Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13114 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Community Council

Question

Jista' l-Ministru jilqa' t-talba li għamillu l-Maltese Community Council of NSW Inc. permezz ta' ittra bid-data tat-22 ta' Settembru, 1999 biex jingħataw għajnuna ta' kotba, dizzjunarji u materjal edukattiv ieħor li huma indispensabbli għalihom għal programmi edukattivi li għandhom biex ixerrdu t-tagħlim u l-kultura Maltija? Meta se jilqa' din it-talba? X'għajnuna se tintbagħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Vetturi — Ħsarat minħabba toroq ħżiena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan min-naħa tal-gvern biex jipprovdi fondi biex jikkumpensa lil dawk li tiġrilhom ħsara fil-vettura minħabba ħofor, tħarbit fit-toroq? Kemm se jonfoq il-gvern fuq dan il-kumpens? Fuq liema kriterji se jiġi deċiż l-ammont ta' kumpens?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum m`hemmx fondi partikolari għal ħlasijiet bħal dawn. Sadanittant biex tkun iċċarata l-interpretazzjoni li ngħatat f`ġurnal lokali dwar dan is-suġġett qed inpoġġi kopja tad-domandi u tar-risposti li ngħataw.
Leg 9 PQ #13130 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Ġiorni — Triq Lapsi - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li hemm pressjoni baxxa ta' l-ilma għal dawk li jgħixu fi Triq Lapsi, f'Ta' Ġiorni? X'passi qed jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-pressa ta` l-ilma fit-triq imsemmija hija adekwata.
Leg 9 PQ #13132 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dizzjunarju ta' Aquilina — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi problemi min-naħa tal-ministeru biex ikompli jappoġġja b'mod finanzjarju l-proġett tad-dizzjunarju ta' Aquilina? X'inhuma dawn il-problemi? Possibbli ma jistgħux jiġu solvuti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma tirriżultali ebda problema.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tingħata l-pensjoni l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, peress li ilu li talbitha mis-7 ta' Settembru, 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi 'l-persuna minnu ndikata ser tirċievi dak kollu dovut lilha bħala pensjoni b'ċekk datat 5 ta' Frar 2000. Irid inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata b'dan bil-miktub.
Leg 9 PQ #13134 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Wegħdi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-wegħdi li saru mit-tmexxija tal-Maltacom biex iħeġġu mpjegati jirtiraw kmieni liema wegħdi, fost affarijiet oħra, kienu jinkludu 14-il ġimgħa paga ħlas għal kull sena u ishma fil-Maltacom? Meta se jitwettqu dawn il-wegħdi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12661 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Deck hands

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati bħala deck hands fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm saru korsijiet tal-First Aid u/jew tal-life saving mindu infetħet? Meta sar kull kors u/jew refresher course? Meta hu maħseb li jsir kors ġdid/refresher course?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent il-Pixxina Nazzjonali timpjega tliet persuni bħala Aquatic Facility Operators li jinkludi doveri ta' deckhands. Fl-1996 ġew organizzati żewġ korsijiet: wieħed fil-Life Saving mill-Forz Armati ta' Malta (FAWM) u ieħor fil-First Aid minn St John's Ambulance Brigade. Fl-1998 l-impjegati kollha tal-pool temmew b'suċċess kors fil-Basic Sea Rescue and Life Support - Part I li sar minn S & R Club f'isem ir-Royal Life Saving Institute. Informat ukoll li kors ieħor fit-taħriġ ta' Life Guard ser jiġi organizzat fix-xahar li ġej (Frar). Dan huwa aktar minn refresher course u jittratta techniques ta' life saving u first aid aktar avvanzati. Dan il-kors iwassal għal Ċertifikat rikonoxxut internazzjonalment.
Leg 9 PQ #13003 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li se joqogħdu għal eżamijiet fil-livelli avvanzati u intermedjarji li l-applikazzjonijiet għalihom għalqu fl-14 ta' Jannar, 2000? Liema huma s-suġġetti li applikaw għalihom? Kemm mill-istudenti huma mill-iskejjel privati u tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata lejn l-aħħar ta' Frar 2000 meta jkun finalizzat l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet fil-livelli avvanzati u intermedjarji għall-eżamijiet ta' Mejju 2000.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (i) x'inhu n-numru ta' persuni li bħalissa qed jirreġistraw għal xogħol part-time minbarra x-xogħol prinċipali tagħhom? (ii) Kemm hemm nies li m'għandhomx xogħol prinċipali iżda huma reġistrati bħala ħaddiema part-time? (iii) Fil-każ ta' (ii) kemm minnhom huma reġistrati bħala għalliema part-time? (iv) Fil-każ ta' (i), (ii) u (iii) kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

