ta' livell ta' diossina fil-Magħtab li joħorġu mill-istudji li għamel il-grupp Greenpeace?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif intqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11386 il-Pjan għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart, li għandu jiġi ppubblikat, se jinkludi l-proposti konkreti biex titranġa s-sitwazzjoni tar-rimi ta' l-iskart fil-Magħtab.
Leg 9 PQ #11997 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Professur Richard Denarco

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet ingħata s'issa l-Professur Richard Demarco għax-xogħol tiegħu mal-Ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Mill-Ministeru tiegħi s'issa ma sar ebda ħlas lill-Prof. Richard Demarco għas-servizzi tiegħu peress li r-relazzjoni tiegħu hija ta' konsulent ma' l-iSteering Committee responsabbli mill-bini taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti li jaqa' fi ħdan il-Ministeru ta' l-Ambjent u li fuqu jiena membru.
Leg 9 PQ #12016 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Kors tas-Social Work

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex, kif kien jiġri snin oħra, persuni fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jinxtrawlhom il-kotba u jiġu mgħejjuna anke fil-miżati ta' l-eżamijiet biex ikomplu jistudjaw? X'sar min-naħa tal-faċilita' biex tappoġġja lil dawk li applikaw biex jagħmlu kors tas-social work fl-Universita'?

Response (BORG, TONIO)

Meta jkun hemm il-bżonn ta` xi kotba biex jintużaw minn priġunieri li jkunu qegħdin jistudjaw, dawn jinxtraw mill-Faċilita` u jitpoġġew fl-Educational Unit. Fir-rigward ta` priġunieri li jkunu ser jagħmlu eżamijiet tal-MATSEC ninsab infurmat li dawn huma eżentati mill-ħlas dovut lill-Universita`. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-awtoritajiet tal-Ħabs kienu lesti biex jagħtu l-għajnuna u l-faċilitajiet kollha neċessarji liż-żewġ priġunieri li applikaw biex jattendu kors fl-Universita`. Saħansitra kienu anke ingħataw l-opportunita` li jattendu għall-Interviews li saru in konnessjoni ma` dan il-kors, pero` dawn iż-żewġ priġunieri ma ġewx aċċettati mill-Universita`.
Leg 9 PQ #12024 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola E.F. Attard - Kunsill skolastiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni wara l-memorandum bid-data 9 ta' Lulju 1999 mibgħuta mill-president tal-kunsill skolastiku E.F. Attard dwar it-tmexxija ta' l-iskola primarja B?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Direttorat ta' l-Ippjanar u Żvilupp innota l-memorandum imsemmi u intervjena fil-kwestjoni u qed ikompli jsegwiha.

Kunsilli lokali — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministru biex jgħin isolvu l-problemi li qed isibu ma' wiċċhom il-kunsilli lokali li meta jiġu biex jiksu t-toroq fejn hemm bżonn jinbidlu l-mains u l-house connections qed isibu lill-Water Services Corporation tgħid li mhux se tbiddilhom għax m'għandhiex flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma li l-Onor. Interpellant illi fil-prezent qed isir esercizzju komprensiv mid-Dipartiment tat-toroq biex jigu determinati l-prijoritajiet li ghandhom l-`players` kollha li ghandhom x`jaqsmu ma tiswijiet fit-toroq u fosthom il-Kunsilli Lokali u l-WSC. Jien infurmat li meta dan l-esercizzju jispicca jkun jista jsir tqabbil tal-prioritajiet differenti ezistenti u l-problema msemmija mill-Onor. Interpellant tigi meghluba.
Leg 9 PQ #12026 Sitting 213 1999-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet differenti f'Malta u f'Għawdex fejn il-Water Services Corporation iddeċidiet li ma tidħolx għall-ispiżi li tibdel il-mains u l-house connections għax m'għandhiex finanzi? Kif se tissolva l-problema li hemm ma' diversi kunsilli għax dawn ma jistgħux jibdew il-programm tat-trooq peress li ma jridux jagħtu kisi ġdid fuq mains u connections qodma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-premessa li fuqha l-Onor Interpellant ibbaza` l-mistoqsija tieghu mhix korretta. Sa ftit zmien ilu l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma kienet qed tibdel a spejjez taghha mains ta` l-ilma li jkunu qodma (ta` materjal li mhux ductile steel) kull fejn il-Kunsilli Lokali jkollhom xogholijiet ta` resurfacing ta` toroq. Fil-prattika dan kien wassal biex il-Korporazzjoni sabet ruhha f`pozizzjoni ta` open ended financial committment, sitwazzjoni li mhix sostenibbli. Barra minn hekk it-toroq li fihom kien isir ix-xoghol kien skond il-prioritajiet tal-Kunsilli Lokali u mhux skond il-prioritajiet tal-Korporazzjoni. Dan wassal biex il-Korporazzjoni kienet qed tbiddel mains ta` l-ilma li setghu jibqghu jkunu wzati ghal hafna snin ohra filwaqt li kellha tnaqqas ix-xoghol ta` bdil tal-mains fejn hemm il-htiega li jsir biex il-konsumaturi jinghataw servizz ta` l-ilma ahjar jew u ghal kontroll ta` leakages. Ghaldaqstant gie deciz li l-Kunsilli Lokali jkunu nformati liema toroq fil-lokalita` taghhom fihom mains li l-Korporazzjoni qed tiprogramma li tibdel biex jekk ikun possibli dawn idahhlu dawn it-toroq fil-programm tar-resurfacing. F`dawn il-kazi l-Korporazzjoni taghmel dan il-bdil ta` mains a karigu taghha u lesta tghaddi l-valur tax-xoghol ta` reinstatement lill-Kunsilli Lokali jekk dawn jiddeciedu li jsir ir-resurfacing tat-triq kollha. Fil-kaz ta` toroq fejn il-Kunsilli Lokali jridu jaghmlu xoghol ta` resurfacing u l-mains m`ghandhomx ghalfejn jinbidlu ghalissa, l-Korporazzjoni lesta taghti l-materjal (kanen ecc) ghal mains godda izda x-xoghol irid ihallas ghalih il-Kunsill Lokali bhala parti mill-ispiza tal-progett. Din il-policy tghodd ghal-lokalitajiet kollha u l-unici eccezzjonijiet saru f`kazi fejn il-Korporazzjoni kienet diga kkommettiet ruhha bil-miktub li se taghmel ix-xoghol qabel ma thabbret din il-policy.
Leg 9 PQ #11988 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Knisja - Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 10744 dwar warrants ta' għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni li ingħatatli ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #11990 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — PC Lawrence Gabriel

Question

Issa li għaddew diversi ġimgħat mill-każ tat-towing tal-vettura ta' PC Lawrence Gabriel f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet tiegħi ġietx konkluża (Ara mistoqsija parlamentari numru 11240)? Min qed imexxi l-investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-investigazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet konkluża u ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-kuntistabbli nvolut.
Leg 9 PQ #11991 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni maħruba

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11823. Jista' f'kull każ imsemmi jgħid minn fejn ħarbu t-tmien barranin minn taħt il-kustodju tal-pulizija? Ittieħdu xi passi kontra xi membri tal-Korp tal-Pulizija dwar dan il-ħrib? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.