Mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum x'ispezzjonijiet saru u meta, biex jinstab jekk il-watchmen humiex ikunu fuq il-post tax-xogħol tagħhom kif suppost: (1) fil-mużewijiet, libreriji u siti storiċi; u (2) fl-iskejjel?
X'instab f'dawn l-ispezzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għamlet spezzjonijiet biex jinstab jekk il-watchmen humiex ikunu fuq il-post tax-xogħol, fl-iskejjel. Dawn saru f'Ottubru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-gvern fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex tilqa' t-talba ta' korpi professjonali lokali li jinnega li biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f'Malta ċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jridu jkunu profiċjenti fil-Malti u fl-Ingliż?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15175 peress li ż-żewġ mistoqsijiet jidhru li fis-sostanza huma identiċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti barranin li s-sena li għaddiet (1999) attendew xi kors biex jitgħallmu l-Ingliż?
Jista' jelenka l-iskejjel u n-numru ta' studenti li attendew f'kull skola? Jista' jagħti dettalji dwar il-pajjiżi li ġew minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti barranin li s-sena li għaddiet attendew xi kors biex jitgħallmu l-Ingliż kien ta' 35,451.
L-iskejjel li fihom attendew dawn l-istudenti huma:
A.M. Language Studio
Berlitz Language Centre
Burlington England School
Business English Language Sch.(B.E.L.S.)
Central School of English
Eeducation English Culture
Elanguest
English Communication School
English Language Academy
European Centre of Eng. Lang. Studies
European School of English
Geos Language (Malta) Ltd
Inglingua School of Languages
Institute of English Lang. Studies
International English Lang. Centre
International School of English
Island Educational School of Lang.
Kalypso Academy of Ennglish Language
Lasalle Institute
Lingua Time
Link School of English
Live in English Language Centre
Magister Academy
MSD International School of English
MUT Capital Language School
National Students Travel Foundation
Revival English Language Institute
Sprachcaffe - Languages Plus
St Paul's English Language Centre
Students Travel School
The School for English
The Voice School of English
In-numru ta' studenti u l-pajjiżi li minnhom ġew l-istudenti huma:
Awstrija - 2959
Belġju - 171
Repubblika Ċeka - 348
Danimarka - 77
Fillandja - 251
Franza - 4751
Ġermanja - 13497
Olanda - 314
Italja - 6074
Ġapan - 423
Libja - 199
Norveġja - 258
Polonja - 784
Russja - 1553
Slovenja - 130
Slovakkja - 233
Spanja - 260
Żvezja - 1014
Żvizzera - 1123
Oħrajn - 1039
Ġejt mogħti l-parir li peress li l-għadd ta' studenti li attendew kull skola partikolari jista' jkun materja ta' natura kummerċjali u kunfidenzjali, ma jkunx prudenti li nagħti dan it-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti hux qegħdin jikkoperaw u jagħtu xogħol lill-istudenti għalliema li qed jagħmlu teaching practice?
Jista' jgħid f'liema skejjel qegħdin, x'suġġett qed jgħallmu u f'liema livell? Kemm minnhom qegħdin għal kors tal-PGCE jew tal-B.Ed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-impenn ta' l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti għat-taħriġ ta' l-istudenti għalliema għat-Teaching Practice ta' Marzu/April 2000 huwa kif ġej:
Numru totali ta' studenti Numru ta' studenti
fuq Teaching Practice fi skejjel tal-Knisja
u Indipendenti
P.G.C.E. 56 21
B.Ed. 251 49
Lista ta' fejn jinsabu dawn l-istudenti, x'suġġett/livell jgħallmu u jekk humiex mill-kors tal-P.G.C.E. jew B.Ed ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti ta' assistenti kapijiet, kapijiet, uffiċjali edukattivi, assistenti diretturi u diretturi fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
F'kull każ meta se jimtlew? F'kull każ meta se toħroġ sejħa għal applikazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm ebda post ta' Assistent Kap ta' skola li hu vakanti.
In-numru ta' kapijiet ta' skejjel vakanti hu 16.
Informat ukoll li hemm 34 post ta' Uffiċjal Edukattiv, tliet Assistenti-Diretturi u Direttur wieħed li huma vakanti.
Is-sejħa għal kapijiet ta' skola, u ta' 16-il kategorija ta' Uffiċjal Edukattiv waslet biex toħroġ, fil-fatt marret għand il-PSC u MPO fis-27 ta' Marzu, 2000.