(i) Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma għandha l-ebda Reġistru għal dawk li qed iffittxu xogħol part-time. (ii) F'Diċembru 1999 kien hemm 10,149 mara u 6,826 raġel (Total ta' 16,975) li x-xogħol prinċipali tagħhom hu ta' ħaddiema part-time. (iii) Iċ-cifri mogħtija f'(ii) hemm inklużi 943 mara u 387 raġel, total ta' 1330 persuna li jaħdmu bħala għalliema part-time.
Leg 9 PQ #13005 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-somma totali li daħħal il-gvern matul l-1999 mill-ġbir tal-VAT? Jista' jagħti l-figuri kif inġabru xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm matul l-1999 ittieħdu passi kontra persuni għaqdiet talli ma għaddewx dak li ġabru mill-VAT lid-dipartiment? X'kienet is-somma totali nvoluta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mill-ġbir tal-VAT matul l-1999 kien kif jidher fit-tabella mahmuża u mmarkata Dokument A. Matul l-istess sena, d-Dipartiment ħa passi bil-Qorti Ċivili kontra 140 persuna reġistrata permezz ta` 228 Ittri Uffiċċjali, 109 Mandat ta` Sekwestru u 31 Mandat ta` Qbid. Is-somma totali tat-taxxa nvoluta f`dawn il-każi kienet ta`
Leg 9 PQ #13006 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Spetturi - Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xahar ta' Diċembru, 1999 u speċjalment matul il-festi tal-Milied, kif ukoll matul l-ewwel 15-il jum ta' dan ix-xahar, jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispetturi tal-VAT f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet? Jista' jgħid kemm inqabdu sidien li żammew il-flus iżda ma tawx irċevuta fiskali? Kemm inqabdu sidien li ma kellhomx cash register qed jopera u b'hekk ma ħarġux irċevuti fiskali? Kemm kienu dawk il-persuni li ħarġu minn stabbilimenti u ma kellhomx irċevuta fiskali għalkemm din inħarġet? X'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` spezzjonijiet li saru mill-Ispetturi tal-VAT f`Malta u f`Għawdex lokal lokal matul Diċembru 1999 u fl-ewwel nofs ta u mmarkata Dokument A. In-numru ta` operaturi tan-negozju li nqabdu ma jagħtux irċevuti fiskali kien 147. In-numru ta` dawk li nqabdu ma kellhomx cash register qed jopera u li ma ħarġux irċevuti fiskali kien 11. Rigward in-numru ta` persuni li ħarġu minn stabbilimenti u ma kellhomx irċevuti fiskali għalkemm din tkun inħarġet, mhix il-prattika tad-Dipartiment li jżomm statistika dwar dan. L-operaturi tan-negozju li nqabdu jagħmlu dawn ir-reati qed jiġu avżati mid-Dipartiment biex fi żmien sebat ijiem minn meta jirċievu l-avviż iħallsu multa ta` kompromess ta` ħamsin lira (Lm50) fil-każ ta` l-ewwel reat, mitt lira (Lm100) fil-każ tat-tieni reat u mitejn lira (Lm200) fil-każ tat-tielet reat inkella jittieħdu passi kriminali kontra tagħhom bil-Qorti.
Leg 9 PQ #13007 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 1999, kemm-il membru tal-korp tal-Pulizija talab estensjoni ta' żmien biex jkun jista' jkompli wara s-sittin (60) sena? Ta' liema rank kienu? Kemm-il applikazzjoni intlaqgħet? Kemm huwa stmat li se jispiċċaw bl-eta' mill-korp matul din is-sena finanzjarja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Jannar 1999, kien hemm 4 membri tal-Korp tal-Pulizija li talbu estensjoni ta` żmien biex ikunu jistgħu jkomplu s-servizz wara l-eta` ta` 60 sena. Dawn it-talbiet saru minn surġent maġġur u tlett kuntistabbli u minn dawn, talba waħda ġiet milqugħa. Ninsab infurmat ukoll li matul is-sena 2000 hemm 8 membri tal-Korp li ser jagħlqu l-eta` ta` 60 sena.
Leg 9 PQ #13024 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tifel bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament, li għandu sebgħa snin u nofs mir-Rabat, Malta, għadu sal-lum ma bediex jattendi skola, tifel li għandu bżonn iżjed u iżjed l-iskola għax għandu bżonnijiet speċjali? Meta se jkun jista' jibda jattendi l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ġenituri tiegħu ma jridux jaċċettaw li t-tifel ikollu shared help ma studenta oħra, u dan skond ir-rapport ta' l-Istatementing Board (STM 136/98 tad-9 ta' April 1999). Għaldaqstant it-tifel jista' jibda jattendi l-iskola meta l-ġenituri tiegħu jiddeċiedu li jibgħatuh. L-Uffiċċjali responsabbli qed isegwu l-każ.
Leg 9 PQ #12917 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministru ta' l-Edukazzjoni — Żjarat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar iż-żjarat frekwenti li qed isiru mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lejn Strasbourg u Brussels? Kemm saru żjarat lejn dawn l-ibliet minn uffiċjali (diretturi, Ass/diretturi, EOs) mid-Diparitmenti tal-Planning & Development u mill-Operations (separatament) mill-1 ta' Jannar sa l-aħħr ta' Diċembru 1999? X'kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat? Ġew ippreżentati rapporti wara kull żjara, jekk iva, lil min ġew preżentati? Kemm kien it-tul medju ta' dawn iż-żjarat? Kien hemm individwi li marru aktar minn darba fil-perjodu msemmi, jekk iva, kemm kienu dawn l-individwi u minn liema dipartiment? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn iż-żjarat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Direttur, Planning and Development, fir-rwol tiegħu ta' EU Desk Officer fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni siefer ħames darbiet fuq xogħol fi Brussels. It-tul medju ta' dawn iż-żjarat kien ta' 3.2 ġranet kull żjara. Tlieta minn dawn iż-żjarat kienu konnessi ma' l-iscreening exercise u d-darbtejn l-oħra biex isiru diskussjonijiet u familjarizzazzjoni ma' aġenziji ta' l-EU. Fl-aħħarnett informat ukoll li l-ispiża totali kienet Lm1747. Wara kull żjara sar rapport bil-miktub.
Leg 9 PQ #12998 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjoni tal-kataretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-operazzjoni tal-katarretti fl-għajn il-leminija tal-pazjent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li qed ibati ħafna fil-kondizzjoni preżenti tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pazjent li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant tpoġġa fuq il-waiting list f'Ottubru 1999. Il-pazjent diġa' ġie operat fl-għajn ix-xellugija fl-1 ta' Ġunju 1999 u preżentament il-vista f'din l-għajn hija tajba. Peress li l-persuna msemmija għandha kataretta fl-għajn il-leminija, f'Ottubru 1999 tqiegħdet fuq il-waiting list. L-istennija hija bejn sitta u tmien xhur.
Leg 9 PQ #12999 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli Skolastiċi — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skola bi skola fil-livelli kollha r-rata ta' parteċipazzjoni mill-ġenituri fl-elezzjonjiet tal-kunsilli skolastiċi għas-sena skolastika kurrenti? X'jaħseb dwar din ir-rata d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? Hemm xi inizjattiva maħsuba biex jgħollu din ir-rata? Liema huma dawn l-inizjattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #13000 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Circus on Ice

