Hemm xi pjan biex fil-libreriji differenti statali ta'pajjiżna jkun hemm staff imħarreġ? Fiex jikkonsisti dan il-pjan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali qed jimplimenta l-ftehim datat 1995 tar-riorganizzazzjoni tal-gradi tal-Librerija (Library Grades). Fil fatt riċentement ġew promossi impjegati fil-grad ta' Senior Assistant Librarian, Assistant Librarian u Library Officers. Fil-preżent jinsabu miftuħa sejħiet għall-grad ta' Senior Operative Libraries u Restorers. Fil-futur qrib ser joħorġu sejħiet għall-gradi ta' Library Attendants u Operative Libraries.
Bil-ħatriet li saru u b'dawk li ser isiru, id-Dipartiment se jkollu l-istruttura neċessarja biex iwettaq ħidmietu aħjar. Fil-frattemp diġa' inbeda proċess biex l-impjegati kollha fil-gradi tal-librerija jkunu mħarrġa fix-xogħol tagħhom. Dan il-proċess jikkonsisti filli qed jingħata t-taħriġ neċessarju lill-membri ta' l-istaff tad-Dipartiment minn uffiċjali ta' l-Universita` ta' Malta, b'esperjenza fid-diversi taqsimiet tax-xogħol tal-libreriji.
Jista'l-Ministru jgħid meta se toħroġ il-ħarġa li jmiss tal-Biblijografija Nazzjonali ta' Malta? Fejn wasal ix-xogħol fuq din il-ħarġa? Hemm xi pjan biex ikun hemm ċentru nazzjonali biblijografiku fid-dipartiment tal-libreriji u l-arkivji? Meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol fuq il-ħarġa tal-Biblijografija Nazzjonali li jmiss tinsab fi stadju avvanzat u bħalissa qed jinħadmu xi dettalji biblijografiċi u l-programm sabiex din tkun stampata. Ta' min isemi li dan l-aħħar ġew promossi żewġ ħaddiema għall-grad ta' Assistant Librarians u dawn bdew jaħdmu mill-ewwel fuq din il-biċċa xogħol.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, informat li qed jiġi studjat il-ħsieb li jkun imwaqqaf Ċentru Nazzjonali Biblijografiku immexxi mid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali u li jkun jiġbor fih il-Bibljoteka Nazzjonali, l-Universita`, l-Għaqda Bibljotekarja u kull entita` oħra interessata.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm-il darba nħarġet ċirkulari mid-Dipartiment tas-Servizzi ta'l-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali lill-kapijiet ta'l-iskejjel bħalma nħarġet fil-każ tal-Moscow Circus on Ice maħruġa fis-6/12/99? F'kull każ x'kienet l-okkażjoni? B'liema kriterji jiġu deċiżi dawn il-każijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena skolastika, id-Dipartiment tas-Servizz għall-Istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali ħarġu ħames ċirkularijiet lill-kapijiet ta' l-iskejjel bħalma nħarġet fil-każ tal-Moscow Circus on Ice.
Numru taċ-Ċirkulari Data Titlu
SILC 43/99 27/09/99 Performance at Manoel
Theatre "Tin Pan Ali"
SILC 62/99 02/11/99 Quddiesa għat-tfal ta'
l-iskejjel li tiftaħ il-
Kampanja Milied Flimkien
SILC 64/99 26/11/99 Performance at Manoel
Theatre "Il-Merkant ta'
Venezja"
SILC 67/99 06/12/99 Las Vegas International
Circus Performances for
Schools
SILC 68/99 06/12/99 Moscow Circus on Ice
Performances for Schools
SILC 07/00 21/01/00 World Guides' Day
Huwa d-Direttur tad-Dipartiment tas-Servizzi ta' l-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali li jagħżel liema talba tiġi annunzjata lill-iskejjel permezz ta' ċirkulari. Dan isir wara konsultazzjonijiet ma' l-Uffiċjal Edukattiv li jmexxi l-Youth Service Organisation (YSO).
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk il-persuni li telqu mill-Posta Ltd. fis-snin li għaddew u marru fis-servizz pubbliku u għadhom sal-lum la jieħdu increment u lanqas jistgħu japplikaw għal xi eżami intern? Se jiġu integrati fiċ-ċivil? Se jkollhom ċans javvanzaw fil-karriera tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Nterpellant baqgħu jieħdu l-increments dovuti. L-eleġibilita għal eżamijiet interni hija regolata mill-provvedimenti tal-Ftehim tar-Riklassifikazzjoni relattiv għal fejn ikun hemm il-vakanza.
