Jista' l-Ministru jgħid f'liema pajjiżi Malta għandha ambaxxaturi/kummissjoni għolja residenti? Fejn hemm maħsub li matul din is-sena finanzjarja jinfetħu ambaxxati residenti ġodda? Kemm hi stmata li tkun l-ispiża f'kull każ?
Response (BORG, JOE)
L-Onorevoli Interpellant naħseb li qed jirreferi għal Ambaxxaturi/Kummissarji għolja residenti u mhux Ambaxxaturi/Kummissjoni għolja residenti.
Malta għandha Ambaxxatur/Kummissarju għoli residenti u akkreditat f'dawn il-pajjiżi kif ġej:
- Iċ-Ċina (Beijing)
- Il-Ġermanja (Bonn)
- Il-Belġju (Brussels)
- L-Eġittu (Il-Kajr)
- L-Awstralja (Canberra)
- L-Isvizzera (Geneva)
- Renju Unit (Londra)
- Spanja (Madrid)
- Il-Federazzjoni Russja (Moscow)
- Stati Uniti ta' l-Amerika (New York)
- Franza (Pariġi)
- L-Italja (Ruma)
- L-Isvezja (Stockholm)
- Franza (Strasbourg)
- Il-Libja (Tripli)
- It-Tuneżija (Tunis)
- L-Awstrija (Vjenna)
- Stati Uniti ta' l-Amerika (Washington)
Madanakollu, l-Onorevoli Interpellant huwa mistieden jifli l-lista aktar komprensiva (External Affairs Service List) kif ppubblikata mill-Ministeru tiegħi għal aktar dettalji u nformazzjoni.
Matul din is-sena finanzjarja, l-Gvern ser jiftaħ ambaxxata f'Ateni, il-Greċja b'Ambaxxatur residenti. Il-Gvern ġa approva fil-Budget is-somma ta' Lm75,686 biex tkopri l-ispejjeż ta' din l-Ambaxxata matul is-sena 2000.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mijiet ta' nies jitħallew jidħlu fil-qorti kuljum mingħajr ma jkun hemm sigurta' serja, minkejja li teżisti makna tas-sigurta' li kulħadd irid jgħaddi minnha fl-entratura tal-qorti? Japprezza l-Ministru li, għalkemm ikun hemm żewġ uffiċjali tas-sigurta' u anke pulizija preżenti, ħadd ma jitwaqqaf meta l-makna tas-sigurta' ddoqq l-alarm? Japprezza li b'hekk faċilment tista' tiddaħħal arma fil-qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista'l-Ministru jgħid meta se jieħdu l-ħatra dawk li għaddew mill-interview għall-senior administrators mal-Maltapost? Kemm għaddew? Kemm minn dawk li weħlu appellaw minn din id-deċiżjoni? Minn min kien iffurmat il-bord ta' l-appell? Meta se tingħata d-deċiżjoni ta' dan il-bord?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sa llum ma inghatat ebda hatra fil-grad ta` Senior Administrator. Il-hatriet f`dan il-grad mistennija jinghataw wara li l-Bord ta` l-Appelli johrog id-decizjonijiet tieghu.
Minn 183 applikant, ghaddew 56, waqt li 43 appellaw.
Il-Bord ta` l-Appelli kien iffurmat mic-Chairman tal-Maltapost, is-Sur Frank R. Dimech bhala Chairman u mill-membri s-Sinjura Paula Ganado u Dottor Joseph P. Farrugia, it-tnejn Diretturi tal-Maltapost.
Peress li l-process ta` l-appelli ghadu ghaddej, id-decizjoni tal-Bord ta` l-Appelli ghad trid tinghata.
Jista' l-Ministru jara li l-pulizija jwaqqfu l-ħafna ġiri mid-dilettanti taż-żwiemel fit-triq pubblika ħdejn it-training grounds tal-football f'Ta' Qali nhar ta' ħadd filgħodu kmieni? Japprezza li peress li din mhux xi ħaġa organizzata, u l-vetturi wkoll jgħaddu minn din it-triq, hemm perikolu serju ta' xi inċident serju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ser tieħu ħsieb sabiex twaqqaf l-abbużi li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant, jekk dawn jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12660 dwar sigurta' fil-Pixxina Nazzjonali li oriġinarjament għamilt fit-12 ta' Jannar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-Rapport tal-Maġistrat Antonio Mizzi ġie studjat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali, u fl-isfond tar-rikommandazzjonijiet li jsemmi, ittieħdu dawn l-inizjattivi b'risq is-sigurta` biswit il-Pixxina:
1. Ġie organizzat kors ta' l-Ewwel Għajnuna għall-ħaddiema
kollha tal-Pixxina. F'Marzu għandu jiġi organizzat
kors ieħor avvanzat fil-Life Guard.
