Jikkonferma l-Ministru li l-iskola sekondarja tas-subien San Ġużepp ta' Kordin se tmur bl-istaff u bl-istudenti fil-bini ta' dik li s'issa hi l-iskola tas-snajja' Dun Ġwann Mamo, tal-Marsa?
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jsiru f'kull każ il-workshops għat-technology education fl-iskejjel sekondarji tas-subien li se jżomm fihom l-istudenti li qabel kienu jridu jmorru fl-iskejjel tas-snajja'?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed jitħejjew pjanijiet biex jinfetħu workshops fl-iskejjel sekondarji tas-subien skond kif ġej:
Skola Kumment
Vincenzo Borg Brared, Il-workshop ser jinfetaħ fil-home
B'Kara economics block f'kamra li diġa'
qed tintuża għal skop simili
Lorenzo Gafa`, Fortini Il-workshop ser jinfetaħ fi blokk
ġdid li qiegħed jinbena
Antonio Bosio, Gżira Workshop tal-Crafts ser jiġi addatat
u mkabbar għal dan l-iskop
Frans X Attard, Marsa Qed jinbena blokk mill-ġdid li fih
ser ikun hemm workshop
Sir Temi Żammit, Mtarfa Ser jitlesta workshop ħdejn dak tal-
Crafts
Ġuże` D'Amato, Paola Kamra li fil-preżent qed tintuża għal
Art u Crafts ser tiġi konvertita għal
dan l-iskop
Ġuże` Galea, Qormi Qed tiġi identifikata kamra
Vincenza Buġeja, Ser jinbena workshop ħdejn dak tal-
Santa Venera Craft
Dun Karm Psaila, Żebbuġ Qed jiġi kkonvertit workshop li bħal
issa mhux użat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tieħu r-refunds tal-VAT dovuti lilha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-refund tal-VAT mitlub mill-persuna li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament ġie approvat u mibgħut lill-persuna kkonċernata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-assistent kap ta' l-iskola primarja B tal-Fgura qed jordna lit-tfal jattendu bil-kit ta' l-isports u jilbsuh taħt l-uniformi, meta bdiet is-sħana?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola għandha t-tracksuit li jintlibes fuq il-P.E. Kit darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa tul iż-żmien tax-xitwa.
Meta bdiet is-sħana, it-tfal ingħataw struzzjonijiet biex it-tracksuit ma jilbsuhiex aktar minħabba li ssaħħan. Ingħataw struzzjonijiet biex minflok jilbsu l-P.E. Kit taħt l-uniformi jew jieħdu l-Kit magħhom u jbiddlu fl-iskola qabel il-lezzjoni tal-P.E.
Xi ġenituri urew ix-xewqa li t-tfal imorru bix-shorts abjad mid-dar. L-amministrazzjoni ta' l-iskola ma taqbilx. L-amministrazzjoni tixtieq li t-tfal jidħlu fl-iskola u joħorġu minnha bl-uniformi.
L-assistent kap ta' l-iskola, ma tax ordnijiet iżda segwa r-regolamenti ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar il-ftehim ta' koperazzjoni bejn il-koperattiva u l-KSU? Min iffirma l-ftehim u għan-nom ta' min? X'iggwadanjat il-KSU? Hemm ftehim bejn l-Universita' u l-KSU li jippermetti lill-KSU tgħaddi l-użu ta' proprjeta' ta' l-Universita' lill-koperattiva? Il-KSU favur dan il-ftehim?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tħallas il-koperattiva lill-KSU għal użu tal-ħanut li tmexxi l-Universita'? Meta sar l-aħħar pagament dovut lill-KSU mill-koperattiva? Kemm se tħallas il-koperattiva għal użu tal-ħanut li tmexxi l-Junior College? Dawn il-pagamenti x'ikopru?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar il-ftehim bejn il-koperattiva fl-Universita' u t-terzi persuni magħżula? Min iffirma l-ftehim u għan-nom ta' min? Għal kemm tul ta' żmien sar? Meta saret l-għażla? Fuq liema bażi saret l-għażla u minn min? Kemm kellha membri l-koperattiva meta saret l-għażla? Min intgħażel? Veru li l-koperattiva kienet falluta meta saret l-għażla? F'liema stat finanzjarju tinsab il-koperattiva bħalissa? Kien hemm ħlasijiet pendenti oħra barra dawk mal-KSU meta saret l-għażla? Kif kienu onorati?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub irid jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ma kienx impjegat management professjonali mal-koperattiva minflok sar ftehim ma' terzi persuni? Kemm kienet timpjega nies il-koperattiva meta saret l-għażla? X'se jsir minnhom? Il-ftehim imsemmi jkopri n-negozju tal-koperattiva ġewwa l-Junior College wkoll?