Dwar partijiet oħra tal-Mistoqsija jien infurmat li diskussjonijiet dwar soluzzjoni aħħarija jkunu jistgħu jsiru meta l-uffiċjali pubbliċi li hemm mal-Maltapost jagħmlu l-għażla tagħhom skond il-ftehim.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jimtlew il-postijiet ta' education officers mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? X'se jkun il-complement ta' kull direttorat mad-diviżjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni qegħda f'diskussjoni mal-Malta Union of Teachers sabiex il-firxa ta' Education Officers li jiġu appuntati taqbel iżjed mal-ħtiġijiet tal-lum milli kienet il-firxa miftehma f'Marzu '96. Is-sejħa ta' l-applikazzjoni toħroġ meta l-Malta Union of Teachers u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jiftehmu fuq il-firxa proposta. Għaldaqstant għadu mhux possibli li tingħata risposta definita għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli jintbagħat il-kont, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, meta s-servizz ġie mneħħi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tlabt lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma biex tinvestiga dan il-kaz u hekk kif tali investigazzjoni titlesta ninforma lill-Onorevoli Interpellant bir-rizultat.
Kemm inħatru Assistenti Diretturi fis-servizz ċivili mill-1 ta'Jannar, 2000 sal-lum? F'liema dipartimenti u f'kull każ min huma dawn l-assistenti diretturi? Meta nħatru? Meta ġew ippubblikati r-riżultati ta'l-għażla u fejn ġew ippubblikati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2000 sa llum inħatru 126 Assistent Direttur. Id-dettalji dwar min huma u fejn inħatru dawn l-Assistenti Diretturi jidhru fl-iskeda li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13397.
Dawn l-Assistenti Diretturi kollha nħatru b'seħħ mis-17 ta'Jannar 2000.
Ir-riżultati ta'l-għażla ġew approvati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fit-13 ta' Jannar 2000 u fl-istess data saret ir-rakkomandazzjoni lill-Prim Ministru biex jinħatru l-Assistenti Diretturi. Kif isir is-soltu fil-każ ta' gradi f'dan il-livell, l-Uffiċċju tal-Kummissjoni bagħat lil kull applikant, bil-posta, ir-riżultati li jikkonċernawh.
Peress li fil-brochure "Separation Mediation Service" maħruġ mis-Social Welfare Development Programme jingħad li min juża s-servizz ikun mitlub iħallas u dwar ir-rata huwa mitlub jikkuntattja l-uffiċċju biex ikun jaf kemm,jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma r-rati ta'ħlas? Kif ġew deċiżi? Kemm daħħlet l-SWDP minn dawn is-servizzi minn mindu bdiet tiċċarġja għalihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-servizz ta' "Seperation Mediation" qiegħed, fil-preżent jingħata b'xejn għaliex għadu fi stadju sperimentali.
Il-Brochure imsemmi hu wieħed antik u minkejja li jsemmi li s-servizz hu bi ħlas, fil-prattiku dan qatt ma sar.
Jista l-Ministru jara li jiġi eżaminat l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu under separate cover peress li għandu problemi kbar bil-kitba u bil-matematika u lill-ġenituri qalulhom li aktarx għandu d-dyslexia? Jista'jingħata l-għajnuna meħtieġa peress li f'sentejn oħra jispiċċa l-edukazzjoni primarja umhux se jkun jaf jikteb u jaqra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifel imsemmi ser isirlu l-iscreening test tad-dyslexia u jekk jirriżulta li t-tifel ibati minn din il-kondizzjoni jingħata għajnuna skond il-bżonnijiet tiegħu.
Jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja vera tar-rapport li l-Board of Studies għat-teknoloġija dentali bagħatlu fit-18 ta'Ġunju 1997? Jista' l-Ministru jgħid liema membri ffirmaw dan ir-rapport?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' persuni mhux Maltin jaħdmu f'Malta li bħalissa qed jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel Statali? F'liema skejjel qegħdin dawn it-tfal? Mil-liema pajjiżi ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm biex professjonisti, bħal infermiera, tobba, persuni tal-fondazzjon Eden, eċċ jidħlu fl-iskejjel u jgħinu fl-edukazzjoni tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li professjonisti, li ma jkunux membri ta' l-istaff ta' l-iskola, jidħlu fl-iskola jgħinu fl-edukazzjoni tat-tfal jeħtieġu biss il-permess tal-Kap ta' l-iskola, li minn naħa tiegħu/tagħha jista'/tista' jfittex/tfittex il-parir ta' l-uffiċċjali kollettivi tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Id-deċiżjoni finali hi dejjem tal-Kap ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-kodiċi għall-ilbies li għandhom jilbsu l-għalliema fl-iskejjel? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Il-kodiċi qed jiġi pprattikat mill-għalliema?
