Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn Settembru 1999 sal-lum x'inizzjattivi ttieħdu mill-ETC ma' żgħażagħ bla xogħol taħt id-19-il sena u huma bla kwalifiki u ma jafux jiktbu u jaqraw? F'kull każ kemm attendew u fiex kienu jikkonsistu dawn l-inizzjattivi? Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sillabu tal-korsijiet li saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn Settembru 1999 sal-lum in-numru ta' żgħazagħ bejn is-16 u 18-il sena li jirreġistraw għax-xogħol u li attendew korsijiet tal-ETC hu ta' 376.
Il-Korsijiet kienu dawn:
Kors Attendew
Office Skills 65
Book Keeping and Accounts 3
Computer Skills 99
Wages Clerk 7
Core Skills 133
Retail Skills 15
Sage 12
Typing 7
Storekeeping 8
Local Wardens 8
Refrigeration & Air Conditioning 2
Woodwork & Spraypainting 2
Aluminium Frame Work 13
Welding 1
Water & Electrical Installation 1
Jista'jkun li numru ta' dawn kienu bla kwalifiki u ma jafux jiktbu u jaqraw iżda ma kienx hemm inizzjattivi speċifiċi ta' taħriġ għal dawn.
Fil-passat l-ETC organizzat korsijiet fil-qari u l-kitba għal dawk li qed ifittxu x-xogħol u jiddikjaraw li huma illiterati. Sfortunatament, ir-riżultati miksuba ma tantx kienu nkoraġġanti għaliex dawn il-korsijiet ma tantx wasslu biex il-persuni li attendew għalihom isibu mpjieġ. U dan minkejja li l-ETC għamlet użu minn għalliema mħarrġa għal dan il-qasam ta'l-edukazjoni mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Barra minn hekk, il-programm kien jindludi fih taħriġ fuq oqsma tas-snajja, minbarra tagħlim fuq qari u kitba, biex il-kors ikun imżewwaq u jħajjar aktar lil min qed jagħmlu. L-interpellant japprezza li tista' tistieden jew tisforza bniedem biex jattendi għal programm ta' taħriġ iżda ma tistax iġġiegħlu jitgħallem. Ċertament, il-problema ta' l-illitterizmu fost min qed ifittex ix-xogħol hija waħda preokkupanti. Għalhekk l-ETC qed tippjana biex iġġib flimkien lil dawk l-organiżżazjonijiet kollha jistgħu jgħinu f'dan il-qasam. Kullħadd jaqbel li jkun aħjar jekk nintroduċu sistem biex il-problema ta' l-illiteriżmu ma tinqalax milli noqgħodu nipprovaw insolvuha wara li tinqala'
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru, 1999 sal-lum f'liema postijiet saru ħsarat kbar waqt xogħol tal-kuntratturi fuq cables ta' Enemalta? F'kull każ kemm swiet il-ħsara u x'passi ttieħdu kontra l-kuntratturi nvoluti? Min kienu l-kuntratturi?
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm ittieħdu passi f'Għawdex dwar tfigħ illegali ta' radam fil-kampanja? F'liema postijiet twaddab dan ir-radam f'Għawdex? Kontra min ittieħdu dawn il-passi u meta f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena, il-Pulizija ressqet żewġ persuni quddiem il-Qorti dwar rimi ta` materjal f`Għawdex. Wieħed dwar rimi ta` terrapien ġo Victoria u l-ieħor f`Għajnsielem. Dawn il-każi seħħew fit-12 ta` Jannar, u fit-12 t`April, rispettivament.