2. Il-klinika ġiet renovata u mgħammra b'dak kollu meħtieġ.
3. Qed ikun hemm ta' l-inqas deckhand wieħed preżenti dejjem
fuq id-deck. Dawn id-deckhands issa huma impjegati fuq
bażi full-time u d-deckhands każwali addizzjonali li
jkunu impjegati fix-xhur l-aktar impjettivi se jkunu wkoll
fuq bażi full-time.
Fl-aħħarnett informat li fl-1998 ġiet introdotta fil-Pixxina l-Policy ta' Public Liability Insurance, u li din għadha fis-seħħ.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti huwa nkluż il-coursework fl-eżamijiet tas-SEC, MATSEC, Intermediate?
Qatt ġiet diskussa l-possibbilta' li dan jidħol f'suġġetti bħal lingwi speċjalment il-Malti u l-Ingliż kif fil-fatt isir (fl-Ingliż) fl-IGCSE (International General Certificate Secondary Education) tal-Ingilterra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-coursework huwa inkluż f'dawn is-suġġetti f'dawn il-livelli:
SEC - Art, Biology, Business Studies, Chemistry,
Computer Studies, Environmental Studies,
Geography, Home Economics, Physics u
Textiles & Design.
INTERMEDIATE - Systems of Knowledge, Art, Computing,
Information Technology.
ADVANCED - Computing, Information Technology, Home
Economics, Geography.
Informat ukoll li l-possibilita` li l-coursework jidħol f'suġġetti oħra bħal lingwi, s'issa ma ġiex konsidrat.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13254, peress li fit-tweġiba l-Ministru qal li l-eżami SEC fl-edukazzjoni sportiva "mhux se jkun offrut kif kien qed jiġi propost", jista' jgħid x'kienet il-proposta oriġinali; u x'se jsir issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema ta' nazzjonalita' barranija li qed jgħallmu: (a) fl-iskejjel ta' l-Istat; (b) fl-iskejjel tal-Knisja; u (ċ) fl-iskejjel privati?
Liema huma s-suġġetti li jgħallmu u ta' liema nazzjonalita' huma?
Kemm minnhom huma miżżewġa Maltin u kemm għandhom permess jaħdmu mogħti mill-Gvern Malti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Sekondarji, Primarji u tas-Snajja' hemm seba' għalliema ta' nazzjonalita` barranija.
Is-suġġetti li jgħallmu u n-nazzjonalita` tagħhom huma kif ġej:
Nazzjonalita` Suġġett
1. Tuneżin Franċiż On contract
2. Niġerjan Ġografija " "
3. Amerikan Ġermaniż " "
4. Ġordaniż Matematika " "
5. Libjan PE PT Instructor
6. Awstraljana Matematika Supply Teacher
7. Niġerjan Int. Science Supply Teacher
L-għalliema indikati bin-numru 3,5 u 6 huma miżżewġin Maltin u dawn għandhom il-Freedom of Movement.
L-għalliema li qegħdin jaħdmu "on contract" ikollhom permess jaħdmu sa tmiem is-sena skolastika li jinkludi ukoll il-vaganzi tas-sajf.
L-għalliema li jaħdmu fuq bażi "supply ikollhom permess jaħdmu sakemm tagħlaq l-iskola fis-sajf għall-vaganzi.
Informat ukoll li fl-iskejjel Speċjali ma hemmx għalliema ta' nazzjonalita` barranija.
L-informazzjoni mitluba rigward l-iskejjel Post-Sekondarji u tal-Knisja ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm pjani biex l-iskola Tal-Ħandaq tinbena mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji biex ix-xogħol jibda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha bil-ħsieb li tinbena skola ġdida f'Tal-Ħandaq.