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-Pescatore ta' San Pawl il-Baħar, mindu beda jintbagħtu pulizija filgħaxija biex ikun fil-bini fejn u waqt li jsir iż-żfin, qed jagħlaq fis-1.00 a.m. flok fil-11.00 p.m.? B'dan il-mod qed tiġi nfurzata l-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien minn nhar il-Ħadd 21 ta` Mejju 2000 li reġgħu bdew jintalbu żewġ pulizija għal extra duty fil-post li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Dawn naqsu li jinfurzaw il-liġi u kien wara intervent mill-Pulizija ta` l-Għassa tal-Qawra fuq rapport bit-telephone li l-mużika twaqqfet. Ninsab infurmat ukoll li ser jittieħdu proċeduri dixxiplinarji kontra ż-żewġ membri tal-Korp li kienu extra duty, filwaqt li ser jittieħdu proċeduri kriminali kontra s-sid. Il-Pulizija tad-Distrett ingħataw ukoll struzzjonijiet sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm ripetizzjoni ta` dan l-abbuż.
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena skolastika/akkademika sal-lum kemm kien hemm każi notifikati ta' tuberkolożi fil-livell, primarju, sekondarju, post-sekondarju u terzjarju? X'passi ttieħdu f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena skolastika/akkademika sal-lum kien hemm każ wieħed ikkonfermat ta` tuberkulożi u li qiegħed fil-livell ta` edukazzjoni terzjarja. Il-passi li jittieħdu jinkludu 'contact tracing' u trattament bil-mediċini fejn meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjani maħsuba għar-restawr ta' l-arazzi tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann? Fiex jikkonsistu dawn il-pjani?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi fl-1993, id-Dipartiment tal-Mużewijiet kien ikkommissjona rapport iddettaljat fuq il-kundizzjoni ta' l-arazzi fil-Mużew ta' San Ġwann flimkien ma' rapport fuq proposti għal laboratorju tar-restawr għall-istess arazzi. Il-kummissjoni teknika li studjat il-proposti waslet għall-konklużjoni li l-aħjar soluzzjoni "long term" għall-konservazzjoni ta' l-arazzi kien li l-proposta għal-laboratorju jiġi ntegrat mal-pjanijiet għaċ-ċentru tar-restawr ġo Bighi. Minn dak iż-żmien, fl-1997, ġew irrestawrati tnejn mill-arazzi ta' San Ġwann, liema restawr sar fil-Laboratorju De Witt, ġo Mechelen, Belgium, permezz ta' fondi mid-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-Muniċipalita` ta' Antwerp, u li wara kienu esibiti ġo wirja internazzjonali dwar l-artist barokk Rubens, ġo Antwerp.
Issa li twaqqaf iċ-ċentru tar-restawr f'Bighi, fejn qegħdin jiġu mħarrġa restawraturi fil-qasam ta' tessuti, huwa maħsub li jkun hawn nies speċjalizzati u apparat, biex jitħejjew pjanijiet għar-restawr ta' l-arazzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minn Settembru 1999 sal-lum biex id-drenaġġ ma jibqax ħiereġ u jfur fil-Qammieħ, limiti tal-Mellieħa?
Kemm-il darba waslu lmenti mill-kunsill lokali tal-Mellieħa u mis-sindku lid-dipartiment tad-drenaġġ dwar il-fawran tad-drenaġġ fil-Qammieħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol in konnessjoni ma' dan l-inkonvenjent issa tlesta u għaldaqstant dak l-inkonvenjent ma jeżistix iżjed.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex l-istudenti ta' l-ewwel sena tal-Liċeo Paolino Vassallo jġibu lura l-ħafna telf ta' lectures li kellhom fl-accounts minħabba nuqqas ta' għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn l-istudenti ser jingħataw għajnuna speċjali fis-sena skolastika li ġejja biex jiġi assigurat li jirkupraw xi telf ta' lezzjonijiet li setgħu sofrew.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet tal-persuni, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li applikaw għal ċittadinanza doppja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza qed jagħmel l-almu tiegħu sabiex l-ipproċessar tal-volum kbir ta` applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija kif ukoll ta` talbiet dwar konfermi ta` ċittadinanza doppja jitħaffef.
Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15980, id-Dipartiment diġa` lesta madwar 500 każ, iżda hemm mill-anqas 700 każ ieħor li għadhom qed jiġu pproċessati.
Għalkemm mhux possibli li wieħed jagħti data speċifika meta ser jiġu pproċessati każijiet partikulari, ser nara jistax jitħaffef il-proċess tal-każijiet indikati mill-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien iffirmat il-ftehim bejn il-koperattiva u l-Universita' li jippermetti li l-koperattiva tidħol f'arranġament ma' terzi persuni dwar l-amministrazzjoni tan-negozji tagħha? Min iffirma l-ftehim u għan-nom ta' min? Għal kemm tul ta' żmien sar? It-tip ta' negozju li tista' topera l-koperattiva hu speċifikat fil-ftehim?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub irid jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex persuni li jipprovdu servizz (bħal occupational therapists) lit-tfal li jkollhom bżonn is-CDAU ma jinbidlux kull ftit xhur u hekk iħarbtu l-kontinwita' meħtieġa?
X'hand over serju qed ikun hemm meta tinbidel persuna meta kull darba jistaqsu lill-ġenituri "x'kien jagħmel ta' qabli"?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li tlett Occupational Therapists li jaħdmu is-CDAU huma fuq bażi permanenti. Terapista waħda biss hija fuq bażi `Rotation` ( ta` erba` xhur). Dan iservi sabiex terapisti ġodda jiksbu esperjenza tal-firxa ta` servizzi li joffru l-Occupational Therapists.
Dawk it-terapisti li huma fuq Rotation ikollhom `handover` dettaljat bil-miktub fil-file fuq kull tifel u tifla li huma ser jagħtu s-servizz.
It-terapista fuq bażi Rotation ikollhom supervisjoni, gwida u għajnuna mit-terapisti permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-istatementing board? Kemm għandu każi pendenti quddiemu?
Xi pjan għandu biex jiddeċiedi dwar dawn il-każi fil-ġimgħat li ġejjin, qabel il-bidu tas-sena skolastika ġdida?
Hemm xi bidliet ippjanati fil-kompożizzjoni ta' l-istatementing board? X'bidliet huma? Għaliex dawn il-bidliet?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li l-Assistent Direttur inkarigat bħalissa hu imsiefer u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta jingħatali t-tagħrif mitlub.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15724, jista' l-Ministru jispjega kif fl-istess jum l-Union Ħaddiema Magħqudin irreġistrat tilwima industrijali mal-Korporazzjoni Freeport u akkużat lill-management li "jinki lill-union"?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassigura lill-Onorevoli Membru li malli tinqala tilwima industrijali, l-amministrazzjoni tal-Port Hieles mill-ewwel tiehu hsieb biex issolvi l-problema billi titkellem ma` l-Union ikkoncernata.
Fil-kaz imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-kwistjoni giet solvuta amikevolment.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja l-ilmenti f'mistoqsija preċedenti tiegħi dwar l-assenjazzjoni ta' awli lill-maġistrati u imħallfin dawn l-assenjazzjonijiet għadhom isiru?
Jikkonferma li l-Imħallef David Scicluna fl-24 ta' Marzu ħassar is-seduta tiegħu għaliex ma kellux awla?
La l-kawżi kienu ġew ippubblikati, għaliex ma ġietx pprovduta awla għall-Imħallef Scicluna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f`Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kemm-il ċitazzjoni inħarġet mill-pulizija għaliex: (1) sewwieqa ta' muturi ma kenux liebsin l-elmu? U anke passiġġieri; (2) sewwieqa ta' vetturi ma kenux liebsin is-seat belt; u (3) passiġġieri f'vetturi ma kenux liebsin is-seat belt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant
huwa kif ġej :
Irkib ta` mutur mingħajr elmu * 10
Sewwieqa ta` vetturi mingħajr seatbelt 1,688
Passiġġier f`vettura mingħajr seatbelt 161
* Statistika ma tinżammx separatament għal sewwieq/passiġġier