Ninsab infurmat ukoll li fit-22 ta` Mejju, ta` din is-sena, il-Pulizija flimkien ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar bdiet l-investigazzjoni ta` żewġ persuni, dwar tfiegħ ta` materjal fil-Munxar. Il-Pulizija ukoll qed tagħmel ronda f`postijiet l-aktar suxxettibbli għal dan it-tip ta` abbuż sabiex kemm jista` jkun dan ma jsirx.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema bajjiet ta' Malta u Għawdex ingħataw permessi għal ftuħ ta' fixed kiosks għas-sajf li ġej? Kemm hemm kiosks f'kull każ? Min huma s-sidien f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-operaturi li jingħataw permess sabiex joperaw l-kiosks tagħhom għal perijodu tas-sajf fil-bajjiet f`Malta u Għawdex huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq inżid li l-permessi għadhom qegħdin jitħallsu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma ħa ebda linja pubblika dwar jekk għandhomx jitwaħħlu mobile phone transmitter antennae fuq il-bjut ta' l-iskejjel governattivi? F'liema skejjel s'issa twaħħlu dawn l-antennae?
Response (GALEA, LOUIS)
Tajjeb jingħad li l-Awtoritajiet edukattivi Maltin bdew jieħdu azzjoni fuq il-kwestjoni sa mill-bidu ta' din is-sena hekk kif saru jafu bil-kontroversja imqanqla.
Fi skambju ta' korrispondenza fil-bidu tas-sena, il-Health and Safety Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġiet informata mid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy li ma kienx jirriżultalu li r-radjazzjoni li jemettu t-tip ta' aerials stallati fuq l-iskejjel jaffettwaw is-saħħa ta' staff u studenti fl-iskejjel.
Fuq insistenza tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fil-21 ta' April 2000 it-Taqsima Health and Safety id-Diviżjoni irċeviet konferma li d-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy għamel testijiet fi skejjel fejn hawn dawn l-antennae dwar 'radio frequency electromagnetic field' u r-riżultat kien li r-radjazzjoni li temetti l-antenna li tittrasmetti t-telefon ċellulari hi fil-limiti ta' safety internazzjonalment stabbiliti.
Il-kwestjoni kompliet tiġi segwita attivament u, kif diġa' intqal pubblikament, pendenti konklużjonijet ta'Bord Governattiv imwaqqaf apposta fuq din il-kwestjoni, ġie deċiż li l-iskejjel għandhom jissospendu kull negozjati ma' kumpanniji konċernati dwar stallazzjoni ta' dawn l-antennae.
Fir-rigward ta' kuntratti konklużi ma' skejjel sa minn Ġunju 1998, qed tiġi konsidrata l-azzjoni li tista' tiġi segwita skond il-liġi taħt il-kuntratti eżistenti biex jiġi assigurat li s-saħħa pubblika tiġi salvagwardata.
Informat li saru kuntratti f'dawn l-iskejjel:
Skola Sekondarja Ġuże' D'Amato, Paola
Skola Tas-Snajja' Umberto Calosso, Sta Venera
Skola Primarja 'B', Żebbuġ
Skola Tas-Snajja' Stefano Żerafa, Naxxar
Skola Primarja Ġuże' Ebejer, Dingli
Skola Sekondarja Erin Serracino Inglott, Cospicua.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-iskejjel tas-snajja' f'Għawdex? Se jiġu ntegrati fl-iskejjel sekondarja Għawdxin? Minn meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li billi bħala parti mir-riforma tat-Trade Schools it-Technology 'A' issa ser tiġi 'option' fl-iskola sekondarja, dawk l-istudenti li għamlu din l-għażla ser jibqgħu jattendu l-iskola sekondarja.
Fil-Gżira ta' Għawdex hemm tlett skejjel tas-Snajja'. Il-mudell li ser jiġi addottat fil-gżira ta' Malta huma wkoll applikabbli għalihom.
(i) L-iskola ta' l-Agrikoltura, Bini u Artiġjanat Kelinu Galea (Xewkija) ser tibqa' tiffunzjona bħal qabel, għax l-iskola ta' l-Agrikoltura, l-iskola tal-Bini u l-iskola ta' l-Artiġġjanat f'Malta ma humiex milquta fl-eżerċizzji kurrenti.
(ii) L-iskola tas-Snajja Carmelo Refalo (Victoria) fejn hemm mgħallma t-Technology 'A' ser tiġi amalgamata ma' l-iskola Sekondarja Ninu Cremona.
