Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti li juru li hemm xi relazzjoni statutorja bejn iċ-Ċentru għall-Istudji tar-Restawr u l-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopji ta' l-Istatut iffirmat bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Universita` qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu mill-ministeru bejn Frar 1999 u Frar 2000 biex jibda jimplimenta r-rakkmandazzjonijiet li aċċetta mir-rapport li għamillu l-Working Committee li ħatar f'Ottubru 1998 u li ressqulu fi Frar 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
F'Ottubru 1998 innominajt żewġ kumitati:
a) Students Stipend Scheme Commission, u b) MATSEC Analysis Facilitating Board. Napprezza indikazzjoni liema minn dawn jinteressaw l-Onor. Kollega minħabba li ebda Rapport mhu datat Frar 1999.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa segwiex l-Unjoni Ewropea li f'direttiva ordnat it-tneħħija mis-suq ta' mediċini li jneħħu l-ġuħ u b'hekk jintużaw minn nies li jkunu qed jagħmlu d-dieta? Kemm hemm minn dawn il-mediċini għall-bejgħ f'Malta? Dawn jittieħdu bi preskrizzjoni speċjali fuq karta maħruġa mid-dipartiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa isegwi x`jiġri f`pajjiżi oħra inkluz dawk ta` l-Unjoni Ewropeja, imma ma jiġix infurmat immedjatament u uffiċjalment fuq deċiżjonijiet ta` l-awtoritarjiet tas-saħħa dwar tneħħija jew sospensjoni ta` mediċini minn fuq s-suq.
L-informazzjoni li rċieva d-dipartiment tas-saħħa dwar it-tneħħija ta` mediċini tal-ġuħ minn fuq is-suq Ewropew s`issa kienet biss opinjoni tal-kumitat espert li ġiet referita lill-Kummissjoni Ewropeja. Id-dipartiment għadu ma rċieva l-ebda pożizzjoni uffiċjali li ħadet il-Kummissjoni Ewropea dwar dan ir-rigward.
Huwa l-obligu u r-responsabilita` tal-persuna risponsabli fi ħdan il-kumpanija importatriċi tal-prodott li tinforma lid-dipartiment tas-saħħa dwar bdil fil-liċenzjar tal-prodotti konċernati barra minn Malta.
Tnejn mill-prodotti li għandhom `fenfluramine` u `dex-fenfluramine` bħala ingredjenti kienu ġew irtirati mis-suq lokali fis-17 ta` Settembru 1997. L-uniku mediċina li għad hawn fuq is-suq lokali hija `phentermine` li tiġi preskritta fuq riċetta ħadra bħala mediċina kontrollata. Din il-mediċina ma titqassamx lill-pazjenti mis-servizz governativi.
Id-dipartiment segwa mill-qrib din is-sitwazzjoni u rċieva informazzjoni fis-6 t`April mill-awtorita tas-Saħħa Ingliża wara deċiżjoni li ttieħdet mill-kummissjoni Ewropeja. Id-dipartiment ħa azzjoni ibbażata fuq din id-deċiżjoni u waqqaf l-importazzjoni u t-tqassim tal-mediċina `phentermine` minn fuq is-suq lokali. It-tobba u l-ispiżjara kollha ġew notifikati dwar din id-deċiżjoni b`ċirkulari maħruġa mid-dipartiment tas-Saħħa fis-7 t`April 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw siringi b'xejn mill-isptarijiet, kliniċi tas-saħħa, eċċ. separatament għax-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Ikun possibbli li jingħad kemm inġabru minn dawk li jabbużaw mid-droga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Sirinġi Siringi lill-persuni li TOTAL
lill-dijabetiċi abbużaw mid-droga
--------------------------------------- ------------------------
Jannar 2000 24362 11582 35944
------------------------------------------------ ---------------
Frar 2000 24404 10822 35226
___________________________________________ ____________________
Marzu 2000 25662 13399 39061
___________________________________________ ____________________
TOTAL 74428 35803 110,231
_________________________________________ ______________________
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni għall-edukazzjoni għandhiex xi kontroll fuq eżamijiet ta' barra, bħalma huma dawk ta' l-Universita' ta' Londra u l-IGCSE (International General Certificate of Secondary Education)? Hemm xi kontroll fuq il-miżati mħallsa għal kull eżami, għaliex xi ġenituri lmentaw miegħi li kellhom iħallsu Lm18 għal kull eżami? Id-diviżjoni tiġi nfurmata dwar l-organizzazzjoni, numru ta' studenti li joqogħdu għall-eżami, eċċ? Ir-riżultati jintbagħtu lid-diviżjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha ebda kontroll fuq l-eżamijeit ta' barra. Filfatt huwa d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet li huwa biss l-aġent ta' Universitajiet Barranin.