Il-post ta' Assistent Direttur 'International Relations' se jimtela'.
Is-sejħa għal applikazzjoni ta' Assistent Direttur 'Research and Documentation' ħarġet u dalwaqt isiru l-'interviews'.
Is-sejħa għal post ta' Assistent Direttur 'Operations' dalwaqt toħroġ. Fil-fatt qegħda għand il-PSC, MPO.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13932, dwar senior administrators fil-Maltapost, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta' l-appelli tlestiex? Kemm-il wieħed intlaqa'? X'kienu r-raġunijiet prinċipali li saru l-appelli u ta' dawk li ntlaqgħu?
Meta se jingħataw il-ħatriet f'dan il-grad?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-process ta` l-appelli dwar promozzjonijiet fil-grad ta` Senior Administrator fil-Maltapost tlesta. Irrizulta li l-process ta` l-ghazla sar sew u b`mod regolari u ebda wiehed mill-appelli li saru ma ntlaqa`.
Tajjeb jinghad li l-bicca l-kbira ta` l-appelli saru ghax il-kandidati hassew li kellhom jinhatru fil-grad ta` Senior Administrator peress li kien ilhom jahdmu mal-Posta ghal diversi snin.
Il-hatriet fil-grad ta` Senior Administrator saru fil-15 ta` Marzu ta` din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fis-Sixth Form li qed jirċievu stipendju?
Kemm minn dawn jattendu: (a) skejjel statali; (b) skejjel indipendenti; u (ċ) skejjel tal-Knisja?
Jista' l-Ministru jgħid jekk jiġux rrapportati każi mill-kapijiet ta' l-iskola fejn studenti ma jattendux regolarment? Jista' jgħid kemm kien hemm każi f'(a), (b) u (ċ) li twaqqfilhom/tnaqqsilhom l-istipendju matul din is-sena skolastika s'issa? X'kien l-ammont totali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti fis-Sixth Form u istituzzjonijiet edukattivi Post-Sekondarji oħra, fit-28 ta' Marzu 2000, kien ta' 5,044.
Dawn kienu maqsuma hekk:
Skejjel Statali
Junior College Gian Franġisk Abela 2,215
Paolino Vassallo Post-Secondary School 404
Giovanni Curmi, Higher Secondary School 735
M.A. Refalo, Higher Secondary (Gozo) 497
Mother Theresa College (Pre-Voc) 172
Secretarial School, Corradino 156
Pre School (Kindergarten Assistants) 29
Hair Dressing & Beauty Therapy School 79
Umberto Colosso (klassi waħda) 17
Nautical School 25
Stefano Zerafa Tech. Sch. (klassi waħda) 24
TOTAL 4,353
Skejjel tal-Knisja
St Aloysius College 413
De La Salle 186
TOTAL 599
Skejjel Indipendenti
St Edwards College 92
TOTAL 5,044
Informat ukoll li sa l-aħħar ta' Frar li għadda kien hemm 1,471 każi ta' studenti fi skejjel statali li tnaqqsitilhom l-Għotja ta' Manteniment minħabba assenteiżmu mhux ġustifikat. Kien hemm 138 każ fi skejjel tal-Knisja u 46 każ fi skola indipendenti.
Kull każ jista' jkun jinkludi aktar minn jum wieħed ta' assenteiżmu.