Question

Jista' l-Ministru jgħid fost ix-xogħol li għandha fil-ministeru l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, hemmx dak li jġib Circus On Ice lejn Malta peress li fil-promozzjoni li għamel fl-iskejjel meta kellem lill-kapijiet biex jieħdu t-tfal jaraw iċ-ċirku, introduċa lilu nnifsu bħala li huwa "uffiċjal tal-Ministru Refalo"?

Response (REFALO, MICHAEL)

Id-dmirijiet tal-persuna ndikata mill-Onor Interpellant huma dawk kif jidhru mit-tweġibiet numru 11348 u 11993 u ma jinkludux dawk imsemmija fil-mistoqsija. Ġejt infurmat li l-persuna ndikata ilha snin fil-ħin ħieles tagħha u bil-permess tad-Direttur fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta' ġiti għat-tfal ta' l-iskejjel sew pubbliċi, kif ukoll tal-knisja u privati, meta jiġi ċirku f'Malta. Staqsejt lill-persuna konċernata x'għandha xi tgħid dwar l-allegazzjoni msemmija fil-mistoqsija u din ċaħdet li kkwalifikat ruħha b'dak il-mod u żiedet tgħid li ma kellix bżonn tagħmel kif allegat għaliex kif joħroġ ukoll mill-kopja ta' ittra li ġejt mogħti u li qed ngħaddi kopja tagħha lill-Onor Interpellant l-introduzzjoni saret direttament mid-Direttur responsabbli għal 'Student Services and International Relations'.