Għar-rigward tal-miżati, informat li d-Dipartiment kull ma jagħmel huwa li jikkonverti l-miżati mitluba mill-Universitajiet barranin għal liri Maltin skond ir-rata tal-Kambju. Għall-eżamijiet tas-Sajf 2000, l-Universita` ta' Londra iffissat miżata ta' 24 lira sterlina (Lm15.80) għall-eżamijiet f'livell ordinarju u 44 lira sterlina (Lm28.85) għall-eżamijiet f'livell avvanzat.
Fl-aħħarnett informat li, għar-rigward ta' l-organizzazzjoni, numru ta' studenti u r-riżultati miksuba, id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet ikollu konsultazzjonijiet mal-Kapijiet ta' l-iskejjel li jkunu se jkunu ċentri ta' l-Eżamijiet. Dawn jiġu informati bid-dati u bin-numru ta' studenti allokati f'dak iċ-Ċentru partikolari. Kopja tar-riżultati tintbagħat lill-iskejjel rispettivi li jressqu studenti għall-eżamijiet u kopji oħra jinżammu fid-Dipartiment għall-użu ta' min ikun jeħtieġhom, inkluż allura uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn persuni biex joqogħdu għat-test tal-liċenzja tas-sewqan?
Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull xahar f'Jannar, Frar u Marzu?
Kemm iddum persuna biex tagħmel it-test wara li tkun daħlet l-applikazzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet għandu 1,318 applikazzjonijiet minn persuni biex joqogħdu għat-test tal-liċenzja tas-sewqan.
F`Jannar, Frar u Marzu applikaw 535,712 u 787 persuni rispettivament biex joqogħdu għat-test.
Normalment persuna ddum bejn sitta u għaxar ġimgħat biex tagħmel it-test wara li tkun applikat, iżda dan jiddependi dejjem minn numru t`applikazzjonijiet li jkollu d-Dipartiment, u wkoll miż-żmien li min jagħmel l-applikazzjoni jdum biex jipprepara ruħu għat-test.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bħalissa li daħlu Malta u li qegħdin taħt il-kustodja tal-pulizija f'Ta' Kandja jew f'postijiet oħra?
Ta' liema nazzjonalita' huma? Kemm minn dawn talbu l-istatus ta' refuġjati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bhalissa n-numru ta` barranin li dahlu Malta u li qeghdin fil-kustodja tal-Pulizija hu ta` 16. Dawn kollha jinsabu mizmuma fil-kumpless gewwa Ta` Kandja.