L-ammont totali ta' flus imnaqqsa għal dan l-assenteiżmu sa l-aħħar ta' Frar li għadda kien ta' Lm25,473.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet tas-saħħa m'għamlux użu aħjar mill-ħila ta' Dr James N. Casha biex spiċċajna tlifna din il-persuna li issa nħatar konsulent fi sptar fl-Ingilterra u qed jintlaqtu ħażin dawk kollha li kellhom bżonn l-għajnuna tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna msemmija ppretendiet illi tinħatar aġent konsulent mingħajr sejħa għal applikazzjoni u li wara jiġu formalizzati l-proċeduri. Id-Diviżjoni tas-Saħħa opponiet anki għax kien hemm pendenti il-ħatra ta` Chairman u li dan kellu jkollu sehem minn deċiżjonijiet importanti bħal per eżempju l-ħatra ta` konsulenti ġodda. Dr.Casha kien jaf li malli tiġi formalizzata l-ħatra taċ-Chairman, id-Diviżjoni kienet ser tipproċedi bl-applikazzjonijiet għal ħatra ta` konsulenti. Fil-fatt bħalissa qed isiru tħejjijiet amministrattivi. Dr.Casha għażel li ma jistenniex. Għażel li minflok ikompli jagħti s-servizzi tiegħu lill-pazjenti Maltin għal ftit xhur oħra taħt is-superviżjoni ta` konsulent Malti kif kien qabel, imur jaħdem bħala konsulent fi sptar barrani. Ta` min iżid illi Dr.Casha talab biex id-Diviżjoni tibqa` żżommlu battal il-post ta` Senor Registrar li kien jokkupa, ħaġa li d-Diviżjoni aċċettat bil-kondizzjoni li dan japplika għall-post ta` konsulent meta jinħarġu l-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex beħsiebha tinvestiga dak li qal ġurnalista - ismu qed jintbagħat separatament - li llum jaħdem ma' l-Independence Print, Radju 101 u NET TV, fuq il-programm "Xarabank" tal-PBS nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Marzu, 2000 fejn qal li hu kien involut biex logħba tal-football tiġi rranġata xi snin ilu għaliex hekk kien fl-interess ta' team wieħed u li l-pulizija u xi nies oħra kienu jafu b'dan minn qabel? Peress li f'dak li qal il-ġurnalista hemm ammissjoni ta' korruzzjoni, ma jaħsibx li għandha ssir investigazzjoni serja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ngħataw parir legali li peress li l-allegat reat seħħ madwar sittax-il sena ilu kull azzjoni kriminali dwaru issa hija preskritta.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar l-assenteiżmu regolari tul dawn l-aħħar sentejn ta' dawn iż-żewġ studenti li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Huwa biżżejjed li sempliċement jintbagħtu karti lid-djar ta' dawn iż-żewġ studenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Education Welfare Unit ġie informat bin-nuqqas ta' attendenza mill-iskola taż-żewġt iftal mill-missier innifsu.
Il-problema ta' nuqqas ta' attendenza bdiet din is-sena skolastika. Fil-fatt it-tifel imur l-iskola iżda jfalli xi ftit ġranet matul ix-xahar. It-tifla ma bdietx tmur l-iskola mix-xahar ta' Diċembru 1999.
Żjarat id-dar saru mill-Education Social Worker biex isir kuntatt ma' l-omm dwar l-attendenza tat-tfal għall-iskola. Kien hemm kuntatt ukoll ma' membri oħra tal-familja.
Ta' min jgħid li kull meta l-Education Welfare Unit irċieva xi rapport mill-iskola dwar l-attendenza tat-tfal, dejjem ittieħdet azzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-manpower plan il-ġdid għall-bżonnijiet tal-qasam tas-saħħa hux se jkun hemm spinal surgeon?
Se jkun hemm ipprovdut il-personnel meħtieġ għal spinal unit?
Kemm se jkun hemm f'kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-Gvern Malti fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex jilqa' t-talba ta' dawk il-korpi professjonali li jridu li l-uniċi ċittadini ta' l-UE li jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom ikunu profiċjenti fil-Malti u fl-Ingliż?
Response (BORG, JOE)
Din il-materja qed tiġi analiżżata fir-rigward ta'kull professjoni individwali u, wara illi jsir dan, tigi formulata il-pożizzjoni tal-Gvern Malti. Din il-pożizzjoni mbagħad tiġi mressqa quddiem il-MEUSAC għall-approvazzjoni ta'dan il-Kumitat fejn l-Oppożizzjoni għadha tista'tinnomina ir-rappreżentant tagħha jekk hija trid.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Office of Review? Min hemm fl-istrutturi tiegħu? Liema proġetti u liema inizjattivi ħa s'issa mindu nfetaħ dan l-uffiċċju?
Response (GALEA, LOUIS)
L-iskop ta' l-Office of Review huwa li jsaħħaħ il-kapaċita` tad-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fit-twettiq tal-bidliet meħtieġa, jikkoordina u jimmonitorja l-proġetti u l-inizjattivi biex il-pjan ta' ħidma jitwettaq b'mod iktar effiċjenti u effettiv u b'attenzjoni għall-valur skond l-infieq li jsir.
L-Office of Review se jitmexxa minn Change Manager li jirraporta direttament lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru. L-uffiċjali li se jkunu qed imexxu dan l-uffiċju se jintgħażlu permezz ta' sejħa interna.