Fil-preżent pjanti preliminari mħejjija mill-perit tal-proġett qegħdin jiġu studjati mill-konsulenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skola bi skola fil-livelli kollha r-rata ta' parteċipazzjoni mill-ġenituri fl-elezzjonjiet tal-kunsilli skolastiċi għas-sena skolastika kurrenti?
X'jaħseb dwar din ir-rata d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? Hemm xi inizjattiva maħsuba biex jgħollu din ir-rata? Liema huma dawn l-inizjattivi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kif jidher mill-istatistika, hemm skejjel fejn ma saritx elezzjoni u skejjel fejn saret.
Fl-iskejjel primarji Malta kien hemm elezzjoni f'20 skola minn total ta' 66. M'hemmx raġuni waħda għala f'46 skola ħarġu biss 3 ġenituri u allura ma saret ebda elezzjoni. Bħalissa qed isir studju biex f'aktar skejjel ikun hemm elezzjoni.
F'Għawdex, tnejn minn ħdax-il skola primarja kellhom elezzjoni.
Fl-iskejjel speċjali, tnejn minn ħamsa kellhom elezzjoni.
Fis-settur sekondarju, għaxra minn tlieta u tletin kellhom elezzjoni.
Fis-settur post-sekondarju, ħamsa minn sittax kellhom elezzjoni.
Fis-settur ta' l-iskejjel tas-snajja' tnejn minn għaxra kellhom elezzjoni.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni m'hu xejn kuntent b'dawn il-figuri u ser jaħdem mal-Kapijiet ta' l-iskejjel biex kemm jista' jkun f'kull skola jkun hemm elezzjoni.
Peress li ċerti skejjel, speċjalment dawk indipendenti, m'għandhomx ċerti suġġetti li fil-kurrikulu nazzjonali ġdid se jkunu obbligatorji minn Settembru li ġej, jista' l-Ministru jgħid kif se jgħin biex l-iskop tal-kurrikulu jintlaħaq?
Jista' jgħid f'liema skejjel indipendenti bħalissa qed jiġu mgħallma l-media studies, personal skills, studji soċjali (bħala suġġett wieħed u mhux bħala parti minn suġġet ieħor) u l-istorja ta' Malta? F'kull każ, jista' jgħid kemm hemm għalliema - fulltime/part-time - li jgħallmu dawn is-suġġetti f'kull skola indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħala passi biex jgħin ħalli l-iskop tal-Kurrikulu jintlaħaq, waqqaft Kumitat għat-tmexxija tat-twettiq tal-Kurrikulu (National Steering Committee on the Implementation of the National Minimum Curriculum) u Kumitat ieħor biex jieħu ħsieb jifformola strateġija għat-taħriġ (Training Strategy Formulation Team).
Id-dettalji mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13240, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-persuna li jmexxu tuckshops/canteens fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat li applikaw bil-miktub biex joħorġu biss irċevuta fiskali waħda f'kull jum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara l-pubblikazzjoni ta` l-Avviż Legali Numru 201 tal-1999 fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta` Novembru 1999, liemha Avviż jagħti d-dritt lil persuna li tagħmel provvista ta` ikel u xorb minn canteen f`area tax-xogħol jew studju li toħroġ irċevuta fiskali waħda ta` kuljum, id-Dipartiment qed jagħmel żjajjar fit-tuck shops fl-areas indikati biex jassigura li r-regolamenti l-ġodda jiġu osservati. Sa` issa saru żjajjar lil 22 operatur fi skejjel differenti li minnhom tlett operaturi għażlu li japplikaw u seba` oħra wrew l-istes intenzjoni. Sadattant id-Dipartiment qed ikompli b`dawn iż-żjajjar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13241, dwar spezzjonijiet fuq l-ikel u xorb li jinbiegħ lill-istudenti minn uffiċjali tas-saħħa, li oriġinarjament kienet saret fil-25 ta' Jannar lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tas-saħħa fi skejjel matul din is-sena skolastika biex jiġi nvestigat x'ikel u xorb qed jinbiegħ lill-istudenti?
F'liema skejjel saru? L-iskejjel privati u dawk tal-Knisja huma eżenti minn dawn l-iżjajjar? Matul dawn l-investigazzjonijiet, kien hemm xi każ fejn instab li kien hemm xi ikel/xorb li ma kienx addattat għat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena skolastika, l-Education Medical Service għamel tliet spezzjonijiet ta' tuck shops, bl-iskop li jiġġudika t-tip ta' ikel u xorb li jinbiegħ, u l-livell ta' l-iġene.