(iii) L-iskola tas-Snajja' Mary Meilaq (Xagħra) fejn hemm mgħallma Technology 'B' ser tagħmel l-istess matul is-sena skolastika 2000/2001. Ta' min jinnota, li ġewwa Malta, studenti subiex ta' Technology 'B' ser jiġu ammessi fl-iskola tas-Snajja' Stefano Zerafa (Naxxar) matul l-istess sena skolastika.
Peress li għas-sena li ġejja ż-żieda fil-pagi ta' l-għalliema fl-iskejjel privati se jiżdiedu bħal f'dawk tal-gvern u dan se jżid l-ispiża għal min imexxihom, hemm xi talba biex il-gvern jissussidja bi Lm80 fis-sena kull student ta' l-iskejjel privati biex ma jiżdidux il-miżati bi Lm80 oħra fis-sena? X'inhi r-reazzjoni tal-gvern għat-talba jekk saret?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm ebda talba kif riferita fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jikkonferma l-Ministru li minn din is-sena l-gvern Taljan waqqaf kull borża ta' studju li kien joffri fit-tul f'korsijiet universitarji Taljani liż-żgħażagħ Maltin? Kemm marru studenti Maltin fuq dawn il-boroż ta' studju Taljan fl-aħħar erba' snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, li jamministra dawn il-boroż ta' studju.
Jista' l-Ministru jagħtina lista tal-postijiet fejn hemm telephone booth pubbliku fl-Imġarr ta' Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Maltacom ghandha hames cardphones fl-Imgarr ta` Malta. Dawn jinsabu f`dawn il-postijiet:
Triq Sir Harry Luke kantuniera ma` Triq Chetcuti
Triq Maghkuba fil-Qasam tad-Djar
Hdejn l-Ghassa tal-Pulizija
Triq Fisher (l-Iskola Primarja); u
fiz-Zebbiegh
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għal dawn l-iskejjel fit-tliet snin li ġejjin: (a) Maria Teresa Nuzzo; (b) Fra Diego Bonanno; (ċ) Furtu Servatico; (d) Lorenzo Manche'; u (e) Skola San Ġużepp Ħaddiem?
Jista' jgħid jekk hux se jiġu ntegrati fl-iskejjel sekondarji? Meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dan l-istadju mhuwiex previst li dawn l-iskejjel jiġu integrati fl-iskejjel sekondarji. Kif jaf l-Onor. Membru l-proċess biex jiġi implimentat il-Kurrikulu Nazzjonali huwa wieħed kumpless u li se jevolvi fuq firxa ta' snin. Fl-aħħar ta' din il-ġimgħa ser tiltaqa' Konferenza Nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali fejn ser jiġu preżentati 18-il Rapport li għandhom iservu bħala bażi għall-iżvilupp ta' pjan strateġiku dwar l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Maintenance Grants Section tal-GF Abela Junior Lyceum College talbet il-ħlas lura ta' Lm100 mingħand l-ex-studenta, li isimha qed jintbagħat separtatement, ta' l-iskola Segretarjali Hannibal Scicluna għax-xahar ta' Ottubru 1999 meta attendiet l-iskola matul dak ix-xahar u għamlet l-ispejjeż konnessi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Għotja ta' Manteniment lill-Istudenti fil-livell Post Sekondarju - kif inhuma dawk li jattendu l-Iskola Segretarjali Hannibal Scicluna - hi magħmula minn żewġ elementi. Hemm għotja ta' Lm100 biex jagħmel tajjeb għal parti mill-ispejjeż ta' materjal edukattiv li l-istudent ikollu matul is-sena u għotja oħra ta' Lm40 fix-xahar.
Inforamt li l-istudenta li għaliha qed jirreferi l-Onor. Membru, mis-sena akkademika kollha li bdiet f'Ottubru 1999 u tispiċċa fl-aħħar ta' dan ix-xahar, attendiet biss skola fix-xahar ta' Ottubru li għadda u rċiviet l-għotja ta' Lm40 għal dak ix-xahar.
