Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15451 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MUT — Ftehim Kollettiv

Question

Jaħseb il-Ministru li tkun idea tajba li fi ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Union of Teachers jidħol l-għarfien ta' kwalifika tan-nurses bħala li tkun waħda minn dawk li jkun hemm allowance għaliha, fid-dawl ta' l-edukazzjoni inklussiva u l-bżonn ta' nurses li jamministraw mediċina lit-tfal b'diżabilita' fl-iskejjel, peress li hemm kindergarten assistants bi kwalifiki ta' nurse imma bħalissa din il-kwalifika ma tintgħarafx għal skop ta' allowance?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ftehim dwar il-Klassifikazzjoni u Ristrutturar tal-Facilitators u l-Kindergarten Assistants diġa' jipprovdi għall-allowances għall-kwalifiki relevanti fl-erba' livelli ta' Dottorat, Masters, First Degree u Diploma, l-istess kif hemm provdut fil-Ftehim dwar l-Għalliema u anke f'dak ta' l-Instructors.
Leg 9 PQ #15452 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-djar tal-Baħrija se jitqabbdu mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tqabbid tal-villaġġ tal-Baħrija mas-sistema nazzjonali jifforma parti mill-iskop tal-Master Plan tad-Drenaġġ iżda mhuwiex ikkunsidrat bħala prijorita' f'dan l-istess plan. Minkejja dan, id-Dipartiment tad-Drenaġġ diġa' kien ħejja xi studji preliminari bl-intenzjoni li nistħarġu proposti varji f'dan ir-rigward. Madankollu mhuwiex mistenni jinbeda xi xogħol qabel is-sena 2005.
Leg 9 PQ #15453 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Triq Galilei - Fossa

Question

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2000, kemm saret sorveljanza biex jiġi żgurat li l-fossa ma tfurx fi Triq Galilei fil-Kortin tal-Mellieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li sorveljanza fuq il-fossa fi Triq G. Galilei, Kortin, Mellieħa fl-ewwel tliet xhur tas-sena saret mill-ispettur tas-Saħħa tad-distrett fid-dati segwenti: 13 u 21 ta` Jannar 2000, 3, 14 u 25 ta` Frar 2000, 8 u 23 ta` Marzu 2000. Din il-fossa qegħda tiġi mbattla regolarment kull gimgħa u l-ebda ilment li din il-fossa kienet qegħda tfur matul il-perjodu ndikat ma` ġie irrapurtat lil dan id-Dipartiment.

San Ġiljan — Triq Birkirkara - Għargħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tiġi solvuta l-problema tal-għargħar tax-xita fi Triq Birkirkara f'San Ġiljan u li l-Ministru rrifera għaliha f'mistoqsija parlamentari numru 12734?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntratt għat-tieni fażi ta` dan il-proġett ingħata mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet tal-Ministeru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #15455 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Qala Hostel — Officer in Charge

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għas-sejħa ta' Officer in charge Qala Hostel li ħarġet fid-19 ta' Jannar, 2000? Min intagħżel u meta rċieva l-ittra tal-ħatra? Jekk ma ntgħażel ħadd, għaliex? Meta se jintagħżel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kien hemm applikazzjoni waħda għas-sejħa ta' Uffiċċjal Inkarigat mill-Qala Hostel li ħarġet fid-19 ta' Jannar 2000. Ma ntagħżel ħadd għal din il-kariga għaliex hemm il-ħsieb li fix-xhur li ġejjin isiru xogħlijiet ta' refurbishment u tkomplija ta' kostruzzjoni fl-istess Hostel biex dan jibda' jifforma parti miċ-Ċentru ta' Taħriġ ta' l-ITS li jinsab fl-istess post. Minħabba x-xogħlijiet imsemmija li ser jibdew dalwaqt, il-Hostel mhux ser ikun jista' jintuża'. Madankollu, sakemm jinbeda x-xogħol, id-dmirijiet ta ' uffiċċjal inkarigat qegħdin jitwettqu mill-għalliem inkarigat mill-ITS (Qala).
Leg 9 PQ #15456 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Professjonisti - Eżerċizzju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest l-eżerċizzju li xahar ilu l-ministru qal li qed jiġi ffinalizzat biex jiġi stabbilit bħala medja kemm jiddikjaraw li jaqilgħu l-kategoriji differenti ta' professjonisti bħal avukati, tobba, periti, nutara u accountants? Jista' jagħti t-tagħrif kategorija b'kategorija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-analiżi ġiet iffinalizata u ser tiġi ppublikata dalwaqt.
Leg 9 PQ #15445 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kottonera

