Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14461 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari numru 13927 li diġa' għamilt darbtejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-futur qrib ser toħroġ iċ-ċirkulari dwar il-Kodiċi ta' l-ilbies ta' l-għalliema . Ikun dover tal-kapijiet ta' l-iskejjel li jimplimentaw dan il-Kodiċi. Kopja ta' din iċ-ċirkulari titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta tkun pubblikata.

Qorti — Nies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13931 dwar sigurta' fil-qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba ghall-mistoqsija Nru.l3931 li nghatat f`seduta Nru. 252 tad-29 ta` Frar 2000.
Leg 9 PQ #14382 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament flimkien ma' site plan - jiġi riżolt biex il-persuna nvoluta li hija anzjana u b'diżabilita' ma tibqax tbati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Artijiet qed jikkunsidra t-talba tal-persuna li saret referenza għaliha mill-Onor. Interpellant. Nifhem li dil-persuna bl-ebda mod ma ġiet imfixkla fl-okkupazzjoni tal-fond in kwestjoni.
Leg 9 PQ #14383 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar l-ittra li qed tinbagħat separatament u li ntbagħtet lid-direttur ta' l-edukazzjoni fil-25 ta' Jannar, 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan it-tifel ġie riferut lill-iSchool Psychologist u saret ukoll talba biex jarah l-Istatementing Board.
Leg 9 PQ #14384 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Pieta' - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex it-tfal fl-ewwel klassi tal-primarja Hookham Frere tal-Pieta' jkollhom l-edukazzjoni li għandhom dritt għaliha iżda li qed jiċċaħħdu minnha minħabba l-assenza regolari u konsistenti min-naħa ta' l-għalliema tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sakemm l-għalliema indikata kienet assenti, intbagħtet għalliema oħra sabiex tissostitwiha. Qed inkompli nsegwi l-każ.
Leg 9 PQ #14385 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kindergarten assistants/facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa dwar liema linja għandha tiġi segwita mill-kindergarten assistants u l-facilitators li huma fdati bil-ħarsien tat-tfal b'diżabilita' u li għandhom bżonn jieħdu mediċina minħabba l-kondizzjoni tagħhom? X'inhuma obbligati jagħmlu l-kindergarten assistants u l-facilitators f'dawn is-sitwazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hija l-prattika tas-Servizz Mediku ta' l-Edukazzjoni li jinkoraġġixxi lill-istaff ta' l-iskola biex ikun hemm min jivvoluntarja biex jamministra mediċini fis-sitwazzjoni imsemmija mill-Onor. Membru; b'dawn il-kondizzjonijiet:- a) jekk ikun hemm il-permess mill-Kap ta' l-Iskola; b) jekk ikun hemm awtorizzazzjoni bil-miktub mill-ġenituri; c) jekk ikun hemm struzzjonijiet bil-miktub maħruġa minn tabib speċifikament fir-rigward tat-tifel jew tifla li għandha bżonn il-mediċini fil-ħin ta' l-iskola; d) jekk l-Uffiċjal Mediku ta' l-Edukazzjoni ikun favorevoli għall-għoti ta' dan is-servizz f'każi partikulari mill- voluntiera partikulari.
Leg 9 PQ #14386 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru issa jgħaddi t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari numru 13182, imqar b'mod kunfidenzjali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma nħossx li għandha tingħata l-informazzjoni, anki jekk b'mod kunfidenzjali, jekk ma tiġix segwita l-proċedura li elenkajt fl-ewwel risposta.
Leg 9 PQ #14387 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Valletta - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġament jista' jsir għat-tifel li, id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, bi bżonnijiet speċjali li wara li ngħata l-għajnuna li kellu bżonn beda jattendi l-iskola, iżda issa mhux qed jattendi għax m'għandux l-għajnuna meħtieġa, meta se jibda jingħata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifel indikat għandu facilitator assenjata miegħu. Informat ukoll li l-prattika hi li, sakemm l-assenteiżmu ma jkunx wieħed straordinarju, iżda assenteiżmu normali, ma tintbagħatx persuna oħra sabiex tissostitwixxi lill-facilitator.
Leg 9 PQ #13924 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sportiva — Eżami SEC