In-nazzjonalita` ta` dawn il-persuni hi kif gej : -
Marokkina 1 Egizzjana 2 Sri Lanka 5
Sierra Leone 1 Nigerjana 2 Algerina 1
Pakistana 1 Liberjana 1 Tanzanija 1
Stateless 1
Ninsab infurmat ukoll li 14 minn dawn il-persuni ghamlu talba lill-U.N.H.C.R. ghall-istatus ta` refugjat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest l-eżerċizzju li xahar ilu l-ministru qal li qed jiġi ffinalizzat biex jiġi stabbilit bħala medja kemm jiddikjaraw li jaqilgħu l-kategoriji differenti ta' professjonisti bħal avukati, tobba, periti, nutara u accountants? Jista' jagħti t-tagħrif kategorija b'kategorija?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-analiżi ta` `returns` li daħlu għas-sena bażi 1998.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14459, jista' l-Viċi Prim Ministru issa jagħti l-figuri mitluba ta' nisa li wżaw id-Detox Centre fi Frar? Jista' jagħti l-figuri għall-Marzu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul Frar, in-numru ta' nisa li wżaw iċ-Ċentru tad-Detox għall-kura mill-abbuż tad-droga, kien kif ġej:
Numru totali : 63
Minn dawn:
- Mara waħda kienet taħt it-18-il sena;
- L-iżgħar persuna għandha 17-il sena;
- Żewġ nisa wżaw dan iċ-Ċentru għall-ewwel darba fix-xahar ta'Frar.
L-informazzjoni mitluba fuq ix-xahar ta' Marzu tingħata aktar il quddiem minħabba li għadha ma nġabritx kollha.
Issa li reġa' għadda xahar ieħor mindu l-Ministru wieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14461 dwar kodiċi ta' l-ilbies ta' l-għalliema billi qal li se toħroġ ċirkolari dwar dan fil-futur qarib, jista' jgħid jekk hemmx xi żviluppi?
Response (GALEA, LOUIS)
Iċ-ċirkulari li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru ħarġet nhar it-3 ta' Marzu 2000. Kopja tagħha ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja liema huma dawk l-għases li se ssir manutenzjoni fihom? Għalkemm isir xogħol f'ħafna mill-għases, jista' jgħid liema huma dawk li fihom se jsir xogħol kbir? Kemm huwa stmat li se jintnefaq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hija procedura normali li matul is-sena jsir xoghol ta` manutenzjoni f`dawk l-ghases tal-pulizija li l-aktar jkollhom bzonn. Dan l-ezercizzju ilu sejjer numru ta` snin u kull sena jintghazlu xi ghases li jsirilhom xoghol izjed estensiv. Din is-sena qed isir xoghol ta` din ix-xorta fl-ghassa tal-Mellieha u dik ta` Hal Qormi.
Ninsab infurmat ukoll li n-nefqa totali fuq dan it-tip ta` xoghol hija stmata li tlahhaq madwar Lm15,000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15037 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma saret l-ebda spezzjoni fi ħwienet li jbiegħu l-armi mill-1 ta' Jannar, 1999? Kemm hemm ħwienet li għandhom permess li jbiegħu l-armi? F'liema lokalita' jinstabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-prezent hawn 42 hanut licenzjat sabiex ibiegh l-armi li jinsabu mqassma kif gej : -
B`Kara 3 Rabat 3 San Gwann 4
Haz Zebbug 2 Bidnija 1 Qormi 2
Luqa 3 Tarxien 1 St. Venera 2
Mosta 2 Kirkop 2 Mellieha 1
Msida 1 Marsaxlokk 1 Paola 2
Siggiewi 1 Valletta 2 Zabbar 1
Naxxar 1 Victoria 3 Xaghra 3
Nadur 1
Ninsab infurmat ukoll li spezzjonijiet f`dawn il-hwienet isiru fejn ikun hemm suspett ta` abbuz.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'permessi għandha l-kumpannija tat-Timeshare Worldwide Holiday biex timpjega Maltin u barranin magħha?
Xi spezzjonijiet saru mill-ETC minn Settembru 1999 sal-lum biex jiġi stabbilit jekk din il-kumpannija hijiex tħaddem Maltin u barranin bla ktieb tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, minn żmien għal żmien tagħmel spezzjonijiet f'diversi kumpaniji u organiżżazzjonijiet.