Il-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti, stabbilixxa skema ta' refunds fuq l-għotjiet tal-Lm100, minn dawk l-istudenti li jitilqu mill-kors tagħhom qabel iż-żmien u li ma jkunux ħadu dan il-pass għal raġunijiet ta' saħħa li ma kellhomx kontroll fuqhom.
Din l-istudenta partikolari infurmat lill-iskola tagħha li kienet se tieqaf tattendi l-kors għax sabet impjieg b'effett mill-1 ta' Novembru 1999. Għalhekk skond l-iskema tar-refunds, billi għamlet xahar biss skola, kellha tirrifondi l-għotja ta' Lm100 u ntalbet tagħmel dan.
L-Onor. Membru jifhem li għotja li kienet intiża li tkopri spejjeż li jsiru matul sena akkademika sħiħa ma tistax titħalla tibqa' sejra jekk student jagħmel xahar biss l-iskola. Dan jista' jagħti lok għal abbużi li jien ċert li ħadd ma jrid.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja l-ilmenti f'mistoqsija preċedenti tiegħi dwar l-assenjazzjoni ta' awli lill-maġistrati u imħallfin dawn l-assenjazzjonijiet għadhom isiru?
Jikkonferma li l-Imħallef David Scicluna fl-24 ta' Marzu ħassar is-seduta tiegħu għaliex ma kellux awla?
La l-kawżi kienu ġew ippubblikati, għaliex ma ġietx pprovduta awla għall-Imħallef Scicluna?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif kelli diga okkazzjoni nispjega din l-amministrazzjoni dahhlet sistema ta ~pre-booking~ tal-awli biex tigi evitata l-problema li semma l-Onor.Interpellant.
Fil-kaz specifiku jien infurmat mid-Direttrici tal-Qorti illi meta dahlu l-~bookings~ tal-awli gimgha qabel id-data msemmija mill-Onor. Interpellant (24 ta` Marzu), id-deputat registratur tal-Imhallef Scicluna gie avzat li l-Imhallef ma setax izomm seduta fl-24 ta` Marzu peress illi l-Imhallef Filletti kien ibbukja l-awla.
L-awli l-ohra kolla kienu wkoll ibbukjati u fil-fatt gew uzati fl-24 ta` Marzu.
Dawn il-fatti kienu a konoxxenza tad-deputat registratur tal-Imhallef Scicluna mill-anqas gimgha qabel.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rapporti li saru f'dawn l-aħħar sentejn għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-impatt ambjentali ta' l-irziezet tal-ħut fuq l-ibħra ta' Malta, Għawdex u Kemmuna?
Response (BORG, TONIO)
Peress li d-dokumenti mitluba huma relatati ma` applikazzjoni għall-żvilupp, skond l-artikolu 35 tal-Att tal-1992, pjanti dettaljati huma aċċessibli biss lil dawk il-persuni li jkunu detenturi tal-warrant ta` ċivili, u f`kull każ ma jinħarġux kopji ta` dawn id-dokumenti, iżda jistgħu jiġu biss spezzjonati fir-Reġistru tal-Awtorita` tal-Ippjanar. L-EIA`s mitluba jinkludu pjanti dettaljati u jaqgħu taħt l-artikolu fuq imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ordnijiet ta' xogħol għat-tarzna tal-Malta Shipbuilding wara li jitlesta x-xogħol fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Hemm xi ħaddiema li fix-xhur li ġejjin mhux se jkollhom xogħol x'jagħmlu għax lestew dak li kellhom jagħmlu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sa llum, il-Malta Shipbuilding ghdha ma rebhet ebda kuntratt ta` xoghol gdid. Il-Management tal-Kumpanija qed ikompli bl-isforzi tieghu biex jinkiseb xoghol gdid.
Meta x-xoghol fuq il-vapuri t`Ghawdex joqrob lejn it-tmiem tieghu, numru ta` haddiema jigu rilaxxati minn fuq il-progett u jkun mehtieg li jinstabilhom xoghol alternattiv.