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13254, peress li fit-tweġiba l-Ministru qal li l-eżami SEC fl-edukazzjoni sportiva "mhux se jkun offrut kif kien qed jiġi propost", jista' jgħid x'kienet il-proposta oriġinali; u x'se jsir issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proposta oriġinali li jkun hemm eżami fil-livell SEC fl-Edukazzjoni Sportiva kienet li l-eżami jkun fih żewġ partijiet. L-ewwel parti (Paper 1) tikkonsisti f'Coursework u f'eżami prattiku fejn l-istudent ikun irid juri l-abbilita` tiegħu f'żewġ dixxiplini li jkun għażel minn oħrajn offruti lilu. It-tieni parti (Paper II) tikkonsisti f'eżami bil-kitba ta' sagħtejn fit-teorija dwar Theory on Practical, Health related fitness, body systems and performance u Sport in Society. Informat ukoll li l-proposta kif imressqa ma kinitx aċċettata mis-Senat u għalhekk huwa improbabbli li l-istess każ ikun imressaq f'xi data fil-viċin. Mhux eskluż iżda, li jkomplu jsiru diskussjonijiet fil-MATSEC Board li fih hemm rappreżentanza wiesgħa mill-kamp edukattiv u wara titressaq xi proposta oħra li tkun aċċettabli għas-Senat. Waħda mill-preokupazzjonijiet tas-Senat kienet li dan is-suġġett, li fih innifsu mhux suġġett akkademiku, m'għandux ikun eżaminat u ċertifikat mill-MATSEC. Fost ir-raġunijiet imressqa hemm il-biża' li l-iskop ewlieni li għalih dan is-suġġett qiegħed fil-kurrikulu jintilef jekk is-suġġett isir eżaminabbli.
Leg 9 PQ #14319 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Meningite — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika, s'issa, kemm kellna każi ta' meningite rrapportati fl-iskejjel tagħna? Kemm studenti u kemm għalliema? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat illi matul is-sena skolastika 1999/2000, sa llum, kien hemm 7 każi ta' mard bil-meningococcus li ġew rappurtati fi tfal li jattendu l-iskola. Ma kien hemm l-ebda każ rappurtat fl-għalliema ta' l-iskejjel. Minn dawn is-seba' każi, tnejn minnhom kienu fatali.
Leg 9 PQ #14320 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul — Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħala medja kemm jiddikjaraw li jaqilgħu l-kategoriji differenti ta' professjonisti bħal avukati, tobba, periti, nutara u accountants? Tista' tagħti t-tagħrif kategorija b'kategorija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan l-eżerċizzju qiegħed jiġi finalizzat billi qed tiġi verifikata l-informazzjoni. Dalwaqt inkun f`pożizzjoni li ngħati din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #14321 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE — Programmi edukattivi - Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena skolastika s'issa kemm ġew miġjuba barranin biex jgħinu b'xi mod fix-xogħol li jrid isir għas-sehem fil-programmi edukattivi u taż-żgħażagħ ta' l-Unjoni Ewropea? F'kull każ min inġieb? Kemm dam hawn? X'xogħol għamel? Xi flus intnefqu u mnejn ġew il-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-barranin li ġew mill-bidu tas-sena skolastika biex jieħdu sehem f'laqgħat ta' informazzjoni għall-gruppi partikolari b'interess speċifiku f'xi aspett tal-programmi edukattivi ta' l-UE huma: 1. Ms Renilde Reynders mill-Aġenzija Nazzjonali ta' Flanders, il-Belġju, dwar "Comenius" bejn is-7 u 8 ta' Jannar 2000. 2. Mr Irmeli Karhio, Head of Department, Youth for Europe dwar il-programm "Community Youth Action Programme" bejn il-25 u 26 ta' Frar 2000. 3. Mr Marc de Vlieger, Konsulent fl-Aġenzija Nazzjonali "Leonardo" ta' Flanders, il-Belġju dwar "Leonardo" bejn it-28 ta' Frar u l-1 ta' Marzu 2000. Dawn it-tlett uffiċjali tkellmu ma' gruppi ta' nies (kapijiet ta' skejjel primarji u sekondarji, rappreżentanti ta' għaqdiet taż-żgħażagħ, kapijiet ta' istituzzjonijiet vokazzjonali, rappreżentanti ta' Trade Unions u employers) dwar il-programmi edukattivi ta' l-UE. Informat ukoll li s'issa tħallsu biss l-ispejjeż li ntefqu fiż-żjara ta' Ms Renilde Reyders li kienu total ta' Lm811 li jinkludu board and lodging, biljetti ta' l-ajru, kera taċ-Ċentru tal-Mediterran tal-Konferenzi u spejjeż oħra. Il-fondi ttieħdu mill-Vot Rikorrenti.
Leg 9 PQ #14322 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ imressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir ma' dawk iż-żgħażagħ taħt is-16-il sena li jitressqu l-qorti akkużati bi ksur tal-liġi biex mill-iskola jsiru sforzi biex dawn joħorġu mit-triq tal-kriminalita'? Matul din is-sena skolastika x'inizzjattivi konkreti ttieħdu ma' dawn iż-żgħażagħ studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta xi żgħażagħ taħt is-16-il sena jitressqu l-qorti akkużati bi ksur tal-liġi, isir dan ix-xogħol magħhom: a) Mill-Education Welfare Section: Isiru l-interventi kollha neċessarji biex jgħinu lil dawn it-tfal u lill- familji tagħhom, permezz ta' home visits jew laqgħat fil-Welfare Section. Meta jkun hemm bżonn, dawn it- tfal jiġu rreferuti jew issir intervent multi- dixxiplinarju ma' aġenziji oħrajn bħall-Family Welfare Department, Caritas, Probation Officers, School Psychologist, Guidance Teacher u/jew School Counsellor. b) Mill-Guidance and Counselling Unit: Wara l-kawża, dawk il-każi li jeħtieġu attenzjoni, jiġu mogħtija l-għajnuna fl-iskola li jkunu jattendu mill-Guidance Teacher u/jew School Counsellor ta' l-iskola rispettiva. Jekk ikun hemm bżonn, jiġu rreferuti lill-aġenzija oħra. Social Worker u School Councellor jattendu ukoll fis-seduti tal-Juvenile Court.
Leg 9 PQ #14323 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Strasbourg/Brussels