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14372 fejn il-Ministru semma "miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva li jiffavorixxu aktar lil dawn it-tfal" tal-Kottonera, jista' jgħid matul din is-sena skolastika x'miżuri konkreti ttieħdu ta' din ix-xorta? X'miżuri ta' din ix-xorta qed jiġu ppjanati għas-sena skolastika d-dieħla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li barra għajnuna li ngħatat mis-servizz mogħti mill-peripatetic teachers beda wkoll jitħejja Literacy Programme li se jiġi mwettaq, fost skejjel oħra, f'dawk ta' Bormla, l-Isla u l-Birgu. Dan il-programm ikun imfassal fuq il-bżonnijiet ta' l-iskola partikolari hekk kif ġew identifikati fil-Baseline Assessment li sar f'Mejju 1999. Il-programm jinħadem f'kollaborazzjoni mill-qrib ħafna ma' l-għalliema u jkun gwidat mil-Literacy Unit ta' l-Universita` u mill-Complementary Education Unit tad-Dipartiment tal-Kurrikulu. Informat ukoll li l-Programm se jibda jkun implimentat minn Settembru 2000.
Leg 9 PQ #15446 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Strutturi llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi nfurzata d-deċiżjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex mill-Pescatore f'San Pawl il-Baħar jitneħħew l-istrutturi llegali, ħġieġ u aperturi ta' l-aluminium biex iservu ta' sound proofing? Jista' jgħid x'qed iżomm lill-awtorita' milli tesegwixxi d-deċiżjoni tagħha?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 12263 u Nru. 12264, ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tikkunsidra dan il-każ mal-ħafna oħrajn li hemm.
Leg 9 PQ #15447 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Assoċjazzjonijiet ta' Maltin barra — Rakkmandazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar konkretament mill-gvern matul ix-xhur ta' Frar u Marzu 2000 biex jintlaqgħu u jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet li saru lill-gvern tiegħek mill-mexxejja ta' l-assoċjazzjonijiet tal-Maltin f'pajjiżi oħra li ltaqgħu fil-konvenzjoni fostna ta' bejn il-25 ta' Jannar u l-1 ta' Frar 2000? Mill-21 rakkmandazzjoni li saru liema ntlaqgħu u liema beda jsir xi xogħol fuqhom?

Response (BORG, TONIO)

Kienet koinċidenza ferrieħa li waqt li kienet qed tiltaqa` il-Konvenzjoni, il-proposti taċ-ċittadinanza doppja ġew mgħoddija mill-Parlament. Apparti milli twettqet wegħda elettorali mall-emigranti Maltin, din il-proposta intlaqgħet b`sodisfazzjon kbir mill-Maltin li jgħixu barra.
Leg 9 PQ #15448 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Public Service (Procurement) Regulations — Klawsola 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom reġgħet daħlet fis-seħħ mill-15 ta' Marzu, 2000 klawsola 13 tat-Tmien skeda tal-Public Service (Procurement) Regulations? Mindu reġgħu daħlu dawn il-proċeduri kemm ħarġu sejħiet għall-offerti li jiswew Lm250,000 u iżjed?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-raġuni bażika li għaliha reġgħet iddaħlet fis-seħħ Klawsola 13 u t-Tmien Skeda ta` l-`Public Service Procurement Regulations` hija li din il-proċedura hija mmirata li tiżgura aktar serjeta` u professjonaliżmu fil-mod kif jiġu mitfugħa offerti għall-kuntratti ta` valur sostanzjali. Barra minnhekk din il-proċedura iddaħħal element qawwi ta` dixxiplina f`dawk li jippreparaw tenders kif ukoll f`dawk li jitfgħu offerti bħal dawn, minħabba l-fatt illi ksur tal-kundizzjonijiet ta` l-offerta safejn għandha x`taqsam proċedura u speċifikazzjonijiet tirriżulta fl-iskwalifika ta` l-offerta. Mill-15 ta` Marzu `l hawn id-Dipartiment tal-Kuntratti ħareġ sejħa waħda għall-offerti li tiswa `l fuq minn Lm250,000.
Leg 9 PQ #15449 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MUT — Ftehim Kollettiv

Question

Jaħseb il-Ministru li fi ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Union of Teachers ikun hemm linji ċari tar-responsabbiltajiet tal-kapijiet ta' l-iskejjel fuq il-minor staff biex dan ma jibqax jiġi mċaqlaq mis-segretarjat tal-ministeru bla konsultazzjoni u kunsens tal-kapijiet u jaħsibx li wasal iż-żmien li jkun hemm definizzjoni ċara tad-dmirijiiet tal-general hands biex il-kapijiet, ikunu jafu x'jistgħu jqabbduhom jagħmlu fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Diġa' qed isir xogħol biex jiġu ċċarati r-responsabbilitajiet tal-kapijiet ta' l-iskejjel fuq il-minor staff u d-definizzjoni tad-dmirijiet tal-general hands.
Leg 9 PQ #15450 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MUT — Ftehim Kollettiv