Jista' l-Ministru jgħid f'kemm u f'liema skejjel Statali hemm il-ħsieb li jitwaqqfu kunsilli ta'l-istudenti? Kif se jinħatru? F'liema parametri se jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel kollha (Primarji - Years 4,5,6 u Sekondarji kollha) ġew imħeġġa jwaqqfu kinsill ta' l-istudenti u kumitati tal-klassi.
L-iskejjel ġew mogħtija ktejjeb dwar:
* metodi għall-ħatra ta' dawn il-kunsilli u kumitati, u
* dwar kif l-istudenti jistgħu jiġu ippreparati għal dan il-għan.
Il-parametri li sejrin jaħdmu fihom, iridu jiġu identifikati mill-amministrazzjoni ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta d-dipartiment ta' l-ambjent se jitlaq mill-uffiċini li għandu fil-bini tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex din tkun tista' tuża l-ispazju ġdid tant meħtieġ minnha?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed isiru diskussjonijiet dwar dan mal-Ministeru ta' l-Ambjent u meta jkolli tagħrif aktar preċiż inkun nista' ngħaddih lill-Onor. Kollega.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proposta li minn Jannar kellu jiġi ntrodott il-waste separation fil-head office tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Kif qed taħdem is-sistema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din il-ħidma qegħda tkompli tiġi konsidrata biex titwettaq b'mod effettiv. Peress li dan jimplika l-kooperazzjoni ta' kull ħaddiem li jaħdem fl-Uffiċċji Ewliena tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, qed issir il-konsultazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi li huma liċenzjati biex jużaw it-toroq Maltin u Għawdxin? Jista' jagħti breakdown ta' kemm minnhom huma vetturi privati, muturi, trakkijiet, eċċ.? Kemm-il vettura ma ġietx liċenzjata matul l-1999? X'passi ttieħdu? Kemm-il vettura u ta' liema tip ġew skreppjati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sal-31 ta` Diċembru jużaw it-toroq Maltin u Għawdxin. Dawn kienu maqsumin kif ġej:
Karozzi privati - 176,264
Vetturi kummerċjali - 43,636
Vetturi għal kiri - 6,197
Buses, Mini buses u Coaches - 1,119
Muturi - 11,662
Fl-istess perjodu kien hemm 7,665 vetturi li l-liċenzja tagħhom ma gietx imġedda. Kull xahar id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet jibgħat jinforma lis-sidien ta` dawn il-vetturi biex iġeddu l-liċenzja minnufih.
Barra minn dan, id-Dipartiment perjodikament jibgħat lista lill-Kummissarju tal-Pulizija ta` dawk is-sidien li ma jkunux ġeddew il-liċenzja tal-vettura tagħhom. Dawn is-sidien jiġu mitluba biex jirranġaw il-pożizzjoni tagħhom.
Tul l-1999 ġew skrappjati 4,014 vettura. Id-Dipartiment ma jżommx statistika tat-tip ta` vetturi li jiġu skrappjati.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess deċiżjonali dwar jekk is-systems of knowledge hux se jibqa' suġġett obbligatorju għad-dħul fl-Universita' jew isirx optional?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li s-Senat qed jikkunsidra l-materja u l-Universita` għandha tgħarraf lill-Awtoritajiet ta' l-Edukazzjoni bil-konklużjonijiet. Beħsiebni nsegwi sew id-diskussjonijiet bejn l-Universita`, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Bord tal-MATSEC.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom ittieħdet id-deċiżjoni li mhux se jkun hemm eżami SEC fl-edukazzjoni sportiva?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proposta li jkun hemm eżami fil-livell SEC fl-edukazzjoni fiżika kienet diskussa fit-tul fl-aħħar laqgħa tas-Senat. Kien hemm argumenti kemm favur u kemm kontra, tant li kellu jittieħed vot li rriżulta kuntrarju li jkun offrut kif kien qed jiġi propost.
Jista'l-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż x'isem se jingħata lill-iskola primarja ta' Birżebbuga? Se tiġi rispettata l-għażla ta' ħafna li tissemma għal Suor Maria Theuma?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li jressqu għall-konsiderzzjoni tiegħi l-proposti li qed isiru.