(Barra minn hekk, is-Sezzjoni ta' l-Ispetturi tas-Saħħa, fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, spezzjonat diversi tuck shops, bl-iskop li jiġġudika l-livell ta' l-iġene, inklużi d-dati tal-qtugħ ta' diversi oġġetti, use by date u l-mod kif l-ikel u x-xorb kien qed jiġi ppreżentat.)
It-tliet skejjel kienu:
Vincenzo Buġeja, Boys' Secondary School, B'Kara
Mgr. Pietru Pawl Saydon, Boys' Secondary School, Żurrieq
Ġużeppi Despott, Boys' Junior Lyceum, Verdala.
L-Education Medical Service ma jispezzjonax it-tuck shops fl-iskejjel li m'humiex ta' l-istat, jekk ma jkunx mibgħut speċifikament jew mitlub mill-istess skejjel.
F'wieħed minn dawn it-tuck shops, instab li kien qed isir il-qali (frying), u kien hemm għall-bejgħ xi ħelu li jista' jeħel mas-snien. Rapport fuq dawn, intbagħat lill-kap ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru fl-iskola primarja ta' Tas-Sliema dan l-aħħar wara li xxaqqaq it-taraġ li jieħu għal fuq?
X'periklu hemm għall-istudenti u għalliema ta' l-iskola?
Meta se jibda x-xogħol tant meħtieġ fuq il-bini ta' l-iskola u meta se jitlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tqiegħdu seratizzi ta' l-injam u puntali tal-ħadid fit-truf tal-branki biex jissudaw l-istruttura tat-taraġ. B'dawn il-miżuri ma jeżistu ebda perikli għall-istudenti u l-għalliema ta' l-iskola.
Informat ukoll li fil-preżent qiegħed jitħejja d-dokument għall-pubblikazzjoni ta' offerta għax-xogħlijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti kontinwi li qed ikun hemm fl-iskola primarja ta' Bormla minħabba r-riħa qawwija ta' drenaġġ?
Instab imnejn ġejja din ir-riħa?
X'qed isir biex din il-problema tiġi solvuta?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt ġimgħa ilu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13450. L-Onor. Membru jista' wkoll jirreferi l-ilment lill-Ministeru ta' l-Ambjent.
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jikkordina bħalissa l-ħidma kontra t-tipjip fil-Health Promotion Department?
Xi pjan hemm tul din is-sena biex jitħarrġu iżjed persuni biex imexxu smoking cessation clinics?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għadha ma ġietx appuntata persuna fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa biex jikkordina l-ħidma kontra t-tipjip.
Diġa' tħarrġu iżjed persuni biex imexxu l-kliniċi li jgħinu l-pubbliku jieqaf mill-vizzju tat-tipjip. Fil-fatt ġew imħarrġa tmien persuni fil-bidu ta' din is-sena biex dan is-servizz ikun jista' jlaħħaq mad-domanda meħtieġa. Il-pubbliku huwa mistieden biex japplika għal dawn il-kliniċi fuq formola li tintbagħat id-dar jew permezz ta' l-Internet fuq il-website tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha sa l-aħħar ta' din is-sena l-
Enemalta biex issaħħaħ is-sistemi tad-distribuzzjoni ta' l-enerġija elettrika? X'xogħol se jsir fuq id-distribution centre tal-Marsa f'dawn il-pjani?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ghal din is-sena, il-Korporazzjoni Enemalta ghandha diversi pjani biex is-sistemi tad-distribuzzjoni ta` l-energija elettrika jissahhu. Fost dawn il-pjani ta` min isemmi:
a) il-bidu ta` mina bejn il-Marsa u Delimara
b) hrug ta` offerta biex isir cable iehor ta` 33 KV bejn Malta u Ghawdex
c) tkabbir ta` zewg transformers minn 15MVA ghal 22MVA fic-centru tad-distribuzzjoni ta` Hal Tarxien