Uffiċjali mill-Management Efficiency Unit ta' l-Uffiċju tal-Prim Ministru qed jgħinu fit-twaqqif ta' l-Office of Review. Bħalissa, dawn l-uffiċjali qed jevalwaw ix-xogħol tad-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru bħala parti mill-proċess tal-Business Plans. L-Office of Review mistenni jagħti l-appoġġ meħtieġ biex titwettaq il-missjoni tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal minn dawk li għalqu ħames snin matul din is-sena skolastika u suppost qed jattendu l-iskola - iżda għal xi raġuni jew oħra mhumiex jattendu?
X'sar biex jiġu ddentifikati dawn it-tfal biex jibdew jattendu l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kellha indikazzjonijiet li numru relattivament żgħir ta' ġenituri ma kinux qed jirreġistraw lil uliedhom ta' ħames snin fl-Iskejjel Primarji kif kienu meħtieġa jagħmlu bil-liġi. Għalhekk din is-sena, għall-ewwel darba, inbeda proġett fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fuq bażi sperimentali u msejjaħ il-'Good Shepherd Project'. L-għan ta' dan il-Proġett kien li jidentifika tfal li fil-bidu tas-sena skolastika 1999/2000 huma ta' l-eta` ta' l-edukazzjoni obbligatorja, u għalkemm kellhom jiġu reġistrati f'xi skola Primarja f'Malta jew Għawdex (kemm Statali, tal-Knisja jew Indipendenti) għal xi raġuni jew oħra dawn ma ġewx reġistrati. Id-Direttur Ġenerali (Edukazzjoni) ta din il-lista
lid-Dipartiment tal-Welfare fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex tkun investigata.
Mill-ewwel stħarriġ li sar instab li:
a) Tifel bi ħtiġijiet speċjali kien qed jinżamm id-dar u l-
ġenituri tiegħu ma kellhom ebda ħsieb li jiktbuh f'xi skola.
L-isem u l-indirizz ta' dan it-tifel ġew mgħoddija lis-
Sezzjoni Edukazzjoni Speċjali biex dan il-każ isegwuh huma.
b) Żewġ familji rreġistraw lil uliedhom fi skola Primarja
wara li nġabret l-informazzjoni u meta ndunaw li d-Diviżjoni
ta' l-Edukazzjoni kienet għaddejja b'dan il-Proġett.
c) Tifel li kien qed jattendi skola primarja ma kienx jidher fuq
il-Common Data Base tal-Gvern. Irriżulta li dan it-tifel ma
kienx reġistrat l-Insinwa mat-twelid iżda ġie reġistrat ta'
ħames snin meta l-Kap ta' l-iskola talbet lill-ġenituri
tiegħu ċ-ċertifikat tat-twelid maħruġ mir-Reġistru Pubbliku.
Dan iċ-ċertifikat kien meħtieġ biex ikun magħruf in-numru
ta' l-identita` tat-tifel, numru li kien essenzjali għal
dan l-eżerċizzju.
d) Tlett itfal ma kienu reġistrati f'ebda skola sa Jannar 2000.
e) 36 tifel u tifla għadhom qegħdin ikunu nvestigati mis-
Sezzjoni Welfare tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Id-
diffikulta` f'dawn is-36 każ hi li l-indirizz tagħhom inbidel
u dak preżenti mhux magħruf.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jidħol is-servizz ta' l-internet fl-iskejjel tal-gvern? F'liema skejjel se jiddaħħal? Ma' min ġie miftieħem li jiġi pprovdut dan is-servizz?
Min se jieħu ħsieb dan is-servizz min-naħa tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Min fassal il-proġett tad-dħul ta' dan is-servizz? Kif se jkun iffinanzjat is-servizz?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kuntratt bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Maltacom ġie rivedut biex is-servizz ta' l-Internet li jiddaħħal fl-iskejjel ikun jista' jintuża:
i) anke wara t-tlieta ta' wara nofsinhar - (fil-fatt 24 siegħa kull
ġurnata tas-sena)
ii) minn kull persuna tal-lokal li tista' tissieħeb f'xi skema
imniedija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Dawn it-tibdiliet ġew aċċettati mill-Maltacom mingħajr spiża akbar għall-Gvern u mistenni li l-kuntratt formali jiġi ffirmat. Hu maħsub li s-servizz jiddaħħal gradwalment fl-iskejjel kollha tal-Gvern. Fl-abbozz tal-kuntratt hu previst li jkun hemm "Project Team" minn naħa tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li dan ikun jinkludi għalliema u tekniċi minn tad-Diviżjoni kif ukoll Project Manager u tekniċi oħra li jista' jkun li jitqabbdu minn barra d-Diviżjoni.