Jista' l-Ministru jagħtini lista ta' l-indirizzi kollha tal-postijiet fejn s'issa nħarġu permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitwaħħlu l-antenni għas-sistema tat-trażmissjoni tat-telephone mobile?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li s`issa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet 7 permessi sabiex jitwaħħlu l-antenni għas-sistema tat-trasmissjoni tat-telephone mobile. Id-dettalji mitluba dwarhom hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompa x-xogħol meħtieġ fuq il-junior lyceum tal-bniet Sir Adrian Dingli, Pembroke?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent id-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed jagħmel analiżi ta' l-offerta għal xogħlijiet ta' finitura fil-parti ċentrali tal-Liċeo msemmi, liema analiżi la darba titlesta għandha twassal biex jitkompla x-xogħol fl-istess imkien.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm fit-tliet snin li ġejjin biex l-iskola primarja ta' l-Imtarfa tikber biex ikun hemm biżżejjed spazju għat-tfal ta' l-Imtarfa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kuntrattur ingħata x-xogħol ta' rranġar, manutenzjoni u dekorazzjoni tat-tielet sular ta' l-iskola primarja ta' l-Imtarfa. Dan ix-xogħol se jsir tul is-sajf li ġej u previst li jitlesta qabel tibda s-sena skolastika 2000-2001.
Skond l-awtoritajiet ta' l-iskola dan is-sular se jintuża għall-klassijiet tas-sitt sena u b'hekk l-iskola jkollha l-ispazju kollu meħtieġ biex topera fis-snin li ġejjin.
Skond statistika ta' l-awtoritajiet ta' l-iskola, ma jidhirx li n-numru ta' tfal li jattendu din l-iskola, għat-tliet snin li ġejjin, se jiżdied b'tali mod li jkun jeħtieġ spazju addizzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm fit-tliet snin li ġejjin biex l-iskola primarja ta' Pembroke tikber biex ikun hemm spazju biżżejjed għat-tfal tal-komunita' ta' Pembroke?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent qegħdin jiġu finalizzati l-pjanti biex issir applikazzjoni formali lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar wara li dawn ġew diskussi ma' l-istess Awtorita` diversi drabi. Sadanittant qiegħdha titħejja wkoll l-offerta għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li għandhom iwasslu biex jiżdied sular fuq l-iskola eżistenti wara li jsiru għadd ta' modifikazzjonijiet fil-pjan terran.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-iskejjel tal-gvern qed jirċievu kuljum bl-E-Mail mingħand il-Malta-EU information centre lista ta' laqgħat li tinkludi wkoll suġġetti "bħal ħwienet taż-żraben u standards" "ironmongers u standards" u anke attivitajiet organizzati fil-każin tal-Partit Nazzjonalista?
Response (GALEA, LOUIS)
Mill-kontenut ta' din il-Mistoqsija, jidher li l-Onor. Membru qed jirreferi għall-pubblikazzjoni "AĠĠORNAT" li jippublika l-Malta EU Information Centre.
Informat li din il-publikazzjoni toħroġ kull ġimgħa u mhux kuljum.
Din il-publikazzjoni titqassam lil nies li jitolbuha u, wkoll, kull min qiegħed fuq il-"magnet" u tippubliċizza attivitajiet li fihom ikunu involuti l-MIC u oħrajn li jitolbu li jkunu publiċizzati fl-Aġġornat.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-bini ta' l-iskola Umberto Colossa ta' Santa Venera? Kif se tibda tintuża minn Ottubru, 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-bini ta' l-iskola Umberto Calosso ta' Santa Venera huwa maħsub li jiġi konvertit sabiex jakkomoda Skola tas-subien Sekondarja Ġenerali (Area Secondary) ġdida, f'medda ta' snin.
Informat ukoll li f'Ottubru 2000, ser jidħlu studenti fl-ewwel sena ta' l-iskola Sekondarja Ġenerali ġdida fil-bini ta' l-iskola Umberto Calosso, Santa Venera.