d) xiri ta` art biex jinbnew progetti sabiex isiru zewg centri godda tad-distribuzzjoni, wiehed ghall-Belt Valletta u l-iehor ghal Marsascala biex tissahhah is-sistema tal-11 KV f`din il-parti ta` Malta
e) xoghol ta` preparazzjoni ghall-hrug ta` offerti biex jitkompla c-centru tad-distribuzzjoni tal-Mosta li bhala bini jinsab fi stadju avvanzat
f) tkomplija ta` cable gdid bejn ic-centru tad-distribuzzjoni tal-Marsa u s-Siggiewi
g) bdil tas-switchgear fis-substation tal-Warda, fil-Qrendi
h) cables godda ghal Pembroke mic-centru tad-distribuzzjoni ta` Paceville
i) tkomplija ta` tishih tas-sistema tal-11KV f`Tas-Sliema
j) tkomplija tal-progett biex jitnehhew parti mill-linji tal-11KV minn San Pawl il-Bahar u jinbidlu f`sistema taht l-art
k) tqeghid ta` cable biex tissahhah il-provvista f`Belt is-Sebh, il-Qasam tad-Djar tal-Floriana u parti mill-Isptar San Luqa
l) progett sabiex jitnehhew linji tal-11KV u jinbidlu f`cable taht l-art bejn ix-Xghajra u Haz-Zabbar
m) tqeghid ta` cable tal-11KV biex tissahhah il-provvista f`Santa Lucija, Hal Ghaxaq, il-Gudja, fiz-zoni tas-Sellem u Santa Marija Estate fil-Mellieha, fil-Qasam Industrijali tal-Marsa, fil-Kottonera in vista tal-progett tal-Cottonera Waterfront u fil-Qasam Industrijali ta` Ricasoli.
Huwa l-hsieb tal-Korporazzjoni li matul din is-sena, jitlestew diversi substations f`Malta u Ghawdex, pero` dan jiddependi minn diversi fatturi.
Tajjeb jinghad ukoll li nbeda x-xoghol fuq progett biex tissahhah il-provvista ta` l-elettriku ghall-kumpanija ST Microelectronics. Dan ix-xoghol ghandu jwassal biex jitwaqqaf centru tad-distribuzzjoni f`Hal Kirkop.
Il-pjani msemmija ma jaffettwawx ic-centru tad-distribuzzjoni tal-Marsa hlief ghal tqeghid ta`
Fid-dawl tal-fatt li studju riċenti tal-Kummissjoni Ewropea jpoġġi l-evażjoni mit-taxxa tal-VAT fir-rata ta' 21% fil-pajjiżi membri, sar xi studju simili f'pajjiżna, jew hemm il-ħsieb li jsir, biex jistabilixxi r-rata ta' evażjoni tal-VAT f'pajjiżna?
Jekk ma sarux studji, kemm hu stmat li hi l-evażjoni tal-VAT fostna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma saru l-ebda studji fuq il-bażi li saru mill-Kummissjoni Ewropeja. Nittama li t-Tax Compliance Unit li għandu jitwaqqaf ikun f`pożizzjoni li jagħmel studji bħal dawn.
Biex is-sidien ta' postijiet ta' divertiment jassiguraw li persuna għandha 16-il sena jistgħu, skond il-liġi, jaċċettaw li jaraw dokument (membership card) maħruġ minn xi għaqda ta' l-istudenti flok dik uffiċjali tal-gvern? Kif jista' jiġi żgurat li dawn id-dokumenti jkunu ġenwieni u/jew kull dettal bħal data tat-twelid, tkun ġenwiena? Meta pulizija jispezzjonaw dawn il-postijiet ta' divertiment, joqogħdu fuq dokument maħruġ minn xi għaqda biex tiġi stabbilita l-eta' tal-persuna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment, żgħażagħ li jkollhom iktar minn sittax-il sena għandhom jiddaħħlu f`lokalita` ta` divertiment kemm-il darba juru id-dokument ta` l-identita` jew xi dokument ieħor li jkun prova ta` l-identita` tagħhom. Għaldaqstant, kull dokument li jkun ta` prova ta` identita` huwa aċċettabbli skond dawn ir-regolamenti. F`każ ta` dubju, dejjem jista` jintalab dokument ta` identita` uffiċjali, bħal ma huma l-karta ta` l-identita` nazzjonali, passaport, liċenzja tas-sewqan, eċċ.