Question

Jaħseb il-Ministru li fi ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Union of Teachers għandhom jitneħħew ċerti riġiditajiet fil-ftehim ta' l-1994 dwar min jista' jikkwalifika biex jimla' l-postijiet ta' subject co-ordinators, assistenti kapijiet, kapijiet, uffiċjali edukattivi u assistenti diretturi biex tittaffa l-problema li nħolqot li ftit qed ikun hemm japplikaw għal dawn il-postijiet tant importanti għat-tmexxija tajba tas-sistema edukattiva f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva.
Leg 9 PQ #15439 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Żjut

Question

Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kemm-il vapur daħal f'Malta bil-bżonnijiet taż-żjut għall-Enemalta? X'ammonti ta' żjut kellhom fuqhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Infurmat li matul l-ewwel tlitt xhur ta` din is-sena dahlu Malta 18-il vapur b`taghbijiet totali ta` 167,507,008 tunellati metrici ta` prodotti varji ghall-uzu tal-Korporazzjoni Enemalta.

Organizzazzjonijiet non Governattivi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta se titressaq liġi li fost affarijiet oħra tobbliga organizzazzjonijiet non-governattivi jippubblikaw rendikont awditjat tal-fondi li jiġbru mingħand il-pubbliku kif ukoll rapport dettaljat kif dawn jintnefqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xogħol marbut mal-liġi li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant jinsab fi stadju avanzat. Nixtieq iżda nirrimarka li l-promozzjoni tal-volontarjat huwa fost l-għanijiet prinċipali tal-liġi.
Leg 9 PQ #15441 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13544 dwar ix-xogħol ta' manutenzjoni li se jsir fl-iskejjel statali?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #15442 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ġnejna — Slipway

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir slipway fil-Ġnejna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Ġnejna jeżistu diversi slipways. Hemm slipways fuq in-naħa tal-boathouses fejn l-uniku aċċess huwa permezz tal-baħar u hemm slipway wieħed mqatta' ġol-blat li huwa aċċessibli mit-triq. Il-bini ta' slipway ġdid huwa diffikultuż minħabba raġunijiet ambjentali.
Leg 9 PQ #15443 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imġarr — Xagħra tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi nstallata kaxxa tal-posta fl-inħawi magħrufa bħala x-Xagħra tal-Knisja, fl-Imġarr, Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fl-Imgarr diga` hemm tlitt kaxxi ta` l-ittri, figura oghla minn dik rakkomandata mill-Unjoni Postali Universali ghad-daqs ta` dan il-lokal. Ghalhekk mhemmx hsieb li dan in-numru ta` kaxxi ta` l-ittri jizdied. Madanakollu l-Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali ghal caqlieq ta` wahda mill-kaxxi ta` l-ittri ezistenti b`mod li r-residenti tal-lokal imsemmi jinqdew ahjar, s`intendi minghajr ma jinholoq ebda inkonvenjent ghaz-zona originali.
Leg 9 PQ #15444 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mġarr — Telephone Booths

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu nstallati telephone booths f'dawn il-lokalitajiet fl-Imġarr, Malta: 1) fix-Xagħra tal-Knisja; fil-Ġnejna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fix-Xaghra tal-Knisja, fl-Imgarr, hemm zewg telephone booths, wahda minnhom twahhlet din is-sena. Ghaldaqstant ma jidhirx li hemm il-htiega ta` aktar telephones pubblici f`dan il-post. Dwar il-Gnejna, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 15102 fis-Seduta 271.
Leg 9 PQ #15430 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex ix-xogħol fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tiġne' isir skond il-linji espressi fir-riżoluzzjoni numru 3 ta' Din l-Art Ħelwa li qed tintbagħat separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi x-xogħlijiet ta' restawr, kif ukoll proposta ta' żvilupp fil-proġett ta' Manoel Island u Tigne' huma regolati mill-kuntratt u mill-permess ta' l-iżvilupp.
Leg 9 PQ #15431 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fix-xogħol fuq il-proġett tal-Kottonera jiġi rispettat dak li hemm imniżżel f'riżoluzzjoni numru 2 ta' Din l-Art Ħelwa li qed tintbagħat separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi x-xogħlijiet ta' restawr, kif ukoll kull proposta ta' żvilupp fil-proġett tal-Kottonera huma regolati mill-kuntratt u mill-kundizzjonijiet tal-permess ta' l-iżvilupp.