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar iż-żjajjar frekwenti li qed isiru mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni lejn Strasbourg u Brussels billi jgħid kemm saru żjarat lejn dawn l-ibliet minn uffiċjali (diretturi, ass/diretturi, EOs) mid-dipartimenti ta' planning and development u mill-operations (separatament) mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Diċembru, 1999? X'kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat? Ġew ippreżentati rapporti wara kull żjara, u jekk iva, lil min ġew preżentati? Kemm kien it-tul medju ta' dawn iż-żjarat? Kien hemm individwi li marru aktar minn darba, fil-perijodu msemmi, jekk iva, kemm kienu dawn l-individwi u minn liema dipartiment? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn iż-żjarat?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12917 f'Seduta 227.

Qorti — Nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex mijiet ta' nies jitħallew jidħlu fil-qorti kuljum mingħajr ma jkun hemm sigurta' serja, minkejja li teżisti makna tas-sigurta' li kulħadd irid jgħaddi minnha fl-entratura tal-qorti? Japprezza l-Ministru li, għalkemm ikun hemm żewġ uffiċjali tas-sigurta' u anke pulizija preżenti, ħadd ma jitwaqqaf meta l-makna tas-sigurta' ddoqq l-alarm? Japprezza li b'hekk faċilment tista' tiddaħħal arma fil-qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li minn hin ghal hin isiru `spot checks` mill-Amministrazzjoni tal-Qorti f`sezzjonijiet differenti tad-dipartiment inkluz fejn is-security guards bl-iskop li tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni lamentata mill-Onorevoli Membru.
Leg 9 PQ #14313 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti bil-miktub jew personalment dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li ħarġu ftit jiem ilu għal perijodu Novembru 1998/Marzu 1999 dwar żieda kbira fil-kont minn dak ta' qabel? Jikkonferma li wara dawn l-ilmenti hemm xi kontijiet li tnaqqsu b'mod sostanzjali minħabba li ntqal li saru xi żbalji? Jaf il-Ministru li kien hemm xi kontijiet li kważi rduppjaw minn dak ta' qabel? Kemm kienet iż-żieda fuq dawl u ilma li kien daħħal dan il-gvern fil-budget ta' l-1998 li bdew jgħoddu mill-1 ta' Jannar 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li kull meta l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` il-kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma, numru ta` konsumaturi jilmentaw dwarhom. Uhud minn dawn l-ilmenti jkunu gustifikati waqt li ohrajn majkunux. Ta` min izomm quddiem ghajnejh li l-kontijiet ghall-perjodu imsemmi inhargu fi zmien hmistax-il gurnata minflok fi zmien hames gimghat kif kien isir is-soltu. Ghaldaqstant wiehed malajr jifhem ghaliex in-numru ta` konsumaturi li kellhom ilment dwar il-kont kien jidher xi ftit akbar mis-soltu u dan ghaliex iz-zmien li fih intbaghtu l-kontijiet kien aqsar mis-soltu. Ma jidhirx li kien hemm xi numru straordinarju ta` zbalji fil-kontijiet. In-numru ta` zbalji `umani` li kien hemm din id-darba jikkompara sew ma` dawk maghmula f`kontijiet mahruga qabel. L-element ta` l-izball uman mhux facli li jigi eliminat. Kif ghidt fit-twegiba ghall-mistoqsija numru 14269, maghmula mill-istess Onorevoli Interpellant, il-kont tad-dawl u ta` l-ilma jiddependi min-numru ta` units ikkunsmati - aktar ma` jizdied il-konsum aktar jizdied il-kont. Madanakollu ta` min ifakkar li t-tariffi kif riveduti mill-amministrazzjoni prezenti jahsbu biex kull konsumatur domestiku jkollu l-uzu ta` ammont ta` units b`rata sussidjata. Kuntrarjament ghal dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant fl-ahhar parti tal-mistoqsija, il-Gvern prezenti ma dahhal ebda zieda fit-tariffi tad-dawl u ta` l-ilma. Ghal darb`ohra infakkar li l-amministrazzjoni prezenti, kif kienet weghdet, irrevediet t-tariffi li kien impona l-Gvern Laburista fuq il-poplu irrispettivament mid-dhul ta` kull persuna. Meta l-Gvern prezenti rreveda dawn it-tariffi kien qal mill-ewwel li fejn jidhlu r-rebates, biex jinzamm distakk mis-sistema li l-Gvern precedenti kellu hsieb idahhal, f`xi snin ta` wara kellu jkun hemm zieda fihom u kien fil-fatt habbar kemm kellha tkun din iz-zieda.
Leg 9 PQ #14314 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' meningite