Taqsima tat-Trasport — Tnaqqis ta' emmissjoni ta' gassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-gvern fit-taqsima tat-trasport biex jgħin fit-tnaqqis ta' emmissjoni ta' gassijiet velenużi u b'hekk ma jikkontribwixxix għal żieda fil-global warming? X'inhuma l-pariri tal-Għaqda Ambjentali tal-Ġnus Maqgħuda fuq dan is-suġġett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nagħmel referenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12407.
Leg 9 PQ #13002 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gassijiet/veleni tossiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-gvern biex jagħti pariri lill-industrija ġenerali, lil dawk parastatali u oħrajn biex jikkontrollaw il-gassijiet/veleni tossiċi jidħlu fl-arja u b'hekk jgħinu fiż-żieda tal-global warming? X'inhuma l-pariri tal-għaqda ambjentali tal-Ġnus Maqgħuda fuq dan is-suġġett?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qabel xejn wiehed irid jispecifika li, filwaqt li l-emissjoni ta` certi gassijiet ta` natura tossika tista` twassal ghal tniggiz ta` l-arja, dan mhux daqstant fattur fil-process ta` `global warming`. Dan il-process huma konsegwenza tal-`green house effect` li huwa rizultat ta` l-emissjoni fl-arja tal-`carbon dioxide`. Dan il-gass jigi prodott kull meta xi haga tinharaq, indipendentement minn jekk dan jirrizultax fi tniggiz jew le. Ghalhekk it-trazzin tal-global warming jiddependi mill-kapacita` li nnaqqsu l-emissjoni tal-carbon dioxide. Fil-kaz ta` Malta dan jimplika principalment il-bzonn li niffukaw l-attenzjoni taghna fuq il-produzzjoni ta` l-energija u fuq it-trasport. Id-Dipartiment ta` l-Industrija, flimkien mad-Dipartiment ghall-Harsien ta` l-Ambjent u l-Universita`, holqu centru ghal teknologija aktar nadifa (Cleaner Technology Centre). Dan ic-Centru, li ghandu l-ufficcju fl-Universita`, jaghti taghrif lill-industrija lokali dwar mizuri li jwasslu ghal tnaqqis fil-periklu tat-tniggiz, tnaqqis fil-produzzjoni ta` skart u tnaqqis fl-uzu ta` l-energija. Dan jirrifletti ezattament il-pariri moghtija mill-Programm Ambjentali tal-Gnus Maghquda (UNEP) li torbot it-trazzin tal-global warming ma` mizuri ghal aktar efficjenza fl-uzu ta` l-energija, flimkien ma` mizuri ohra biex jinstabu sorsi alternattivi ta` energija li ma jirrikjedux kombustjoni u ma` mizuri sabiex jigu protetti l-foresti.
Leg 9 PQ #12740 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu nazzjonali ġdid — Suġġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti li skond il-kurrikulu nazzjonali ġdid, li se jiġi mħaddem mis-sena skolastika li jmiss, huma obbligatorji u jridu jiġu mgħallma fl-iskejjel kollha tal-pajjiż? F'liema stadju - primarju, sekondarju, eċċ. - jidħlu fil-kurrikulu dawn is-suġġeti?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-livell Primarju, is-suġġetti bażiċi huma: il-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, ir-Reliġjon, l-Istudji Soċjali, l-Edukazzjoni dwar il-Midja, l-Edukazzjoni Fiżika u Sport, it-Teknoloġija, ix-Xjenza u l-Espressjoni Kreattiva. F'dan il-livell, l-għanijiet ġenerali fl-oqsma tal-midja u ta' l-iżvilupp personali u soċjali, ikunu integrati mas-suġġetti l-oħra. Fil-livell Sekondarju, is-suġġetti bażiċi huma: il-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, it-Tagħlim tal-Kompjuter, ir-Reliġjon, l-Ilsien Barrani, l-Istudji Ambjentali (Storja, Ġeografija u Studji Soċjali), l-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport, l-Arti Espressiva, l-Iżvilupp Personali u Soċjali (PSD), it-Teknoloġija u d-Disinn u x-Xjenza Koordinata.