Il-Korporazzjoni dejjem taġixxi b'mod immedjat meta, jew tirċievi xi rapport jew ikollha xi suspett li hemm xi persuni jaħdmu b'mod illegali. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni ma għandha l-ebda tagħrif dwar il-kumpanija bl-isem "Timeshare Worldwide Holiday' għaldaqstant l-informazzjoni li qed tintalab ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jappoġġja t-talba ta' dawk - dokument qed jintbagħat separatament - li jixtiequ li sit li jista' jiġi żviluppat għal faċilitajiet rikreattivi u sportivi ma jingħatax lil min irid jagħmel pompa tal-petrol fil-post b'detriment għall-facilitajiet sportivi eżistenti u għall-iskola tal-gvern fil-viċin?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Membru għal Risposta 14678 mogħtija mill-kollega l-Onor. Ministru ta' l-Intern, inżid li ninsab informat li d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ma għandux ta' żvilupp fis-sit konċernat għax is-sit ma jaqax fil-kriterji stabbiliti.
Għar-rigward tad-detriment imsemmi jidhirli li għandi noqgħod fuq id-deċiżjoni meqjusa ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, li nifhem li tkun ukoll qed tieħu in konsiderazzjoni l-pożizzjoni dikjarata tal-Kunsill Lokali.
Jikkonferma l-Ministru li twaqqfu sotto-kumitati biex jiddiskutu l-implimentazzjoni ta' partijiet tal-kurrikulu nazzjonali? Jista' jagħti lista tal-membri ta' dawn is-sotto-kumitati? Meta għandhom jippreżentaw ir-rapport finali tagħhom? Xi jkun il-pass li jmiss wara li jsir dan ir-rapport finali?
Response (GALEA, LOUIS)
Nikkonferma li twaqqfu 18-il Sotto-Kumitat biex jiddiskutu l-implimentazzjoni ta' partijiet tal-Kurrikulu Nazzjonali. Lista ta' dawn il-Kumitati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Dawn il-Kumitati mistennija jippreżentaw ir-rapporti finali sa l-aħħar ta' Mejju.
Il-pass li jmiss hija Konferenza Nazzjonali li fiha jiġu ppreżentati u diskussi dawn ir-rapporti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru mal-familji li joqogħdu fi Blokk 5, tal-qasam tad-Djar f'St George's, Pembroke dwar akkomodazzjoni alternattiva meta jitwaqqa' dan il-blokk biex jinbena ieħor? Sar qbil fuq fejn, kif u meta dan se jsir? Kemm hemm familji nvoluti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għadhom ma sarux diskussjonijiet dwar akkomodazzjoni alternattiva billi l-ewwel irid joħroġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Madankollu r-residenti ġew mogħtija assigurazzjoni li ser isiru diskussjonijiet magħhom dwar dan is-suġġett proprju meta jkun ħareġ il-permess. In-numru ta' familji affettwati hu ta' 9.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14458, jista' issa l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figura mitluba għax-xahar ta' Frar? Jista' wkoll jagħti l-figuri għall-Marzu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul Frar, in-numru ta' persuni li wżaw iċ-Ċentru tad-Detox għall-kura mill-abbuż tad-droga, kien kif ġej:
Numru totali: 535
Minn dawn:
- marru għall-ewwel darba 13;
- kienu ta' nazzjonalita' barranija 53;
- l-ikbar persuna minn dawk kollha li attendew għandħa 55 sena;
- l-iżgħar persuna minn dawk kollha li attendew għandha 17-il sena;
- l-ikbar persuna minn dawk li attendew għall-ewwel darba għandha 35
sena;
- l-iżgħar persuna minn dawk li attendew għall-ewwel darba għandha 17-il
sena.
L-informazzjoni mitluba fuq ix-xahar ta' Marzu tingħata aktar il-quddiem minħabba li għadha ma nġabritx kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel li nhar l-10 ta' Marzu, 2000 segwew iċ-ċirkolari biex jieqfu għal 20 minuti u jaqraw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn stħarriġ li sar irriżulta li kważi l-iskejjel primarji kollha segwew iċ-ċirkolari u għamlu 20 minuta qari fl-10 ta' Marzu.
Informat ukoll li madwar nofs l-iskejjel sekondarji segwew l-istess ċirkolari.