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' meningite ġie rrapportat matul l-1999 u f'dawn l-ewwel ġimgħat ta' din is-sena? Kemm kien hemm imwiet? Id-Dipartiment tas-Saħħa jibgħat ċirkolaritajiet fl-iskejjel kollha f'Malta u f'Għawdex biex javża kif għandhom jimxu l-għalliema fil-klassi biex jiġi evitat mard fost l-istudenti? F'din l-aħħar sena u ftit ġimgħat meta intbagħtu fl-iskejjel? Dawn kienu jinkludu l-iskejjel indipendenti u tal-Knisja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li mill-1 ta' Jannar 1999 sa llum ġew rappurtati 32 każ ta' mard kaġunat mill-mikrobu tal-meningococcus. Minn dawn it-32 każ mietu sebgħa. Min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, meta jkun hemm każ, anki jekk suspettuż, ta' meningococcus fi skola ta' l-istat, tal-knisja jew indipendenti, jintbagħat fuljett informattiv dwar din il-marda lill-Kap ta' l-Iskola.

Karozzi tal-Linja — Biljetti

Question

Issa li għaddew sitt (6) xhur mindu daħlu fis-seħħ il-prezzijiet ġodda tal-biljetti tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jgħid x'titjib sar fis-servizz li bbenefikaw minnu l-passiġġieri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-trasport Pubbliku f`dawn l-aħħar sitt xhur żiedet l`enforcement` u anke l-kontroll fuq id-`despatching`. Barra minn hekk, wieħed jista` jgħid li minn naħa tagħha l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, ukoll żiedet fis-sorveljanza fuq in-nies tagħha permezz ta` l-`Inspectors` tagħha. Dak kollu msemmi hawn fuq huwa kkomplimentat b`informazzjoni ta` ħinijiet ta` rotot li jinstabu f`diversi lokalitajiet fuq `notice boards` liema informazzjoni hemm il-ħsieb li tiġi estiża f`aktar lokalitajiet ma` Malta u Għawdex. Fuq talbiet tal-Kunsilli Lokali, n-numru ta` laqgħat triangulari bejn l-Awtorita`, l-Assoċjazzjoni u Kunsilli Lokali żdiedu konsiderevolment għall-għan li dejjem jitjieb is-servizz tat-trasport pubbliku.

Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' karozzi tal-linja li bħalissa huma liċenzjati biex joperaw f'Malta u f'Għawdex? Kemm kien hemm nies li wżaw is-servizz tal-karozzi tal-linja mill-1 ta' Settembru mindu għolew in-nollijiet? Kif jikkompara ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari numru 6197, jien infurmat li n-numru totali ta` nies li wżaw is-servizz tal-karozzi tal-linja mill-1 ta` Settembru 1999 sal-24 ta` Frar 2000 huwa 13,755,270 jew 77,713 passiġġier kuljum. Fl-istess perijodu fl-1998 sal-25 ta` Frar 1999 kien hemm 14,367,980 passiġġier jew 80,718 passiġġier kuljum, waqt li bejn l-1 ta` Settembru 1997 u t-23 ta` Frar 1998 kien hemm 14,953,710 passiġġier jew 84,964 passiġġier kuljum.

VRT test

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kulħadd iridx jagħmel il-VRT test jew dawk li jibagħtu għalihom l-awtoritajiet? Kemm saru testijiet tal-VRT mindu din ġiet introdotta? Kemm kien hemm li għamluh u l-vettura tagħhom m'għaddietx dan it-test?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dawk is-sidien li l-vetturi tagħhom imisshom jagħmlu il-`Vehicle Roadworthiness Test` qed jiġu nfurmati b`dan mid-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet. Minn mindu ġie introdott il-`Vehicle Roadworthiness Test` sal-31 ta` Jannar 2000 kien hemm 26,531 vettura li għamlu il-`Vehicle Roadworthiness Test`. Fl-istess perjodu weħlu 4,230 vetturi.