Oriġinarjament kien maħsub li, jekk ir-riżorsi umani jkunu disponibbli, kien jinbeda pilot project f'żewġ skejjel matul l-1999 u mbagħad wieħed jgħaddi għad-dħul sistematiku f'kull skola. Fil-fatt, dan il-pilot project kien previst fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7793, iżda minħabba n-nuqqas ta' għalliema tekniċi ma setax jitwettaq kif mixtieq.
Il-Proġett tad-dħul ta' dan is-servizz qiegħed jitfassal u qed issir it-talba għar-riżorsi meħtieġa għall-proġett. Informat li t-tfassil tal-proġett jiddependi ħafna fuq ir-riżorsi umani disponibbli kif ukoll il-finanzi li jiġu allokati għall-proġett. Hu mistenni li l-Estimi tas-snin li ġejjin ikollhom provvedimenti għall-iffinanzjar tal-proġett skond il-ħlasijiet previsti fl-abbozz tal-kuntratt u l-ispejjeż previsti fil-pjan tal-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar: (a) importazzjoni; (b) bejgħ; u (ċ) żamma ta' armi ornamentali?
Kemm hemm armi ornamentali reġistrati mal-pulizija? Ta' liema tip huma? Kemm trid tkun ilha prodotta arma biex tiġi kklassifikata bħala ornamentali?
Response (BORG, TONIO)
Il-Policy dwar importazzjoni, bejgħ u żamma ta` armi li jkunu antiki, għadha kif kienet minn Jannar ta` l-1997. Dak iż-żmien ukoll kien ġie deċiż li l-armi kollha tan-nar manifatturati qabel l-1940 jiġu meqjusa bħala 'antiques'. Kif jien infurmat, l-armi antiki reġistrati mall-Pulizija huma kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fl-1999 u fl-ewwel xahrejn u nofs ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu armi llegali mill-pulizija? Ta' liema tip huma? X'isir minnhom?
Isiru spezzjonijiet fil-ħwienet li jbiegħu l-armi biex jkun żgurat li l-armi għall-bejgħ jkunu kollha legali?
Jekk iva, kemm saru f'dan l-aħħar 16-il xahar mill-1 ta' Jannar, 1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul il-perijodu li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, l-armi li qabdet il-Pulizija għax kienu qed jinżammu bi ksur tal-liġi, kienu kif ġej : -
air pistol 2 shotgun 6
machine gun 2 pistol 17
revolver 2 air rifle 4
firing tube 1 nuckle duster 2
slings 2 hunting knives 2
crossbow 1 rifle 2
Meta tinsab arma bi ksur tal-liġi, jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti u l-arma tkun eżebita fil-kors ta` dawn il-proċeduri. L-armi kollha importati jiġu spezzjonati mill-Pulizija qabel ma jkunu rilaxxati mid-Dwana. Ninsab infurmat ukoll li mill-1 ta` Jannar 1999 ma sarux spezzjonijiet fi ħwienet li jbiegħu armi.
Minbarra l-forzi tal-ordni u l-membri ta' l-armata, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u Għawdex li għandhom permessi li jgorru armi għal protezzjoni tagħhom? X'kienu r-raġunijiet għaliex ingħata dan il-permess?
Kien hemm xi applikazzjonijiet li saru matul l-1995 u fl-ewwel xhur ta' din is-sena u ġew rifjutati? Għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent m`hawn l-ebda persuna li għandha t-tip ta` liċenzja li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fiż-żmien speċifikat ma kienx hemm applikazzjonijiet għal tali liċenzji.
Minn Settembru 1999 sal-lum kemm-il darba ġew konsulenti barranin b'timijiet mediċi u para-mediċi magħhom li ġew jagħmlu xogħol fil-qasam ortopediku?
Kull darba min ġie? Kemm swew kull darba li ġew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn Settembru 1999 sal-lum ġew żewġ konsulenti barranin bit-timijiet paramediċi tagħhom biex jagħmlu operazzjonijiet ortopediċi.
Darba ġie Mr. T. Morley u darba oħra ġie Mr. J. Lehovsky.
L-ispiża globali għaż-żewġ timijiet kienet ta` LM21,803.